|
29.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8568 — Total/Atos/InTouch Corp/InTouch SAS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 247/04)
|
1. |
Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Total Outre-Mer S.A. (“TOM”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Total (Franza), Worldline S.A. (“Worldline”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Atos (Franza) u InTouch Corp (Mauritius) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll konġunt ta’ InTouch SAS (Franza) u s-sussidjarji tagħha permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Total Outre-Mer: attivitajiet ta’ Total Marketing Services fl-Afrika; il-grupp Total huwa attiv fil-livell dinji fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-bejgħ taż-żejt u l-gass naturali; il-grupp huwa preżenti wkoll fis-setturi tar-raffinar ta’ prodotti taż-żejt u tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti raffinati. il-grupp jiżviluppa attivitajiet fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli kemm permezz tal-produzzjoni ta’ pannelli solari kif ukoll permezz tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; — Worldline: sussidjarja tal-grupp Atos, attiva fis-settur tal-pagamenti u s-servizzi tranżazzjonali, fosthom l-affiljazzjoni ta’ kummerċjanti, l-ipproċessar ta’ akkwisti, il-bank onlajn, it-trattament tal-emissjonijiet u l-użu bil-liċenzja ta’ softwer ta’ ħlas, il-forniment ta’ terminal ta’ punt ta’ bejgħ u ta’ servizzi relatati, prinċipalment fiż-ŻEE; — InTouch Corp: speċjalizzata f’aggregazzjoni ta’ mezzi ta’ pagamenti u servizzi diġitali permezz ta’ pjattaformi mobbli fil-Mawritanja, is-Senegal, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja u fil-Kamerun, u — InTouch SAS: soluzzjonijiet ta’ aggregazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas f’ċerti pajjiżi fl-Afrika u l-Lvant Nofsani. |
|
3. |
Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bi-referenza M.8568 — Total/Atos/InTouch Corp/InTouch SAS, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.