|
28.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/8 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/79
tas-27 ta’ Jannar 2021
li jikkonċerna n-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva toprameżon, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) tapplika għall-proċedura u għall-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet adottata deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva, qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Fid-9 ta’ Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2003/850/KE (3) dwar is-sustanza attiva toprameżon (preċedentement BAS 670H) f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Mejju 2003, BASF Aktiengesellschaft (issa BASF SE) ippreżentat applikazzjoni għall-inklużjoni tat-toprameżon fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE lil Franza f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva. Id-Deċiżjoni 2003/850/KE kkonfermat li d-dossier kien jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-data u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Il-valutazzjoni tal-effetti tat-toprameżon fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent għall-użi proposti mill-applikant twettqet f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE. Franza ppreżentat abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fil-21 ta’ Lulju 2006. |
|
(4) |
L-abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni ġie rieżaminat mill-Istati Membri u mill-Awtorità. Fit-13 ta’ Jannar 2014 l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni (4) tagħha lill-Kummissjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva toprameżon. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ġunju 2020, BASF SE rtirat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-toprameżon. |
|
(6) |
Minħabba l-irtirar tal-applikazzjoni, jenħtieġ li s-sustanza attiva toprameżon ma tiġix approvata. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament ma jipprevenix it-tressiq ta’ applikazzjoni ulterjuri għas-sustanza attiva toprameżon skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva toprameżon mhijiex approvata.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(3) Commission Decision 2003/850/KE of 4 December 2003 recognising in principle the completeness of the dossiers submitted for detailed examination in view of the possible inclusion of BAS 670H and silver thiosulphate in Annex I to Council Directive 91/414/KEE concerning the placing of plant protection products on the market (OJ L 322, 9.12.2003, p. 28).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance topramezone. EFSA Journal 2014;12(2):3540, 82 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3540.