<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-592/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0592</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:820">EU:T:2019:820</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20191128">28.11.2019</DATE> – Kawża T‑592/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Wywiał‑Prząda vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tal-espatrijazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi mwettqa għal Stat ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Status diplomatiku</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ riferiment ta’ ħames snin</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑592/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Katarzyna Wywiał‑Prząda</HT>, residenti f’Wezembeek-Oppem (il-Belġju), irrappreżentata minn S. Orlandi u T. Martin, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn T. Bohr u D. Milanowska, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE> li permezz tagħha l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni ġie rrifjutat lir-rikorrenti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, A. Marcoulli u R. Frendo (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20190709">9 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti hija ta’ nazzjonalità Pollakka. Hija waslet fil-Belġju fit‑<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE> wara l-ħatra ta’ żewġha bħala konsulent diplomatiku mad-delegazzjoni permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għall-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Mit‑<DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE>, ir-rikorrenti kellha passaport diplomatiku, maħruġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Bejn is‑<DATE ISO="20110107">7 ta’ Jannar 2011</DATE> u l‑<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>, ir-rikorrenti eżerċitat funzjonijiet ta’ segretarja fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għall-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Bejn id‑<DATE ISO="20121109">9 ta’ Novembru 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20130111">11 ta’ Jannar 2013</DATE>, hija mexxiet laqgħat ta’ konverżazzjonijiet fi Brussell (il-Belġju) f’isem assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru u hija tħallset lura l-ispejjeż li għamlet f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tat lura l-passaport diplomatiku tagħha u tniżżlet fir-reġistru tal-barranin ta’ Woluwe-Saint-Pierre (il-Belġju) b’effett mis‑<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Bejn is‑<DATE ISO="20140616">16 ta’ Ġunju 2014</DATE> u l‑<DATE ISO="20151231">31 ta’ Diċembru 2015</DATE>, imbagħad bejn l‑<DATE ISO="20160104">4 ta’ Jannar 2016</DATE> u l‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE>, ir-rikorrenti ġiet impjegata suċċessivament minn żewġ kumpanniji Belġjani fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi għall-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160909">9 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-raġel tar-rikorrenti rritorna lejn il-Polonja fi tmiem il-missjoni diplomatiku tiegħu. Ir-rikorrenti baqgħet fil-Belġju mat-tifel tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20170901">1 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti ġiet irreklutata mill-Kummissjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) irrifjutat il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrenti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ressqet ilment kontra d-deċiżjoni kkontestata fil‑<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>. Dan l-ilment ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-ASTK tat‑<DATE ISO="20180618">18 ta’ Ġunju 2018</DATE>, innotifikata fl-istess jum. Qabel kollox, l-ASTK iddeterminat il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ħames snin li jispiċċaw sitt xhur qabel [id-dħul] fis-servizz<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>perijodu ta’ riferiment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt permezz tal-Artikoli 21 u 92 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. L-ASTK iffissat dan il-perijodu ta’ riferiment għall-perijodu bejn l‑<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE> u t‑<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE>. Sussegwentement, l-ASTK iġġustifikat iċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrenti minħabba li hija kienet tirrisjedi fil-Belġju mit‑<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>, li hija kienet eżerċitat attivitajiet professjonali u li hija kienet baqgħet tgħix hemm wara t-tluq ta’ żewġha, f’Settembru 2016.