2001R1646 — MT — 01.07.2002 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Numru 1646/2001 tat-13 ta’ Awissu 2001 (ĠU L 219, 14.8.2001, p.14) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1164/2002 tat-28 ta’ Ġunju 2002 |
L 170 |
48 |
29.6.2002 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Numru 1646/2001
tat-13 ta’ Awissu 2001
li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għal għoti ta’assistenza għall-addattament għall-industrija tar-raffinar taz-zokkor preferenzjali u jaġġusta kemm l-għajnuna ta’ aġġustament u għajnuna addizzjonali bażika għall-industrija tar-raffinar taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ( 1 ), u partikularment l-Artikolu 38(6) tiegħu,
Filwaqt li:|
(1) |
L-Artikolu 38(1) u (3) tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001 jaħseb biex waqt is-snin tal-bejgħ 2001/02 sal-2005/06 għajnuna għall-aġġustament għandha tingħata bħala miżura ta’ intervent għall-industrija tal-Komunità taz-zokkor preferenzjali tal-kannamieli, flimkien ma’ għajnuna bażika addizzjonali għal-kannamieli mhux raffinat li jitkabbar fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra. Dawn il-provvedimenti jispeċifikaw ukoll li l-għajnuna ta’ aġġustament tista’ tingħata biss sal-kwantitajiet stipulati fil-provvedimenti msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001. |
|
(2) |
Iz-zokkor li jista’ jikkwalifika għall-għajnuna għar-raffinar għandu jkun zokkor preferenzjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001. Biex jiġi assigurat l-oriġini tiegħu u biex tiġi immonitorjata l-importazzjoni tiegħu fil-Komunità, riferenza għandha issir għall-provvedimenti u dokumenti stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Numru 2782/76 tas-17 ta’ Novembru 1976 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-importazzjoni taz-zokkor preferenzjali ( 2 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 2665/98 ( 3 ). |
|
(3) |
Dwar l-għoti ta’ għajnuna għandu jkun hemm provvedimenti għal miżuri sodisfaċenti biex jiġi monitorjat iz-zokkor raffinat u għal dak il-għan il-kunċett tar-raffinar, il-formula għar-rendiment taz-zokkor mhux raffinat in kwestjoni u l-obbligu li jkun hemm analiżi mmexxija f’ laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ir-raffinar isir għandu jiġi definit. |
|
(4) |
Il-miżuri tal-maniġġar għaz-zokkor mhux raffinat tal-kannamieli li jitkabbar fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra u li jkkwalifikaw għall-għajnuna bażika addizzjonali għandu jkun l-istess bħal dawk stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1554/2001 tat-30 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1260/2001 dwar it-tpoġġija għal bejgħ taz-zokkor imkabbar fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra u biex iġib ugwali l-kundizzjonijiet ta’ kif ikun determinat il-prezz maz-zokkor preferenzjali- ( 4 ). |
|
(5) |
L-Artikolu 38(4) tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001 jordna li l-għajnuna għall-aġġustament u għajnuna u addizzjonali jistgħu jiġu aġġustati b’ kunsiderazzjoni għal xejriet ekonomiċi fis-setur taz-zokkor, partikolarment il-marġni fil-manifatura u r-raffinar. Biex jieħdu ħsieb tal-ħtieġa li jiġi jinżammu l-marġni fil-manifattura u l-marġni fir-raffinar f’ ekwilibriju, li wassal għall-introduzzjoni ta’ dawn l-għajnuniet u l-aġġustament tagħhom waqt l-iskema ta’ qabel, l-ammonti għal-2001/02 jinżammu fil-livelli ta’ għajnuna tas-sena tal-bejgħ 2000/01. |
|
(6) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor ma esprimiex opinjoni fiż-żmien stipulat mil-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
1. L-għajnuna maħsuba f’ l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001, minn hawn ’il quddiem msemmija bħala “l-għajnuna”, għandha tingħata fuq applikazzjoni mill-intrapriża li tkun raffinat iz-zokkor preferenzjali in kwestjoni, lill-awtoritijiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun sar l-irraffinar.
