2002R2012 — MT — 28.06.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’, Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p.3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 661/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 189 |
143 |
27.6.2014 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2012/2002
tal-11 ta’, Novembru 2002
li jistabilixxi l-Fond ta’, Solidarjetà ta’, l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA’, L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ Artikolu 159 u ta’ Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Wara li kkunsidra r-risoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 4 ),
Billi:|
(1) |
Fil-każ ta’ diżastri maġġuri, il-Komunità għandha turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni tar-reġjuni konċernati billi tipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tikkontribwixxi għal ritorn ta’ malajr għal kundizzjonijiet ta’ għixien normali fir-reġjuni milqutin mid-disastru. B’,mod ewlieni, l-assistenza għandha tkun mobilizzata fil-każ ta’ diżastri naturali. |
|
(2) |
Strumenti ta’ koeżjoni ekonomiċi u soċjali eżistenti huma kapaċi jiffinanzjaw miżuri ta’ prevenzjoni ta’ riskju u t-tiswija ta’ l-infrastruttura li tkun ġarrbet il-ħsara. Iżda, għandha ssir dispożizzjoni wkoll għal strument addizzjonali, li għandu jkun distint minn strumenti eżistenti tal-Komunità, li jippermetti lill-Komunità sabiex taġixxi malajr u b’mod effiċjenti sabiex tgħin, kemm jista’, jkun malajr, fil-mobilizzazzjoni ta’ servizzi ta’ emerġenza li jissodisfaw il-ħtiġiet immedjati tan-nies u jikkontribwixxi għar-restawr fil-perjodu ta’ żmien qasir ta’ l-infrastruttura prinċipali li tkun ġarrbet il-ħsara sabiex l-attività ekonomika tkun tista’, tkompli fir-reġjuni milqutin mid-disastru. |
|
(3) |
L-Unjoni Ewropea għandha turi wkoll is-solidarjetà mal-pajjiżi li fil-preżent qegħdin jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom. Li dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex ikopri dawk il-pajjiżi jinvolvi r-rikors għal Artikolu 308 tat-Trattat. |
|
(4) |
L-għajnuna tal-Komunità għandha tkun kumplimentari għall-isforzi ta’ l-Istati konċernati u għandha tintuża sabiex tkopri sehem mill-infiq pubbliku mwiegħed sabiex jgħin kontra l-ħsara kawżata minn diżastru maġġuri. |
|
(5) |
B’,mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, assistenza taħt dan l-istrument għandha tkun illimitata biss għal diżastri maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għixien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija. |
|
(6) |
“Disastru maġġuri” fi ħdan it-tifsira ta’ dan ir-Regolament għandu jfisser kull disastru, f’,għallinqas wieħed mill-Istati Membri konċernat, li jirriżulta fi ħsara importanti espressa f’,termini finanzjarji jew bħala persentaġġ tad-dħul gross nazzjonali (GNI). Sabiex ikunu jistgħu jsiru interventi fil-każ ta’, diżastri li, waqt li jkunu importanti, ma jilħqux l-iskala minima meħtieġa, tista’, tingħata wkoll assistenza taħt ċirkostanzi eċċezzjonali f’,każ li jkun effettwat pajjiż ġarr eliġibbli mill-istess disastru, jew kullmeta l-parti l-kbira tal-popolazzjoni ta’ reġjun speċifiku tkun effettwata b’,disastru b’riperkussjonjiet serji jew li jdumu fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għixien. |
|
(7) |
Azzjoni tal-Komunità ma għandhiex tħaffef lit-terzi mir-responsabilità tagħhom li, taħt il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, huma responsabbli għall-ħsara kkawżata, jew li setgħu jiskorraġġixxu miżuri ta’ prevenzjoni kemm fuq livell ta’ Stat Membru kif ukoll fuq livell tal-Komunità. |
|
(8) |
Dan l-istrument għandu jippermetti li tittieħed deċiżjoni malajr li twiegħed riżorsi finanzjarji speċifiċi u timmobilizzhom kemm jista’, jkun malajr. Għandhom jiġu aġġustati proċeduri amministrattivi bix-xieraq u llimitati għall-minimu assolut neċessarju. Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonkludew nhar is-7 ta’ Novembru 2002, Ftehim Interistituzzjonali dwar il-finanzjament tal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja. |
|
(9) |
Jista’, jkun mixtieq mill-Istat benefiċjarju, f’,konformità mal-kuntest finanazjarju jew legali, istituzzjonali, kostituzzjonali speċifiku, li jassoċja l-awtoritajiet reġjonali u lokali mal-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni, l-Istat benefiċjarju jibqa’, responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-assistenza fil-każijiet kollha u għall-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ l-operazzjonjiet sostnuti minn finanzjament tal-Komunità. |
|
(10) |
Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-istrument għandhom jiġu addattati għall-urġenza tas-sitwazzjoni. |
|
(11) |
