<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑264/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0264</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:498">EU:C:2015:498</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C‑264/14</P><P>HEDQVIST</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑264/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Skatteverket</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">David Hedqvist</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstol (l-Isvezja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Dritt fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Kambju tal-valuta virtwali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>bitcoin<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> f’valuta tradizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi mwettqa bi ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni fiskali applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ strumenti negozzjabbli</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni fiskali applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw valuti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni fiskali applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw titoli</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ser teżamina għall-ewwel darba l-kwistjoni tal-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-kambju tal-valuta virtwali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>bitcoin<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> f’valuti tradizzjonali. Għaldaqstant, jeħtieġ li tingħata kjarifika supplimentari dwar il-kamp ta’ applikazzjoni b’mod partikolari tal-eżenzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), huma suġġetti għall-VAT</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(ċ) il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(1) tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mit-taxxa t-tranżazzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar, li jikkonċernaw kontijiet ta’ depożitu u kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli, imma eskluża l-kollezzjoni tad-debitu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>transazzjoniet, inkluż negozjar, li jikkonċerna [valuti], karti tal-flus u [m]uniti użati bħala valuta legali, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti tal-kollezzjoni, jiġifieri, deheb, fidda u muniti oħrajn tal-metall jew karti tal-flus li normalment m’humiex użati bħala valuta legali jew muniti b’interess numismatiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar iżda mhux l-immaniġġjar jew iż-żamma fiż-żgur, f’ishma, interessi f’kumpanniji jew assoċjazzjonijet, obbligazzjonijiet (debentures) u sigurtajiet oħrajn, iżda esklużi dokumenti li jistabbilixxu titolu għal merkanzija, u d-drittijiet jew sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 15(2);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fis-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.</P></NOTE>, li kienet fis-seħħ sal-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dawn l-eżenzjonijiet jikkorrispondu għall-Artikolu 13 B(d)(3) sa (5). Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din l-aħħar dispożizzjoni, dawn il-konstatazzjonijiet jistgħu wkoll japplikaw għall-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-dritt Svediż jinkludi dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għall-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>D. Hedqvist għandu l-intenzjoni li jbigħ u jixtri l-valuta virtwali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>bitcoin<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bitcoins<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), permezz tal-internet, inkambju għal kroni Svediżi. Il-prezz tal-bitcoins għandu jkun ibbażat fuq ir-rata ta’ kambju indikata fuq sit ta’ kambju partikolari, b’perċentwal miżjud jew imnaqqas bħala korrispettiv għall-kambju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, numru ta’ individwi u ta’ operaturi fuq l-internet jaċċettaw il-bitcoins bħala mezz ta’ ħlas. Il-bitcoins jinħażnu bħala data fuq il-kompjuter ta’ utent jew fuq il-kompjuter ta’ fornitur ta’ servizz terz u jiġu ttrasferiti biss elettronikament. Huma ma għandhomx emittent partikolari iżda jinħolqu fuq l-internet permezz ta’ algoritmu pprogrammat minn persuna li sa issa għadha ma ġietx identifikata. Bitcoins ma jitqiesux bħala valuta legali f’ebda pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Qabel ma jagħti bidu għall-attività tiegħu, D. Hedqvist talab li tingħata opinjoni preliminari mingħand il-Kumitat Svediż tad-Dritt Fiskali (iktar ’il quddiem l-iSkatterättsnämnd) sabiex ikun jaf jekk għandux iħallas il-VAT fuq it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ xiri tal-imsemmija bitcoins. Fl-opinjoni preliminari, il-bejgħ u x-xiri tal-bitcoins ġew ikkunsidrati bħala provvisti ta’ servizzi li jitwettqu bi ħlas iżda li madankollu huma eżenti mit-taxxa, peress li skont l-iSkatterättsnämnd, il-bitcoins jikkostitwixxu mezz ta’ ħlas li jintuża bħala mezz ta’ ħlas legali. L-amministrazzjoni fiskali Svediża appellat minn din l-opinjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Högsta förvaltningsdomstol (Qorti Amministrattiva Suprema), li fil-frattemp ġiet adita bil-kawża, tikkunsidra li d-dritt tal-Unjoni dwar il-VAT huwa determinanti għall-eżitu tal-kawża u għaldaqstant, fit-<DATE ISO="20140602">2 ta’ Ġunju 2014</DATE>, għamlet id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja, abbażi tal-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="267.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tranżazzjonijiet fil-forma li ġiet deskritta bħala l-kambju ta’ munita virtwali lejn munita tradizzjonali u viċe versa, imwettaq għal korrispettiv li jiżdied mill-fornitur meta tiġi kkalkulata r-rata tal-kambju, jikkostitwixxu provvisti ta’ servizzi mwettqa bi ħlas?</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="267.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun pożittiva, l-Artikolu 135(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tranżazzjonijiet ta’ kambju kif deskritti iktar ’il fuq huma eżentati?</ALINEA></PARAG></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, saru osservazzjonijiet bil-miktub dwar dawn id-domandi mill-Awtorità Fiskali Svediża (l-iSkatteverket), minn D. Hedqvist, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika tal-Estonja u mill-Kummissjoni Ewropea. Fis-seduta tas-<DATE ISO="20150617">17 ta’ Ġunju 2015</DATE>, saru osservazzjonijiet orali minn D. Hedqvist, mir-Renju tal-Isvezja, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Din il-kawża tikkonċerna żewġ kwistjonijiet differenti. L-ewwel nett, in-natura taxxabbli tat-tranżazzjonijiet tal-kambju, jiġifieri l-kwistjoni dwar jekk din l-attività tikkostitwixxix fatt taxxabbli skont id-Direttiva tal-VAT (ara f’dan ir-rigward is-Sezzjoni A iktar ’il quddiem). It-tieni nett, fil-każ li t-tranżazzjonijiet tal-kambju jkunu suġġetti għall-impożizzjoni tat-taxxa, għandu jiġi kkjarifikat jekk dawn humiex taxxabbli jew inkella humiex eżenti mit-taxxa (ara f’dan ir-rigward is-Sezzjoni B iktar ’il quddiem).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kambju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ bitcoins bħala provvista ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ servizzi mwettqa bi ħlas</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk attività bħal dik prevista minn D. Hedqvist għandhiex titqies bħala provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT, u konsegwentement li, bħala prinċipju, hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’kawża simili, First National Bank of Chicago, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-kambju tal-valuti, fejn il-bank japplika rata differenti għax-xiri u għall-bejgħ tal-valuti differenti, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>First National Bank of Chicago</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:354">EU:C:1998:354</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, is-servizz taxxabbli pprovdut mill-bank kien jikkonsisti fl-attività ta’ kambju biss u mhux fit-trasferiment tal-valuti stess. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li dan it-trasferiment la kien jikkostitwixxi provvista ta’ beni u lanqas provvista ta’ servizzi, peress li l-valuti kienu mezz ta’ ħlas legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>First National Bank of Chicago</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑172/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:354">EU:C:1998:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, bħala prinċipju, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ tal-valuti kienet tikkostitwixxi l-korrispettiv tas-servizz ta’ kambju taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Is-sentenza hija bbażata fuq il-fatt li huwa ammess li t-trasferiment ta’ mezzi ta’ ħlas legali ma jikkostitwixxix fih innifsu fatt taxxabbli fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara wkoll f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mirror Group</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:524">EU:C:2001:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Pjuttost, dan it-trasferiment jista’ biss jikkostitwixxi, bħala prinċipju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Huwa possibbli li dan ikun differenti fil-każ ta’ trasferiment ta’ mezzi ta’ ħlas legali bħala beni ta’ kollezzjoni fis-sens tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT.</P></NOTE>, il-korrispettiv tal-provvista taxxabbli. Fil-fatt, il-VAT hija taxxa fuq il-konsum finali tal-beni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Netto Supermarkt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑271/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:105">EU:C:2008:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dresser Rand</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑606/12 u C‑607/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:125">EU:C:2014:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-mezzi ta’ ħlas legali li jintużaw preżentement, kuntrarjament, pereżempju għad-deheb jew għas-sigaretti, li direttament jew indirettament jintużaw jew intużaw bħala mezzi ta’ ħlas legali, ma għandhom ebda użu ieħor prattiku għajr dak ta’ mezz ta’ ħlas. Il-funzjoni tagħhom fi tranżazzjoni hija sempliċement dik li jiġi ffaċilitat il-kummerċ ta’ beni f’ekonomija; madankollu, fihom infushom, dawn ma humiex ikkonsmati jew użati bħala beni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Dak li japplika għall-mezzi ta’ ħlas <HT TYPE="ITALIC">legali</HT> għandu wkoll japplika għall-mezzi ta’ ħlas oħra li ma għandhom ebda funzjoni oħra għajr dik li jservu bħala tali. Anki jekk tali mezzi ta’ ħlas <HT TYPE="ITALIC">sempliċi</HT> ma jkunux legalment iggarantiti u ssorveljati, dawn madankollu jissodisfaw, għall-finijiet tal-VAT, l-istess funzjoni bħal dik ta’ mezzi ta’ ħlas legali u għalhekk għandhom, bħala tali, konformement mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali fil-forma tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, jiġu ttrattati bl-istess mod<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:237">EU:C:2001:237</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>NCC Construction Danmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:669">EU:C:2009:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zimmermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:716">EU:C:2012:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza. Din tikkonċerna il-mezzi ta’ ħlas legali kif ukoll mezzi ta’ ħlas oħra, bħall-vawċers b’valur nominali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Argos Distributors</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:398">EU:C:1996:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jew l-akkwist ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>punti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> għall-użu sussegwenti f’lukanda jew f’residenzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Macdonald Resorts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑270/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:780">EU:C:2010:780</NO.ECLI>, b’mod partikolari l-punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> – essenzjalment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Astra Zeneca UK</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑40/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:450">EU:C:2010:450</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) tista’ tinftiehem mod ieħor.</P></NOTE> bl-istess mod, sa fejn il-ġurisprudenza tirrikonoxxi li f’dawn il-każijiet tal-aħħar it-trasferiment tal-mezzi ta’ ħlas ma jikkostitwixxix tranżazzjoni taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-bitcoins ukoll jikkostitwixxu mezz ta’ ħlas sempliċi. L-għan waħdieni tal-pussess tagħhom huwa li jerġgħu jintużaw bħala mezz ta’ ħlas fil-futur. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-fatt taxxabbli tal-VAT, huma għandhom jiġi ttrattati bħall-mezzi ta’ ħlas legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ġurisprudenza ta’ First National Bank of Chicago għandha tapplika wkoll għall-bitcoins. It-trasferiment tagħhom ma jikkostitwixxix fih innifsu fatt taxxabbli. Madankollu, peress li D. Hedqvist għandu l-intenzjoni jixtri u jbigħ bitcoins inkambju għal kroni Svediżi bi prezz li jinkludi ż-żieda fir-rata tal-kambju fuq sit ta’ kambju partikolari, l-attività tiegħu tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-eżenzjoni mit-taxxa tat-tranżazzjonijiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ kambju tal-bitcoins</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandha tiġi kkjarifikata l-kwistjoni dwar jekk il-provvista ta’ servizzi ta’ kambju tal-bitcoins u ta’ kroni Svediżi taqax taħt waħda mill-eżenzjonijiet fiskali previsti fl-Artikolu 135(1) tad-Direttiva dwar il-VAT. Il-qorti tar-rinviju ġustament tirreferi għall-eżenzjonijiet taħt il-paragrafi (d), (e) u (f) ta’ dan l-artikolu li jistgħu japplikaw fil-każ ineżami. Ser neżamina dawn l-eżenzjonijiet f’ordni inversa.