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20180928">28 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha fl‑<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190401">1 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet, filwaqt li stednithom iweġbuhom waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub u orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu matul is-seduta tad‑<DATE ISO="20190709">9 ta’ Lulju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqajjem motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. Dan jista’ jinqasam f’żewġ partijiet, l-ewwel ibbażata fuq ksur tal-istatus diplomatiku tagħha, it-tieni bbażata fuq żball fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ residenza abitwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tal-istatus diplomatiku tar-rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija kienet tgawdi minn status diplomatiku, bħala l-mara ta’ membru tal-persunal diplomatiku, bejn it‑<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>, li hija d-data tal-wasla tagħha fil-Belġju, u s‑<DATE ISO="20130616">16 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li hija d-data li fiha hija tat lura l-passaport diplomatiku tagħha. Minħabba dan l-istatus diplomatiku u skont it-tieni sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, hija ssostni li hija kellha tibbenefika min-newtralizzazzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ żmien. Permezz ta’ din in-newtralizzazzjoni, il-perijodu ta’ riferiment kien jibda fl‑<DATE ISO="20090501">1 ta’ Mejju 2009</DATE>, f’mument meta hija kienet tirrisjedi u taħdem fil-Polonja u meta hija ma kellha l-ebda rabta mal-Belġju. Issa, membru tal-persunal jitlef il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni biss jekk kellu r-residenza abitwali tiegħu jew eżerċita l-attività professjonali prinċipali tiegħu fil-pajjiż tal-post tal-assenjazzjoni tiegħu matul il-perijodu kollu ta’ riferiment. Peress li dan ma huwiex il-każ, ir-rikorrenti tqis li hija kellha tingħata l-allowance tal-espatrijazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-<HT TYPE="ITALIC">allowance</HT> ta’ l-espatrijazzjoni għandu jitħallas, daqs 16 % ta’ l-ammont totali tas-salarju bażiku, bl-addizzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">allowance</HT> tal-familja, u l-benefiċċju tat-tfal dipendenti mħallsa lill-uffiċjal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>lill-uffiċjali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li m’humiex u qatt ma kienu ċittadini ta’ l-Istat li fih territorju tiegħu qiegħed il-post fejn huma impjegati, u</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>li matul il-ħames snin li jispiċċaw sitt xhur qabel daħlu fis-servizz ma kienux jgħixu jew iwettqu l-okkupazzjoni ewlenija tagħhom ġewwa t-territorju Ewropej ta’ dak l-Istat. Għall-iskopijiet ta’ din id-disposizzjoni, iċ-ċirkostanzi li jinħolqu minn xogħol li sar [għal] Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux ikkunsidrati;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-uffiċjali li huma jew kienu ċittadini ta’ l-Istat li fit-territorju jinsab il-post fejn huma impjegati iżda li matul l-għaxar snin li jispiċċaw fid-data ta’ meta daħlu fis-servizz jgħixu barra t-territorju Ewropew ta’ dak l-Istat għal raġunijiet minbarra l-qadi tad-dmirijiet fis-servizz ta’ Stat jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal b’hekk huwa magħmul minn żewġ partijiet. L-ewwel waħda tiddefinixxi ż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li l-uffiċjal għandu, bħala prinċipju, jissodisfa sabiex jibbenefika mill-allowance tal-espatrijazzjoni: li qatt ma kellu n-nazzjonalità tal-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab il-post tal-assenjazzjoni tiegħu u li ma kienx, b’mod abitwali, matul il-perijodu ta’ ħames snin li jiskadi sitt xhur qabel id-dħul fis-servizz tiegħu, jgħix jew jeżerċita l-attività professjonali prinċipali tiegħu fit-territorju Ewropew tal-imsemmi Stat; it-tieni parti tipprevedi, b’eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, li ċ-ċirkustanzi li jirriżultaw minn servizzi mwettqa għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni. Il-perijodi li jikkorrispondu għal dawn is-servizzi huma għalhekk innewtralizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-allowance tal-espatrijazzjoni tiġi rrifjutata biss lill-uffiċjal jew lill-membru tal-persunal ikkonċernat bis-saħħa tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal jekk matul il-perijodu kollu ta’ riferiment huwa kellu r-residenza abitwali tiegħu jew eżerċita l-attività professjonali prinċipali tiegħu fil-pajjiż tal-post tal-assenjazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pondichie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑50/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:62">EU:F:2015:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, f’dan il-każ, in-newtralizzazzjoni tal-perijodu li ddekorra bejn it‑<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE> u s‑<DATE ISO="20130616">16 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li matulu r-rikorrenti baqgħet fil-Belġju taħt status diplomatiku bħala mart membru tal-persunal diplomatiku, għandu l-effett li javvanza l-bidu tal-perijodu ta’ riferiment għas‑<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>, u mhux għall‑<DATE ISO="20090501">1 ta’ Mejju 2009</DATE> kif issostni r-rikorrenti, jiġifieri f’mument meta hija kienet tirrisjedi u taħdem fil-Polonja u ma kellha l-ebda rabta mal-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi deċiż jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ċirkostanzi li jinħolqu minn xogħol li sar [għal] Stat ieħor<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, użat fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-perijodu li matulu r-rikorrenti kienet tgawdi minn status diplomatiku bħala mart membru tal-persunal diplomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>In-newtralizzazzjoni tal-perijodu li jikkorrispondi għal ċirkustanza li tirriżulta minn servizzi mwettqa fl-Istat ta’ assenjazzjoni, għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali, huwa spjegat mill-fatt