Operazzjoni mogħtija l-fondi minn dan l-istrument ma għandhiex tibbenefika għall-istess għan mill-assistenza taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni ( 5 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabilixxu proviżjonijiet dwar Fondi Strutturali ( 6 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar assistenza għall-Iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew ta’, Gwida u Garanzija Agrikola (FEGGA) ( 7 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta’, Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika lir-Repubblika ta’ l-Ungerija u lir-Repubblika tal-Poplu Pollakk ( 8 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal qabel l-adeżjoni ( 9 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna tal-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp ta’ l-agrikoltura u għall-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni ( 10 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2760/98 tat-18 ta’ Diċembru 1998 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm għal koperazzjoni mingħajr fruntieri fil-qafas tal-programm Phare ( 11 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-koordinament ta’ l-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 ( 12 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000 tat-13 ta’ Marzu 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni għar-Repubblika ta’ Ċipru u għar-Repubblika ta’ Malta ( 13 ), jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta’ Settembru 1995 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ assistenza finanazjarja tal-Komunità fil-qasam ta’ networks trans-Ewropej ( 14 ); ħsarat imsewwija taħt strumenti tal-Komunità jew strumenti internazzjonali fir-rigward tal-kumpens ta’ ħsara speċifika, ma għandhomx għall-istess għan, jibbenefikaw mill-assistenza taħt dan l-istrument. |
|
(12) |
Hemm bżonn ta’ trasparenza massima fl-implimentazzjoni ta’ l-assistenza finanzjarja ta’ Komunità kif ukoll ta’ kontroll addattat ta’ l-użu tar-riżorsi. |
|
(13) |
Hemm bżonn ta’ amministrazzjoni finanzjarja prudenti sabiex tiżgura li l-Komunità tkun tista’, tkun f’,pożizzjoni sabiex tirrispondi jekk iseħħu bosta diżastri maġġuri fl-istess sena. |
|
(14) |
F’,każijiet eċċezzjonali u jiddependi fuq id-disponibilità tar-riżorsi finanzjarji taħt dan l-istrument fis-sena ta’ meta jseħħ id-disastru, għandha ssir dispożizzjoni għal għotjiet supplementari possibbli minn dan l-istrument taħt il-Fond tas-sena ta’ wara. |
|
(15) |
Għandha tiġi stabbilita data ta’ għeluq għall-użu ta’ l-assistenza finanzjarja mogħtija u għandha ssir dispożizzjoni għall-Istati benefiċjarji sabiex jiġġustifikaw l-użu magħmul mill-assistenza li jirċievu. Assistenza mirċieva li sussegwentament tiġi rkuprata minn terzi, jew li tkun ġiet mogħtija f’,eċċess għall-istima finali tal-ħsarat, għandha tiġi rkuprata. |
|
(16) |
Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, pajjiżi effettwati minn diżastri mis-Sajf 2002 ‘il quddiem għandhom jikkwalifikaw għal assistenza taħt dan l-istrument. |
|
(17) |
Sabiex tiġi żgurata assistenza rapida għall-pajjiżi effettwati mill-għargħar riċenti, huwa urġenti 2&ħafna li jiġi adottat dan l-istrument; għalhekk, huwa neċessarju li tiġi mogħtija eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat sabiex tiġi kkunsidrata mill-parlamenti nazzjonali li hemm referenza għalihom fit-Taqsima I, punt 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-Fond, “qiegħed hawn jiġi stabbilit sabiex il-Komunità tkun tista” tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’, emerġenza taħt it-termini ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż involut f’negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni, (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “Stat eliġibbli”), l-assistenza mill-Fond tista’ tiġi mobilizzata meta jseħħu riperkussjonijiet serji għall-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija f’reġjun wieħed jew iktar ta’ dak l-Istat eliġibbli bħala konsegwenza ta’ diżastru naturali maġġuri jew reġjonali li jkun seħħ fit-territorju tal-istess Stat eliġibbli jew ta’ Stat eliġibbli tal-viċinat. Ħsara diretta kkawżata bħala l-konsegwenza diretta ta’ diżastru naturali għandha titqies bħala parti mill-ħsara kkawżata minn dak id-diżastru naturali.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “diżastru naturali maġġuri” għandha tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, fi Stat Membru eliġibbli fi ħsara diretta stmata jew iktar minn EUR 3 000 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew iktar minn 0,6 % tal-IGN tiegħu.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “diżastru naturali reġjonali” għandha tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, fi ħsara diretta li taqbeż 1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tar-reġjun.
Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, meta r-reġjun konċernat, li fih seħħ diżastru naturali, ikun reġjun ultra-periferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, “diżastru naturali reġjonali” tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż 1 % tal- PDG ta’ dak ir-reġjun.
Fejn id-diżastru naturali jikkonċerna diversi reġjuni fil-livell NUTS 2, il-limitu minimu għandu jiġi applikat għall-medja tal-PDG ta’ dawk ir-reġjuni, peżata skont is-sehem mill-ħsara totali li jkun hemm f’kull reġjun.
4. L-assistenza mill-Fond tista’ tkun mobilizzata wkoll għal kwalunkwe diżastru naturali fi Stat eliġibbli li jkun ukoll diżastru naturali maġġuri fi Stat eliġibbli tal-viċinat.
5. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandha tintuża data statistika armonizzata pprovduta mill-Eurostat.
Artikolu 3
1. L-assistenza għandha tieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Għal kull diżastru naturali għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja waħda lil Stat eliġibbli.
2. L-għan tal-Fond huwa li jikkumplimenta l-isforzi tal-Istati kkonċernati u li jkopri parti min-nefqa pubblika tagħhom sabiex jgħinu lill-Istat eliġibbli jwettaq, skont it-tip ta’ diżastru naturali, l-operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u rkupru li ġejjin
(a) ir-restawr tal-infrastruttura u l-impjanti biex jerġgħu jiġu jiffunzjonaw fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma u d-drenaġġ, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa u l-edukazzjoni;
(b) il-provvediment ta’ akkomodazzjoni temporanja u l-finanzjament ta’ servizzi ta’ salvataġġ sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-popolazzjoni kkonċernata;
(c) l-iżgurar ta’ infrastrutturi preventivi u ta’ miżuri ta’ protezzjoni ta’ wirt kulturali;
(d) it-tindif ta’ żoni milquta minn diżastri, inklużi żoni naturali, b’konformità, fejn ikun il-każ, ma’ approċċi bbażati fuq l-ekosistema kif ukoll restawr immedjat ta’ żoni naturali affettwati biex jiġu evitati effetti immedjati mill-erożjoni tal-ħamrija.
Għall-finijiet tal-punt (a) “restawr biex jerġgħu jiġu jiffunzjonaw” tfisser restawr tal-infrastruttura u l-impjanti għall-kundizzjoni tagħhom ta’ qabel ma seħħ id-diżastru naturali. Fejn ma jkunx legalment possibbli jew ekonomikament ġustifikat li tinġieb lura l-kondizzjoni għal kif kienet qabel ma seħħ id-diżastru naturali, jew fejn l-istat benefiċjarju jiddeċiedi li jirriloka jew itejjeb il-funzjonament tal-infrastruttura jew l-impjant affettwat sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu biex ikun jiflaħ għal diżastri naturali futuri, il-Fond jista’ jikkontribwixxi għall-ispiża tar-restawr sal-ispiża stmata biex iġibha lura għall-istatus quo ante tagħha biss.
Spejjeż li jaqbżu l-livell tal-ispiża msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istat benefiċjarju mill-fondi proprji, jew fejn possibbli, minn fondi oħra tal-Unjoni.
Għall-finijiet tal-punt (b), “akkomodazzjoni temporanja” tfisser akkomodazzjoni li ddum sakemm il-popolazzjonijiet ikkonċernatjkunu jistgħu jmorru lura lejn id-djar oriġinali tagħhom wara li jkunu ssewwew jew inbnew mill-ġdid.
