|
28.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/477/PESK
tas-27 ta' Settembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jiġu estiżi sat-30 ta’ Settembru 2014. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2014. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista tiġi mġedda jew emendata, kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GUSTAS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).