|
9.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 453/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9969 — VEOLIA / SUEZ)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 453/05)
1.
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Veolia Environnement SA (“Veolia”, Franza), |
|
— |
Suez SA (“Suez”, Franza). |
Veolia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Suez kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni tikkostitwixxi f’żewġ stadji: minn naħa waħda, l-akkwist ta’ sehem mingħajr il-kontroll ta’ 29,9 % tal-kapital u tad-drittijiet tal-vot ta’ Suez mingħand Engie S.A. (“Engie”) u li sar fis-6 ta’ Ottubru 2020, (2) u min-naħa l-oħra, it-tnedija ta’ offerta pubblika ta’ xiri tal-bqija tal-ishma li nfetħet fid-29 ta’ Lulju 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Veolia: toffri soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-ilma, tal-iskat u tal-enerġija. L-attivitajiet prinċipali tagħha huma: (i) is-servizzi u t-teknoloġiji tal-ġestjoni tal-ilma, (ii) l-attivtajiet marbuta mal-iskart mhux perikoluż, skart regolamentat u skart perikoluż u (iii) l-għoti ta’ servizzi tal-enerġija, inklużi l-ġestjoni, il-produzzjon u d-distribuzzjoni tal-enerġija. |
|
— |
Suez: toffri servizzi fis-settur tal-ilma u tal-iskart kif ukoll soluzzjonijiet teknoloġiċi. |
3.
Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzji għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9969 — VEOLIA / SUEZ
Dawn il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Skont il-kundizzjonijiet ta’ ftehim li sar bejn Veolia u Engie fil-5 ta’ Ottubru 2020.