li t-twettiq ta’ tali servizzi huwa preżunt li jwassal għaż-żamma ta’ rabta speċifika tal-persuna kkonċernata ma’ dan l-Istat l-ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali, u b’hekk joħloq ostakolu għall-ħolqien ta’ rabta fit-tul mal-Istat ta’ impjieg u b’hekk għall-integrazzjoni suffiċjenti tal-persuna kkonċernata fis-soċjetà ta’ dan tal-aħħar (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’dan ippreċiżat, ir-rikorrenti ssostni li, fil-kwalità tagħha bħala l-mara ta’ membru tal-persunal diplomatiku, hija bbenefikat minn privileġġi u immunitajiet bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat‑<DATE ISO="19610418">18 ta’ April 1961</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Konvenzjoni ta’ Vjenna<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Skont ir-rikorrenti, dan l-istatus diplomatiku, fih innifsu, jipprekludi l-ħolqien ta’ rabtiet fit-tul mal-pajjiż ta’ assenjazzjoni. Għaldaqstant, huwa għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ċirkustanza li tirriżulta minn servizzi mwettqa għal Stat ieħor<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 14 tas-sentenza tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850502">2 ta’ Mejju 1985</DATE>, <NAME.CASE>De Angelis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>246/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:165">EU:C:1985:165</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din id-dispożizzjoni kienet issemmi biss iċ-ċirkustanzi li jirriżultaw minn servizzi mwettqa mill-uffiċjal li jidħol fis-servizz innifsu u li din ma tistax tiġi estiża għal persuna oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti ssostni li din il-ġurisprudenza ma tapplikax għaliha peress li, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850502">2 ta’ Mejju 1985</DATE>, <NAME.CASE>De Angelis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>246/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:165">EU:C:1985:165</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-persuna kkonċernata, li kienet akkumpanjat lil żewġha fil-Belġju, li kien uffiċjal tal-Komunità Ewropea, ma kienet tibbenefika, minħabba dan il-fatt, minn ebda status diplomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850502">2 ta’ Mejju 1985</DATE>, <NAME.CASE>De Angelis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>246/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:165">EU:C:1985:165</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja bl-ebda mod ma bbażat argument fuq din l-assenza ta’ status diplomatiku sabiex tiċħad lill-persuna kkonċernata d-dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iċċitata mir-rikorrenti, il-Qorti tal-Ġustizzja semmiet il-privileġġi, l-immunitajiet u l-istatus partikolari li kienet tibbenefika minnhom il-persuna kkonċernata, sabiex tammetti li din kellha rabta speċifika ma’ Stat ieħor li ostakolat l-integrazzjoni tagħha fil-pajjiż ta’ assenjazzjoni. Madankollu, il-kwistjoni li kellha tiġi deċiża f’din il-kawża kienet dwar jekk ir-rikorrenti, li kienet taħdem fl-uffiċċju ta’ kollegament tal-Länder tar-Repubblika tal-Awstrija, kinitx twettaq servizzi għal dan l-Istat u jekk din kinitx b’hekk marbuta miegħu. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet l-eżistenza ta’ din ir-rabta minn serje ta’ elementi. L-ewwel wieħed minn dawn l-elementi kien jikkonsisti fil-fatt li l-persunal ta’ rappreżentanza permanenti għandu jitqies li jkun fis-servizz tal-Istat Membru kkonċernat u, konsegwentement, f’sitwazzjoni ta’ espatrijazzjoni, minħabba l-appartenenza tiegħu għall-istrutturi ta’ din ir-rappreżentanza. It-tieni element kien jinsab fil-fatt li, minkejja l-assenjazzjoni tagħha fl-uffiċċju ta’ kollegament tal-Länder, il-persuna kkonċernata kienet membru tal-persunal tar-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Awstrija u kienet suġġetta għall-awtorità ġerarkika tal-Ambaxxatur Awstrijak, b’tali mod li hija kellha titqies li wettqet servizzi għall-Istat Awstrijak. Fl-aħħar nett, it-tielet element kien jirriżulta mill-fatt li l-istatus tagħha kien l-istess bħal dak tal-uffiċjali l-oħra assenjati mal-imsemmija rappreżentanza (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-istatus partikolari msemmi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 43 ta’ dik is-sentenza ma jistax jinftiehem bħala li jirriżulta biss mill-privileġġi u mill-immunitajiet li minnhom kienet ibbenefikat il-persuna kkonċernata. Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat iktar il-fatt li din kienet wettqet servizzi għar-Repubblika tal-Awstrija fi ħdan ir-rappreżentanza permanenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fis-sentenza sussegwenti tagħha tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvador García vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:724">EU:C:2007:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ukoll iċċitata mir-rikorrenti, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għas-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex jiġi kkunsidrat li l-istatus partikolari tal-persuna kkonċernata, bħala membru tal-persunal ta’ rappreżentanza permanenti, kien il-kawża tar-rabta speċifika tagħha mal-Istat Membru kkonċernat u sabiex jiġi kkunsidrat ukoll li dan l-istatus privileġġat, li ppermettielha li tibbenefika minn diversi privileġġi u immunitajiet, ħoloq fih innifsu ostakolu li jipprekludi lill-persuna kkonċernata milli tistabbilixxi rabta fit-tul