|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5914 |
30.9.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11727 – SWISS LIFE / NBIM / GAITÉ)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5914)
1.
Fl-24 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NBRE Germany AS (in-Norveġja) proprjetà ta’ Norges Bank (in-Norveġja), |
|
— |
Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera), |
|
— |
SCI Gaité Bureaux (“Gaité”, Franza). |
NBRE Germany AS u Swiss Life se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Gaité kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
NBRE Germany AS hija sussidjarja kompletament proprjetà ta’ Norges Bank. Norges Bank, permezz tad-diviżjoni tiegħu tal-ġestjoni tal-investiment NBIM, iwettaq il-ġestjoni ta’ kuljum tal-Fond tal-Pensjoni tal-Gvern Globali (“GPFG”, Government Pension Fund Global) f’isem il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż. L-attivitajiet kummerċjali ta’ NBIM jiffukaw fuq investimenti dinjija inkluż investiment fil-proprjetà immobbli mhux elenkat fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa, fir-Renju Unit u fil-Ġappun. L-għan ta’ NBRE Germany AS huwa is-sjieda ta’ kumpaniji/strutturi azzjonarji stabbiliti jew akkwistati fin-Norveġja jew fil-Ġermanja b’rabta mal-investimenti privati tal-proprjetà immobbli tal-GPFG li huma ġestiti minn NBIM, u l-investiment f’tali kumpaniji. |
|
— |
Swiss Life hija fornitur ta’ pensjonijiet tal-ħajja komprensivi u soluzzjonijiet finanzjarji. Il-Grupp Swiss Life huwa attiv fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja u fis-setturi tal-investiment u tal-immaniġġjar tal-assi; jipprovdi wkoll lill-korporazzjonijiet multinazzjonali b’soluzzjonijiet ta’ benefiċċju għall-impjegati fl-Ewropa u fl-Asja. |
|
— |
Gaité huwa société civile immobilière (kumpanija ta’ proprjetà immobbli mhux tan-negozjar) li għandha binja ta’ uffiċċji f’Pariġi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11727 – SWISS LIFE / NBIM / GAITÉ
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5914/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)