3. Il-ħlasijiet mill-Fond huma limitati għall-finanzjament ta’ miżuri li jtaffu l-ħsara li mhijiex assigurata u għandhom jiġu rkuprati jekk l-ispiża tat-tiswija tal-ħsara titħallas sussegwentement minn parti terza b’konformità mal-Artikolu 8(4).
4. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma għandiex tikkostitwixxi nefqa eliġibbli ta’ operazzjoni, ħlief jekk ma tistax tiġi rkuprata skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-VAT.
5. L-assistenza teknika għall-immaniġġar, il-monitoraġġ, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, is-soluzzjoni għall-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar, ma għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond.
L-ispejjeż marbuta mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, inklużi spejjeż relatati ma’ kompetenza teknika essenzjali għandhom ikunu eliġibbli bħala parti mill-ispejjeż tal-proġett.
6. Fejn jiġi ġġenerat dħul mill-operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 b’kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Fond ma għandiex taqbeż it-total tal-ispejjeż netti ta’ operazzjonijiet ta’ emerġenza u rkupru mġarrba mill-Istat benefiċjarju. L-Istat benefiċjarju għandu jinkludi dikjarazzjoni għal dak l-effett fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond skont l-Artikolu 8(3).
7. Fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, mill-inqas kwart tal-ammont annwali tal-Fond għandu jibqa’ disponibbli biex ikopri l-bżonnijiet li jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.
Artikolu 4
1. Malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn tnax-il ġimgħa wara l-ewwel okkorrenza tal-ħsara bħala konsegwenza ta’ diżastru naturali, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli ta’ Stat eliġibbli jistgħu jissottomettu applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u jipprovdu, bħala minimu, l-informazzjoni disponibbli kollha dwar:
(a) il-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru u l-impatt tagħha fuq il-popolazzjoni, l-ekonomija u l-ambjent ikkonċernat;
(b) l-ispiża stmata tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2);
(c) kwalunkwe sors ieħor ta’ finanzjament tal-Unjoni;
(d) kwalunkwe sors ieħor ta’ finanzjament nazzjonali jew internazzjonali, inkluża kopertura tal-assigurazzjoni pubblika u privata li tista’ tikkontribwixxi għall-ispejjeż tat-tiswija tal-ħsara;
(e) deskrizzjoni qasira tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri relatati man-natura tad-diżastru naturali.
1a. F’każijiet ġustifikati l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jistgħu jissottomettu, wara d-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1, informazzjoni addizzjonali sabiex jikkompletaw jew jaġġornaw l-applikazzjoni tagħhom.
1b. Il-Kummissjoni għandha tħejji gwida għall-aċċess u l-implimentazzjoni effettivi tal-Fond. Il-Gwida għandha titfassal sat-30 ta’ Settembru 2014 u għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri għall-abbozzar tal-applikazzjoni, inklużi r-rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni. Il-Gwida għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-siti elettroniċi tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha tiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tagħha lil Stati eliġibbli.
1c. Fil-każ ta’ diżastru naturali li jitfaċċa progressivament, l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tibda tgħodd mid-data li fiha l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat eliġibbli jieħdu azzjoni uffiċjali għall-ewwel darba kontra l-effetti tad-diżastru naturali jew mid-data meta jiddikjaraw stat ta’ emerġenza.
2. Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u kwalunkwe kjarifika li għandha tiġi pprovduta mill-Istat eliġibbli, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jintlaħqux u għandha tiddetermina l-ammont ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond kemm jista’ jkun malajr u mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara li tirċievi l-applikazzjoni, li tibda tgħodd mid-data minn meta tkun waslet l-applikazzjoni kompluta u eskluż iż-żmien meħtieġ għat-traduzzjoni, fil-limiti disponibbli tar-riżorsi finanzjarji.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond abbażi ta’ applikazzjoni li tkun waslet wara t-28 ta' Ġunju 2014 għal diżastru li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, hija tista’ tirrifjuta applikazzjoni ulterjuri għal kontribuzzjoni finanzjarja relatata ma’ diżastru tal-istess natura jew tnaqqas l-ammont li għandu jkun disponibbli meta l-Istat Membru huwa soġġett għal proċeduri ta’ ksur u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tat sentenza finali li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jimplimenta l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri, li huwa direttament marbut man-natura tad-diżastru naturali mġarrab.