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Tranżazzjonijiet ta’ titoli [Artikolu 135(1)(f)]</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1)(f) jeżenta mit-taxxa t-tranżazzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ishma, interessi f’kumpanniji […], obbligazzjonijiet […] u sigurtajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-kambju ta’ bitcoins fi kroni Svediżi jista’ biss jaqa’ taħt din l-eżenzjoni jekk waħda minn dawn il-valuti tkun tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>sigurtajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ġie kkonstatat reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva dwar il-VAT ikopri biss id-drittijiet ta’ proprjetà ta’ persuni ġuridiċi, pretensjonijiet finanzjarji kontra debitur speċifiku u drittijiet relatati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Granton Advertising</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1745">EU:C:2014:1745</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. La l-kroni Svediżi u lanqas il-bitcoins ma jaqgħu taħt waħda minn dawn it-tliet kategoriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva dwar il-VAT ma tapplikax għall-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw mezz ta’ ħlas [Artikolu 135(1)(e)]</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Sussegwentement, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-eżenzjoni fiskali prevista fl-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT hijiex applikabbli. Skont din id-dispożizzjoni, it-tranżazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>li jikkonċerna[w] [valuti], karti tal-flus u [m]uniti użati bħala valuta legali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> huma eżentati mit-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kundizzjoni għall-eżenzjoni hija l-eżistenza ta’ rabta mal-mezzi ta’ ħlas, kemm jekk flus kontanti kif ukoll jekk le. Kif jidher, barra minn hekk, mill-verżjoni Ingliża tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT, li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>currency, bank notes and coins<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jestendi għall-valuti kollha b’mod ġenerali u mhux, kif timplika l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Devisen<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fil-verżjoni Ġermaniża, għall-valuti barranin biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex faċli li tingħata risposta għad-domanda dwar liema tranżazzjonijiet huma koperti mill-eżenzjoni, fil-każ li t-tranżazzjonijiet kollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jikkonċernaw<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mezz ta’ ħlas. Il-formulazzjoni għandha portata wiesgħa għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, kull tranżazzjoni li titħallas bil-flus tikkonċerna mezz ta’ ħlas. Dan japplika wkoll jekk ikun meħtieġ, skont il-ġurisprudenza dwar l-eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli stabbilita fl-Artikolu 135(1)(f) tad-Direttiva dwar il-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CSC Financial Services</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:696">EU:C:2001:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:484">EU:C:2012:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li t-tranżazzjoni għandha tkun tista’ toħloq, tibdel jew ittemm id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fir-rigward tal-mezz ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa qabelxejn ċar li l-eżenzjoni fiskali ma tistax tapplika jekk, minn naħa, parti waħda biss tat-tranżazzjoni tittrasferixxi l-mezz ta’ ħlas u min-naħa l-oħra, il-parti l-oħra tikkunsinna l-beni jew tipprovdi s-servizzi. F’dan il-każ, it-trasferiment tal-mezz ta’ ħlas jikkostitwixxi korrispettiv għall-kunsinna ta’ beni jew għall-provvista ta’ servizzi. Li kieku l-eżenzjoni kienet tapplika għal tali trasferimenti unilaterali ta’ mezzi ta’ ħlas, it-tranżazzjonijiet kollha, minbarra tranżazzjonijiet ta’ tpartit, ikunu eżenti mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżenzjoni tista’ tapplika jekk, bħal fil-każ inkwistjoni, mezz ta’ ħlas jinbidel f’mezz ta’ ħlas ieħor u għal din it-tranżazzjoni tintalab remunerazzjoni. Għaldaqstant, it-tranżazzjoni taxxabbli, kif ġie indikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara iktar ’il fuq, punt 18.</P></NOTE>, hija s-servizz tal-kambju. Dan is-servizz <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>jikkonċerna<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mezz ta’ ħlas fis-sens tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT, u speċifikament il-kambju tiegħu li joħloq ukoll drittijiet u obbligi għall-partijiet fir-rigward tal-mezz ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawża preżenti, fejn il-kroni Svediżi, li huma valuta legali fir-Renju tal-Isvezja, huma skambjati f’bitcoins, li ma humiex valuta legali f’ebda pajjiż, tqum il-kwistjoni: għandhom iż-żewġ mezzi ta’ ħlas ikunu mezzi ta’ ħlas legali?