2007R1059 — MT — 17.12.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1059/2007

ta’ l-14 ta’ Settembru 2007

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

(ĠU L 242, 15.9.2007, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1476/2007 tat-13 ta’ Diċembru 2007

  L 329

17

14.12.2007




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1059/2007

ta’ l-14 ta’ Settembru 2007

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 40(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward l-immaniġġjar tas-suq Komunitarju fiz-zokkor u s-sistema tal-kwoti ( 2 ), jipprovdi li l-aġenziji ta’ l-intervent jistgħu jbigħu z-zokkor biss wara li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dan mill-Kummissjoni.

(2)

Tali deċiżjoni ttieħdet mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 tas-7 ta’ Lulju 2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja ( 3 ). Skond dak ir-Regolament, l-offerti jistgħu jitressqu għall-aħħar darba bejn it-13 u s-26 ta’ Settembru 2007.

(3)

Huwa previst li l-ħażniet ta’ intervenzjoni taz-zokkor se jkomplu jeżistu f'ħafna mill-Istati Membri kkonċernati wara li tkun skadiet l-aħħar possibbiltà biex iressqu l-offerti. Għalhekk, sabiex iwieġbu għad-domanda kontinwa fis-suq, huwa xieraq li tinfetaħ sejħa permanenti oħra għall-offerti biex dawn il-ħażniet isiru disponibbli fis-suq Komunitarju.

(4)

Biex ikun jista' jsir tqabbil tal-prezzijiet offruti għaz-zokkor ta’ kwalitajiet differenti, il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor ta’ kwalità standard kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Skond l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, huwa xieraq li tiġi ffissata kwantità minima għal kull wieħed li jressaq offerta jew għal kull lott.

(6)

Sabiex titqies is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu għall-bejgħ għal kull sejħa parzjali għall-offerti.

(7)

Il-prezz minimu tal-bejgħ jirreferi għaz-zokkor ta’ kwalità standard. Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex taġġusta l-prezz tal-bejgħ.

(8)

L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni. Min ikun tefa’ l-offerta għandu jibqa’ anonimu.

(9)

Sabiex jiġi żgurat immaniġġjar kif suppost taz-zokkor maħżun, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm komunikazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li ġew mibjugħa fil-verità.

(10)

It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 ( 4 ) ikompli japplika għaz-zokkor li ġie aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006. Madankollu, għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent, din id-distinzjoni mhijiex neċessarja u jekk tiġi implimentata toħloq diffikultajiet amministrattivi għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jixraq li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1262/2001 tiġi eskluża mill-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa permanenti għall-offerti fis-suq intern Komunitarju, kwantità totali massima ta’ 601 981 tunnellati ta’ zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u huwa disponibbli għall-bejgħ fis-suq Komunitarju.

Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

1.  Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bħala tweġiba għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru 2007 u jintemm fl-10 ta’ Ottubru 2007 fit-15.00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fit-15.00, ħin ta’ Brussell, nhar:

— l-24 ta’ Ottubru 2007,

— is-7 u l-21 ta’ Novembru 2007,

— il-5 u d-19 ta’ Diċembru 2007,

— id-9 u t-30 ta’ Jannar 2008,

— it-13 u s-27 ta’ Frar 2008,

— it-12 u s-26 ta’ Marzu 2008,

— id-9 u t-23 ta’ April 2008,

— is-7 u t-28 ta’ Mejju 2008,

— il-11 u l-25 ta’ Ġunju 2008,

— id-9 u t-23 ta’ Lulju 2008,

— is-6 u s-27 ta’ Awwissu 2008,

— l-10 u l-24 ta’ Settembru 2008.

2.  Il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat ta’ kwalità standard kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

3.  Il-kwantità minima ta’ l-offerta għal kull lott skond l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandha tkun ta’ 250 tunnellata sakemm il-kwantità disponibbli għal dak il-lott tkun anqas minn 250 tunnellata. F'tali każijiet, għandha tiġi offruta l-kwantità disponibbli.

4.  L-offerti se jitressqu ma’ l-aġenziji ta’ intervent li għandhom iz-zokkor kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

L-aġenziji ta’ intervent għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-offerti li jkunu tressqu sa sagħtejn wara l-iskadenza għas-sottomissjoni stipolata fl-Artikolu 2(1).

L-identità ta’ min għamel l-offerta għandha tibqa’ sigrieta.

L-offerti li jitressqu għandhom jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi skond il-mudell stipulat fl-Anness II.

Jekk ma tintefa’ l-ebda offerta, l-Istat Membru għandu jikkomunika dwar dan lill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien.