Il-Kummissjoni għandha tittratta l-applikazzjonijiet kollha għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b’mod ekwitabbli.
3. Meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa sabiex jiġi mobilizzat il-Fond u sabiex jiġu awtorizzati l-approprjazzjonijiet korrispondenti. Dawk il-proposti għandhom jinkludu;
(a) kull informazzjoni disponibbli, kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(b) kull informazzjoni rilevanti oħra fil-pussess tal-Kummissjoni;
(c) prova dimostrazzjoni li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 2 ġew sodisfatti; u
(d) ġustifikazzjoni tal-ammonti proposti.
Id-deċiżjoni sabiex jiġi mobilizzat il-Fond għandha tittieħed konġuntement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista’ jkun wara s-sottomissjoni tal-proposta mill-Kummissjoni.
Kemm il-Kummissjoni, minn naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, min-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu sforz sabiex jimminimizzaw iż-żmien meħud għall-mobilizzazzjoni tal-Fond.
4. Ladarba l-approprjazzjonijiet isiru disponibbli mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, u għandha tħallas dik il-kontribuzzjoni finanzjarja immedjatament u f’pagament wieħed lill-Istat benefiċjarju. Jekk ikun sar ħlas ta’ pagament bil-quddiem, skont l-Artikolu 4a, għandu jitħallas il-bilanċ biss.
5. Il-perijodu ta’ eliġibbiltà għan-nefqa għandu jibda fid-data tal-ewwel okkorrenza tal-ħsara kif imsemmi fil-paragrafu 1. Fil-każ ta’ diżastru naturali li jitfaċċa progressivament, il-perijodu ta’ eliġibbiltà għan-nefqa għandu jibda fid-data li fiha l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat eliġibbli jieħdu azzjoni għall-ewwel darba jew mid-data li fiha huma jiddikjaraw stat ta’ emerġenza, kif imsemmi fil-paragrafu 1c.
Artikolu 4a
1. Meta jissottometti applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ jitlob il-pagament bil-quddiem. Il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni preliminari dwar jekk l-applikazzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stiuplati fl-Artikolu 4(1) u tivverifika d-disponibbiltà ta’ riżorsi baġitarji. Fejn dawk il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti u r-riżorsi suffiċjenti jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tagħti l-pagament bil-quddiem u tħallsu mingħajr dewmien qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4(4). Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem huwa mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.
2. L-ammont tal-pagament bil-quddiem ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u ma għandu fi kwalunkwe każ jaqbeż EUR 30 000 000. Ladarba jkun ġie determinat l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-somma tal-pagament bil-quddiem qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tirkupra l-pagamenti bil-quddiem li jitħallsu indebitament.
3. Kwalunkwe ħlas lura li jkollu jsir lill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data stipulata indikata fl-ordni ta’ rkupru li ssir b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ). Id-data stipulata għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.
4. Meta tadotta l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għal sena finanzjarja partikolari” il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ sabiex tkun żgurata d-disponibbilta’ fil-ħin tar-riżorsi baġitarji” tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiġi mobilizzat il-Fond f’ammont sa massimu ta’ EUR 50 000 000 għall-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem u tipproponi li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.
L-arranġamenti baġitarji għandhom ikunu konformi mal-limiti massimi msemmijin fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ( 16 ).
Artikolu 5
1. Att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 4(4) għandu jinkludi fl-Anness tiegħu dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond.
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiddeskrivu, b’mod partikolari t-tip u l-post tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond wara li ssir proposta mill-Istat eliġibbli.
2. Qabel ma titħallas kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat eliġibbli li ma jkunx Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ delegazzjoni ma’ dak l-Istat li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond imsemmi fil-paragrafu 1 b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 17 ), kif ukoll l-obbligi relatati mal-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali.