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-kliem tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT ma jipprovdix risposta ċara għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ġermaniża, b’mod partikolari, tista’ tiġi interpretata fis-sens li teżiġi li ż-żewġ mezzi ta’ ħlas ikunu mezzi ta’ ħlas legali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Devisen […], die gesetzliches Zahlungsmittel sind<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) (valuti […] li huma mezzi ta’ ħlas legali’).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Madankollu, il-verżjoni Ingliża tirreferi biss għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>currency<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (valuta) fis-singular. Għaldaqstant, skont il-verżjoni Ingliża, huwa suffiċjenti li jkun hemm kambju li jinvolvi mezz wieħed ta’ ħlas legali, f’dan il-każ, il-krona Svediża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-verżjoni Finlandiża hija mfassla b’mod iktar wiesa’ peress li ma teżiġix li l-valuti jkunu mezzi ta’ ħlas legali, ħlief għall-karti tal-flus u għall-muniti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-verżjoni Finlandiża tgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>valuuttaa sekä laillisina maksuvälineinä käytettäviä seteleitä ja kolikoita<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li tfisser, bejn wieħed u ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>il-valuti kif ukoll il-karti tal-bank u l-flus kontanti użati bħala ħlas legali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>. Fid-diversi għamliet oħra għajr flus kontanti, il-valuti l-oħra kollha, inkluż il-valuti virtwali bħall-bitcoins, jistgħu jaqgħu taħt l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-verżjoni Taljana saħansitra tqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-mezz ta’ ħlas inkwistjoni għandux ikollu status legali. Skont il-kliem tagħha, it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw mezz ta’ ħlas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>con valore liberatorio<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huma eżenti mill-VAT. Skont din il-verżjoni lingwistika, huwa l-effett liberatorju tal-mezz ta’ ħlas li huwa determinanti. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni ma tirreferix għall-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>corso legali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li bit-Taljan tfisser mezzi ta’ ħlas legali, kif jidher, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mill-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 974/98<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98, tat-<DATE ISO="19980503">3 ta’ Mejju 1998</DATE>, dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 111) emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 827/2014, tat-<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE>.</P></NOTE>, u li tintuża wkoll fl-Artikolu 344(1) tad-Direttiva dwar il-VAT. Madankollu, il-bitcoins jistgħu wkoll ikollhom effett liberatorju mid-dejn jekk dan ikun ġie miftiehem bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Minħabba d-differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi, il-kwistjoni dwar liema mezzi ta’ ħlas japplikaw għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT tista’ biss tiġi kkjarifikata fid-dawl tal-finalità tal-eżenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>T</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:413">EU:C: 2015:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, għandu jiġi eżaminat f’dan il-każ jekk il-kambju ta’ mezz ta’ ħlas legali f’mezz ta’ ħlas sempliċi, li ma huwiex legali, jaqax taħt l-eżenzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, l-eżenzjonijiet fiskali previsti preżentement fl-Artikolu 135(1)(b) sa (g) tad-Direttiva dwar il-VAT, ikopru t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>tranżazzjonijiet finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Granton Advertising</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1745">EU:C:2014:1745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’kull każ, il-kambju ta’ mezzi ta’ ħlas sempliċi li, bħal fil-kawża prinċipali, jinvolvi mezz ta’ ħlas legali wieħed, għandu l-karatteristiċi ta’ tranżazzjoni finanzjarja. Dan isegwi għas-sempliċi fatt li, kif diġà ntwera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara iktar ’il fuq, punti 14 sa 16.