2. L- applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun akkompanjata minn provi li z-zokkor raffinat kien akkwistat minn zokkor preferenzjali mhux raffinat importat fil-Komunità skond ir-Regolament (KEE) Numru 2782/76.
Il-prova għandha tinġieb billi jiġi ppreżentat l-oriġinal tad-dokument msemmi, skond il-każ, fl-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Numru 2782/76 jew kopja ta’ dawk id-dokumenti, ċertifikat bħala vera kopja mill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun qed jimporta. Dawk l-awtoritajiet għandhom jimlew fis-sezzjoni 8 tal-kopja l-firem elenkati, kif xieraq, fl-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 7(3).
3. Għall-għotja tal-għajnuna
(a) “raffinar” ifisser il-konversjoni f’l-intrapriża ta’ l-applikant, kif definit fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001, taz-zokkor mhux raffinat kif definit fl-Artikolu 1(2)(b) ta’ dak ir-Regolament f’ zokkor abjad kif definit fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ dak ir-Regolament;
(b) iz-zokkor in kwestjoni għandu jitpoġġa taħt il-kontroll tad-dwana jew taħt kontroll ieħor amministrativ li joffri l-istess garanziji.
4. Biex tiġi stabbilita l-għajnuna, r-rendiment taz-zokkor in kwestjoni huwa kkalkulat billi jiġi mnaqqas darbtejn daqs il-grad ta’ polarizzazzjoni ta’ dak iz-zokkor b’ 100.
5. Analiżi għandhom isiru mal-wasla minn xi laboratorju approvat mill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-irraffinar ikollu jsir.
Madankollu, jekk iz-zokkor ikun diġaċ ġie soġġettat għal analiżi biex jiġi aċċertat ir-rendiment qabel jibda jseħħ dan ir-Regolament, dan l-analiżi għandhom ikunu kkunsidrati li qegħdin jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ l-ewwel subparagrafu.
L-Artikolu 2
1. L-għajnuna bażika addizzjonali maħsuba fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (KE) Numru 1260/2001 għandha tingħata fuq applikazzjoni mingħand l-intrapriża li tkun raffinat iz-zokkor imkabbar fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra.
2. Ir-Regolament (KE) Numru 1554/2001 għandu japplika mutatis mutandis lill-għajnuna bażika addizzjonali.
L-Artikolu 3
1. L-ammont ta’ għajnuna għall-aġġustament u dak ta’ għajnuna addizzjonali bażika li jissemmew rispettivament fl-Artikolu 38(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 hu ffissat, bħala riżultat ta’ l-aġġustamnet li jissemma fl-Artikolu 38(4), fl-ammont totali ta’ 2,92 euros għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad għas-snin ta’ marketing mill-2002/2003 sa l-2005/2006.
2. L-ammont imsemmi jista’ jiġi aġġustat skond l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jekk il-kondizzjonijiet ekonomiċi, u b’mod partikolari r-rati ta’ interess, li jkunu jipprevalu qabel il-bidu ta’ waħda mis-snin ta’ marketing in kwistjoni jkunu sinifikattivament differenti minn dawk prevalenti meta l-ammont kien iffissat l-ewwel darba.
L-Artikolu 4
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, għal kull tlett xhur u fix-xahar tal-kalendarju ta’ wara dak il-perijodu ta’ tlett xhur in kwestjoni, dwar il-kwantitajiet, definiti bħala zokkor abjad, li għalihom l-għajnuna tkun ingħatat u l-ammonti f’munita nazzjonali li tikkorrispondi ma’ dawk il-kwantitajiet.
L-Artikolu 5
Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2001.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.
( 2 ) ĠU L 318, tat-18.11.1976, p. 13.
( 3 ) ĠU L 336, tal-11.12.1998, p. 20.
( 4 ) ĠU L 205, tal-31.7.2001, p. 18.