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-prezz tal-bejgħ minimu għal kull Stat Membru kkonċernat, jew tiddeċiedi jekk għandhiex taċċetta l-offerti skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

2.  Għaz-zokkor ta’ intervent li mhuwiex ta’ kwalità standard, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-prezz effettiv tal-bejgħ billi japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 33 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

3.  Meta jirriżulta li aġġudikazzjoni bi prezz minimu skond il-paragrafu 1 twassal li l-kwantità disponibbli tinqabeż għall-Istat Membru kkonċernat, dik l-aġġudikazzjoni għandha tkun limitata għal kwantità bħal din li għadha disponibbli.

Meta l-aġġudikazzjonijiet għal Stat Membru tas-sejħiet kollha li joffru l-istess prezz jirriżultaw f’li l-kwantità tinqabeż, il-kwantità disponibbli għal dak l-Istat Membru għandha tiġi aġġudikata kif ġej:

(a) permezz ta’ diviżjoni fost min tefa' l-offerti proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom; jew

(b) permezz ta’ tqassim fost min tefa’ l-offerti b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom; jew

(c) billi tittella’ lotterija.

4.  Sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta’ xogħol wara li l-Kummissjoni tiffissa l-prezz minimu tal-bejgħ, l-aġenziji ta’ intervent involuti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness III, il-kwantità eżatta mibjugħa minn sejħa parzjali għall-offerti.

Artikolu 5

B'deroga mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, dak ir-Regolament għandu japplika għall-bejgħ mill-ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, taz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



L-Istati Membri li jżommu zokkor ta' intervent

L-Istat Membru

L-Aġenzija ta’ Intervent

Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta' intervent u li huma disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(f'tunnellati)

Il-Belġju

Bureau d’intervention et de restitution belgeRue de Trèves, 82B-1040 BruxellesTél. (32-2) 287 24 11Fax (32-2) 287 25 24

21 409

Ir-Repubblika Ċeka

Státní zemědělský intervenční fondOddělení pro cukr a škrobVe Smečkách 33CZ-110 00 PRAHA 1Tel.: (420) 222 87 14 27Fax: (420) 222 87 18 75

30 754

L-Irlanda

Intervention Sectionon Farm InvestmentSubsidies and storage DivisionDepartment of Agriculture & FoodJohnstown Castle EstateWexfordTel. (00 353) 536 34 37Fax (00 353) 914 28 43

12 000

▼M1

Spanja

Fondo Español de Garantia AgrariaC/Beneficencia, 8E-28004 MadridTel.: +34 91 347 64 66Feks: +34 91 347 63 97

42 084

▼B

L-Italja

AGEA — Agenzia per le erogazioni in agricolturaUfficio ammassi pubblici e privati e alcoolVia Torino, 45I-00185 RomaTel. (39) 06 49 49 95 58Fax (39) 06 49 49 97 61

322 915

L-Ungerija

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési HivatalSoroksári út 22–24.H-1095 BudapestTel.: (36-1) 219 45 76Fax: (36-1) 219 89 05 vagy (36-1) 219 62 59

100 462

Is-Slovakkja

Pôdohospodárska platobná agentúraOddelenie cukru a ostatných komodítDobrovičova 12815 26 BratislavaSlovenská republikaTel.: (421-2) 58 24 32 55Fax: (421-2) 53 41 26 65

34 000

L-Iżvezja

Statens jordbruksverkVallgatan 8S-551 82 JönköpingTfn (46-36) 15 50 00Fax (46-36) 19 05 46

56 357




ANNESS II

Mudell għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3

Formola ( 5 )

Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

Regolament (KE) Nru 1059/2007



1

2

3

4

5

L-Istat Membru li jbigħ iz-zokkor ta' intervent

In-numerazzjoni ta’ l-applikanti

In-Nru tal-lott

Il-kwantità

(t)

Il-prezz ta’ l-offerta

EUR/100 kg

 

1

 
 
 
 

2

 
 
 
 

3

 
 
 
 

eċċ.

 
 
 




ANNESS III

Mudell għan-notifika lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)

Formola ( 6 )

Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

Regolament (KE) Nru 1059/2007



1

2

L-Istat Membru li jbigħ iz-zokkor ta' intervent

Il-kwantità mibjugħa fil-verità

(f'tunnellati)

 
 



( 1 ) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

( 2 ) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 551/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 7).

( 3 ) ĠU L 187, 8.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1555/2006 (ĠU L 288, 19.10.2006, p. 3).

( 4 ) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Ir-Regolament mħassar bir-Regolament (KE) Nru 952/2006.

( 5 ) Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34

( 6 ) Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34.