</P></NOTE>, għall-finijiet tal-VAT, it-trasferiment ta’ mezz ta’ ħlas sempliċi jissodisfa funzjoni ta’ ħlas biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar l-għan speċifiku tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT li għandha tiġi interpretata fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Eżenzjoni mill-VAT dejjem tirriżulta fi tnaqqis tal-ispejjeż tal-provvista. Fil-kawża preżenti, din tikkonċerna s-servizzi ta’ kambju ta’ mezzi ta’ ħlas sempliċi. Jiena konvinta li l-għan tal-eżenzjoni tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw mezzi ta’ ħlas huwa li ma tiġix prekluża l-konverżjoni ta’ mezzi ta’ ħlas sempliċi minħabba l-VAT. Dan huwa wkoll importanti fir-rigward tas-suq intern. Sa fejn servizzi transkonfinali jeżiġu li l-konsumatur jiskambja l-valuta, l-impożizzjoni tal-VAT fuq is-servizz tal-kambju żżid il-prezz ta’ provvisti transkonfinali meta mqabbla ma’ provvisti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżenzjoni ma hijiex limitata għall-valuti validi fl-Unjoni. Huma l-valuti kollha fid-dinja li huma koperti mill-eżenzjoni. Għaldaqstant, isegwi li l-għan tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT huwa li jiġi żgurat li, fl-interess tal-iżvolġiment tajjeb tat-tranżazzjonijiet, il-konverżjoni tal-valuti tkun l-inqas taxxabbli possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-eżenzjoni fiskali tal-kambju ta’ mezzi ta’ ħlas legali f’mezzi ta’ ħlas li ma għandhomx status legali, iżda li madankollu jikkostitwixxu, bħal fil-każ tal-bitcoins ineżami, mezzi ta’ ħlas sempliċi, hija wkoll konformi ma’ dan l-għan. Fil-fatt, fejn hemm mezzi ta’ ħlas li huma użati fi tranżazzjonijiet ta’ ħlas peress li fin-negozju jissodisfaw l-istess funzjoni ta’ ħlas bħal mezz ta’ ħlas legali, l-impożizzjoni tal-VAT fuq kambji ta’ dawn il-mezzi ta’ ħlas tkun tikkostitwixxi spejjeż addizzjonali fuq it-tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat konformement mad-dritt primarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Chatzi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑149/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:534">EU:C:2010:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Strack</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/12 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:570">EU:C:2013:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u b’mod partikolari mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ sikwit tirreferi għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali u teżiġi li tranżazzjonijiet identiċi jiġu intaxxati b’mod identiku għall-finijiet tan-newtralità fiskali tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑109/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:586">EU:C:2003:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>JP Morgan Fleming Claverhouse Investment Trust und The Association of Investment Trust Companies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑363/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:391">EU:C:2007:391</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Isvezja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑480/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:263">EU:C:2013:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun hemm, fil-kawża preżenti, differenza sostanzjali bejn il-kambju ta’ mezzi ta’ ħlas legali f’mezzi oħra ta’ ħlas legali u l-kambju ta’ mezzi ta’ ħlas legali f’mezzi ta’ ħlas sempliċi ieħor li ma humiex mezzi ta’ ħlas legali, bħal fil-każ tal-bitcoins ineżami. Dan għaliex iż-żewġ forom ta’ ħlas jaqdu l-istess funzjoni ta’ ħlas, sa fejn jiġu aċċettati bħala tali fin-negozju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-VAT, ma narax tali differenza sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-aspetti tal-instabbiltà tal-valur u l-vulnerabbiltà tal-frodi tal-bitcoins, li ġew partikolarment irrilevati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma jistgħux jiġġustifikaw trattament differenti. Indipendentement minn jekk valuti li jintużaw bħala mezzi ta’ ħlas legali humiex suġġetti għal dawn ir-riskji bl-istess grad, dawn il-kunsiderazzjonijiet huma rilevanti biss fil-kuntest tas-sorveljanza statati tas-swieq finanzjarji. Madankollu, il-VAT hija indipendenti minn dan. Mill-ġurisprudenza jirriżulta b’mod ċar li anki jekk prassi hija pprojbita skont id-dritt tas-sorveljanza, l-evalwazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT ma hijiex affettwata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>GfBk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:141">EU:C:2013:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-kwistjoni dwar jekk il-bitcoins jikkostitwixxux valuta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tajba<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ħażina<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> hija irrilevanti għall-finijiet ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT tapplika wkoll jekk, bħal fil-każ ineżami, valuta li tintuża bħala mezz ta’ ħlas legali tiġi skambjata f’valuta oħra li, minkejja li ma tintużax bħala mezz ta’ ħlas legali, hija involuta fi tranżazzjonijiet ta’ ħlas bħala mezz ta’ ħlas sempliċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw strumenti negozjabbli [Artikolu 135(1)(d)]</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ possibbilment tiddeċiedi, kuntrarjament għall-fehma tiegħi, li l-eżenzjoni tal-mezz ta’ ħlas konformement mal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT ma hijiex applikabbli fil-każ inkwistjoni, peress li l-bitcoins ma humiex mezz ta’ ħlas legali. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat, barra minn hekk, jekk l-eżenzjoni fiskali prevista fl-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva dwar il-VAT tistax tapplika f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Sa fejn din id-dispożizzjoni tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>trasferimenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, is-servizzi ta’ kambju f’dan il-każ ma humiex eżenti mit-taxxa. Fil-fatt, is-suġġett tas-servizz inkwistjoni ma jikkonċernax l-eżekuzzjoni ta’ ħlas bi flus kontanti jew b’mod ieħor lil ċertu terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva dwar il-VAT, it-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> huma madankollu eżenti mit-taxxa. Għaldaqstant, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fil-każ inkwistjoni, il-bitcoins jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>strumenti oħrajn negozzjabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens ta’ din l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Granton Advertising, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-eżenzjoni kienet tikkonċerna forom differenti ta’ trasferiment ta’ flus<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Granton Advertising</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1745">EU:C:2014:1745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-konklużjonijiet tiegħi li taw lok għal din il-kawża, jiena wkoll identifikajt l-għan tal-eżenzjoni bħala dak li, għall-finijiet tal-VAT, id-drittijiet li jitqiesu li huma simili għall-flus fil-kummerċ jiġu ttrattati bl-istess mod bħat-tranżazzjonijiet tal-flus, u għalhekk li jiġu eżentati mill-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Granton Advertising</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-461/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:700">EU:C:2013:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ inkwistjoni, l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għandha tiġi miċħuda għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva dwar il-VAT jikkonċerna biss l-istrumenti dderivati mill-valuti, bħad-dejn, iċ-ċekkijiet u strumenti oħra negozzjabbli, u mhux il-valuti nfushom. Fil-kawża preżenti, il-kambju ma jikkonċernax id-drittijiet tal-bitcoins iżda l-bitcoins infushom. Fid-dawl ta’ dan, ma huwiex meħtieġ, kif sostniet ir-Repubblika tal-Estonja, li jiġi ddeterminat li din l-eżenzjoni tikkonċerna biss id-drittijiet ta’ mezzi ta’ ħlas <HT TYPE="ITALIC">legali</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm dispożizzjoni speċjali li tikkonċerna l-eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jirrigwardaw il-valuti nfushom, jiġifieri l-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT, li l-applikabbiltà tagħha ġiet eżaminata fis-sezzjoni preċedenti. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li tranżazzjonijiet li jirrigwardaw direttament valuta virtwali bħall-bitcoins ma jaqgħux taħt din id-dispożizzjoni speċifika, abbażi tal-fatt li huwa biss il-kambju ta’ mezzi ta’ ħlas <HT TYPE="ITALIC">legali</HT> li għandu jiġi eżentat, u jkun hemm inosservanza ta’ tali deċiżjoni tal-leġiżlatur jekk eżenzjoni fiskali oħra tiġi interpreta b’mod wiesa’ minflok din id-dispożizzjoni. It-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw direttament il-valuti huma eżenti mit-taxxa skont id-dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT, fil-każ li l-kundizzjonijiet previsti minn din id-deċiżjoni jkunu ssodisfatti, jew inkella ma humiex eżenti mit-taxxa. Jekk ikun mod ieħor, il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din l-eżenzjoni jkunu, fl-aħħar mill-aħħar, irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżenzjoni fiskali prevista fl-Artikolu 135(1)(d) tad-Direttiva dwar il-VAT ma hijiex applikabbli fil-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mill-Högsta förvaltningsdomstol:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kambju ta’ mezz ta’ ħlas sempliċi ma’ mezz ta’ ħlas legali jew viċi versa, li jsir b’remunerazzjoni miżjuda mill-fornitur ta’ din it-tranżazzjoni meta jiġu stabbiliti r-rati ta’ kambju, tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Tali tranżazzjonijiet huma eżenti mill-VAT skont l-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>