Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI - Artikolu 18 (ex Artikolu 12 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0056 - 0056
Artikolu 18 (ex Artikolu 12 TKE) Fil-kamp ta' l-applikazzjoni tat-Trattati, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw regoli intiżi sabiex jiprojbixxu din id-diskriminazzjoni. --------------------------------------------------