3. Ir-responsabbiltà tal-għażla ta’ operazzjonijiet individwali u l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandha tkun tal-Istat benefiċjarju, b’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) u (3), l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(4) u, fejn applikabbli, il-ftehim tad-delega msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat Membru għandha tiġi implimentata fil-kuntest tal-immaniġġar kondiviż b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lil Stat eliġibbli li ma jkunx Stat Membru għandha tiġi implimentata fil-qafas tal-immaniġġar indirett b’konformità ma’ dak ir-Regolament.
5. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Istati benefiċjarji għandhom jieħdu r-responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ operazzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-kontroll finanzjarju tal-operazzjonijiet. Il-miżuri li jieħdu għandhom jinkludu:
(a) il-verifika li twaqqfu l-ftehimiet ta’ mmaniġġar u kontroll u qed jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni qed jintużaw b’mod effiċjenti u korrett, b’konformità mal-prinċipji tal-immaniġġar finanzjarju sod;
(b) il-verifika li l-azzjonijiet iffinanzjati twettqu kif dovut;
(c) l-iżgurar li n-nefqa ffinanzjata hija bbażata fuq dokumenti ta’ sostenn verifikabbli, u li hija korretta u regolari;
(d) il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti li tħallsu mingħajr ma kienu dovuti flimkien mal-interessi fuq ħlasijiet tard fejn xieraq. Huma għandhom jinnotifikaw kwalunkwe tali irregolarità lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali.
6. L-Istati benefiċjarji għandhom jaħtru korpi responsabbli għall-immaniġġar u l-kontroll tal-operazzjonijiet appoġġati mill-Fond b’konformità mal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jikkunsidraw kriterji dwar l-ambjent intern, attivitajiet ta’ kontroll, informazzjoni u komunikazzjoni, u monitoraġġ. L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-korpi diġà nnominati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).
Dawk il-korpi maħtura għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 59(5) jew l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li tkopri l-perijodu ta’ implimentazzjoni kollu meta jissottomettu r-rapport u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.
7. L-Istat benefiċjarju għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa meta tiġi aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet li jsiru mill-Istat benefiċjarju jikkonsistu fil-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. L-Istat benefiċjarju għandu jirkupra kwalunkwe ammont mitluf bħala riżultat ta’ irregolarità li tinstab.
8. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Awdituri jew il-kontrolli mwettqa mill-Istat benefiċjarju b’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki fuq il-post dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat benefiċjarju bl-għan li tikseb l-assistenza neċessarja kollha. Uffiċjali jew aġenti oħra tal-Istat Membru kkonċernat, jistgħu jipparteċipaw f’tali kontrolli.
9. L-Istat benefiċjarju għandu jiżgura li d-dokumenti ta’ appoġġ kollha relatati man-nefqa mġarrba jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għal perijodu ta’ tliet snin wara t-tmiem tal-assistenza mill-Fond.
Artikolu 6
1. L-Istat benefiċjarju għandu jkun responsabbli għall-koordinament tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, minn naħa waħda, b’assistenza mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.
2. L-Istat benefiċjarju għandu jiżgura li n-nefqa rimborżata b’konformità ma’ dan ir-Regolament, ma tiġix rimborżata permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-istrumenti tal-politiki ta’ koeżjoni, agrikola jew tas-sajd.
3. Il-ħsara msewwija mill-istrumenti tal-Unjoni jew internazzjonali relatati mal-kumpens ta’ ħsara speċifika, ma għandhomx, ikunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond għall-istess għan.
Artikolu 7
Operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u strumenti adottati taħtu, bil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-immaniġġar finanzjarju, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni ambjentali, il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima inkluż, fejn ikun il-każ, l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema, u bi strumenti ta’ assistenza qabel l-adeżjoni. Fejn applikabbli, l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni f’dawk l-oqsma.
Artikolu 8
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandha tintuża fi żmien tmintax-il xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ammont sħiħ ta’ assistenza. Kwalunkwe parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tibqa’ ma tintużax sa dik l-iskadenza jew li jinstab li ntużat għal operazzjonijiet mhux eliġibbli għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni mingħand l-Istat benefiċjarju.
2. L-Istati benefiċjarji għandhom jitolbu l-kumpens kollu possibbli minn partijiet terzi.
3. Mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tmintax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b’dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa, filwaqt li jindika kwalunkwe sors ta’ finanzjament ieħor li jkun wasal għall-operazzjonijiet ikkonċernati, inklużi saldi tal-assigurazzjoni u kumpens minn partijiet terzi.
Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jagħti fid-dettall:
(a) il-miżuri preventivi, meħudin jew proposti mill-Istat benefiċjarju sabiex jillimita ħsara futura u sabiex jevita, kemm jista’ jkun, ir-rikorrenza ta’ diżastri naturali simili, inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-Unjoni għal dan il-għan;
(b) l-istat ta’ implimentazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastri naturali;
(c) l-esperjenza miksuba mid-diżastru naturali u l-miżuri meħudin jew proposti sabiex tkun żgurata l-protezzjoni u r-reżiljenza ambjentali rigwardanti tibdil fil-klima u diżastri naturali; u
(d) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar miżuri ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni meħudin relattivament għan-natura tad-diżastru naturali.
Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni ta’ korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li tistabbilixxi li d-dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa tagħti dehra reali u ġusta u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond hija legali u regolari, b’konformità mal-Artikolu 59(5) u l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Fl-aħħar tal-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha twaqqaf l-assistenza mill-Fond.
4. Fejn l-ispiża tat-tiswija tal-ħsara sussegwentement titħallas minn parti terza, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat benefiċjarju jirrimborża ammont korrispondenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond.
Artikolu 9
L-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4), kif ukoll il-ftehim ta’ delegazzjoni, ir-rapporti u kwalunkwe dokument relatat ieħor għandhom jesprimu l-ammonti kollha f’Euro.
L-ammonti tan-nefqa mġarrba fil-muniti nazzjonali għandhom jiġu kkonvertiti f’euro fir-rati tal-kambju ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-ġurnata li fiha l-att ta’ implimentazzjoni relatat jiġi adottat mill-Kummissjoni. Fejn ma tiġi ppubblikata l-ebda rata tal-kambju f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-ġurnata li fiha l-att ta’ implimentazzjoni relatat jiġi adottat mill-Kummissjoni, il-konverżjoni għandha ssir skont il-medja tar-rati ta’ kontabbiltà ta’ kull xahar stabbiliti mill-Kummissjoni, determinati għal dak il-perijodu. Din ir-rata tal-kambju unika għandha tintuża fl-implimentazzjoni kollha tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond u bħala l-bażi għar-rapport dwar l-implimentazzjoni finali u d-dikjarazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-elementi meħtieġa skont l-Artikolu 59(5) jew l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-kontribuzzjoni finanzjarja.
Artikolu 10
1. F’,każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jibqgħu jkunu disponibbli fil-Fond fis-sena ta’ l-okkorrenza tad-disastru ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta’ assistenza meqjus neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista’, tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-Fond tas-sena ta’ wara. L-ogħla limitu annwali baġitarju tal-Fond fis-sena ta’ l-okkorrenza tad-disastru u fis-sena ta’ wara għandu jiġi rispettat f’,kull ċirkostanza.
2. Fil-każ ta’ valutazzjoni sostanzjalment iktar baxxa tal-ħsara mġarrba, kif jidher minn elementi ġodda, l-Istat benefiċjarju għandu jirrimborża l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond lill-Kummissjoni.
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u fejn applikabbli, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha li jirċievu finanzjamenti, kuntratturi, subkuntratturi, li jkunu rċivew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.
3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 20 ) bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni ma’ kuntratt li jikkonċerna finanzjament tal-Unjoni.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ delegazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kuntratti u deċiżjonijiet li jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali eżerċizzji tal-awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 12
Qabel l-1 ta’ Lulju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-attività tal-Fond fis-sena ta’ qabel. B’,mod partikolari dan ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar Artikoli 3, 4 u 8
▼M1 —————
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Proposta tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 3 ) Opinjoni mogħtija nhar l-24 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 5 ) ĠU L 130, tal-25.5.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/1999 (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 62).
( 6 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1447/2001 (ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 1).
( 7 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.
( 8 ) ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).
( 9 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).
( 10 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).
( 11 ) ĠU L 345, tad-19.12.1998, p. 49. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1596/2002 (ĠU L 240, tas-7.9.2002, p.33).
( 12 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 68.
( 13 ) ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1).
( 14 ) ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 1).
( 15 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 16 ) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
( 17 ) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
( 18 ) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 19 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 20 ) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).