mal-Istat ta’ assenjazzjoni u, għaldaqstant, milli tintegra ruħha suffiċjentement fis-soċjetà ta’ dan l-Istat. Madankollu, fil-punt 50 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvador García vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:724">EU:C:2007:724</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, dejjem fid-dawl tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-integrazzjoni funzjonali fi ħdan ir-rappreżentanza permanenti kienet tikkostitwixxi element determinanti sabiex jitqies li persuna rreklutata kienet wettqet servizzi għal Stat ieħor (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Adam vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:34">EU:C:2008:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, b’estensjoni tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvador García vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:724">EU:C:2007:724</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Adam vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑211/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:34">EU:C:2008:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>xogħol li sar [għal] Stat ieħor<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa biss il-fatt li s-servizzi twettqu fi ħdan rappreżentanza permanenti ta’ Stat li ma huwiex l-Istat ta’ assenjazzjoni li għandu jitqies li huwa rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, anki fil-ġurisprudenza ċċitata mir-rikorrenti, l-uniku element li jipprekludi l-ħolqien ta’ rabta mal-pajjiż ta’ assenjazzjoni huwa l-provvista ta’ servizzi f’sitwazzjoni ta’ integrazzjoni funzjonali fi ħdan rappreżentanza diplomatika ta’ Stat ieħor jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti toġġezzjona li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ċirkostanzi li jinħolqu minn xogħol li sar [għal] Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> użat fit-tieni sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikopri ċirkustanzi oħra għajr dawk li jirriżultaw biss minn eżerċizzju ta’ funzjonijiet għal tali Stat jew għal tali organizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza hija effettivament stabbilita fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi limitata biss għal dawk il-persuni li jagħmlu parti mill-persunal ta’ Stat li ma huwiex l-Istat ta’ assenjazzjoni jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali, peress li din tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>iċ-ċirkostanzi [kollha] li jinħolqu minn xogħol li sar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għal tali Stat jew għal tali organizzazzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Salazar Brier vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑83/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:371">EU:T:2005:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>De Bustamante Tello vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑368/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:372">EU:T:2005:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Kif tirrileva r-rikorrenti, din il-ġurisprudenza hija spjegata mill-fatt li dan il-kliem għandu portata iktar wiesgħa minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>qadi tad-dmirijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, użat fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930330">30 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Vardakas vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑4/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:29">EU:T:1993:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-aħħar sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ma tkoprix biss il-każijiet li fihom il-persuna kkonċernata tkun sabet ruħha fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg fis-sens strett tal-kelma (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010503">3 ta’ Mejju 2001</DATE>, <NAME.CASE>Liaskou vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑60/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:129">EU:T:2001:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Xorta jibqa’ l-fatt li, skont l-istess ġurisprudenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ċirkustanza li tirriżulta minn servizzi mwettqa għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jikkorrispondi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom is-servizz jirriżulta minn rabta legali diretta bejn il-persuna kkonċernata u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, fil-kuntest ta’ stage jew ta’ kuntratt ta’ espert, pereżempju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Salazar Brier vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑83/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:371">EU:T:2005:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>De Bustamante Tello vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑368/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:372">EU:T:2005:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-aħħar sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tiġi estiża għall-mara ta’ membru tal-persunal diplomatiku li bbenefikat, f’din il-kwalità, minn ċerti privileġġi u immunitajiet bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, iżda li ma tistax tinvoka tali rabta legali diretta. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġustament tenfasizza li d-dritt tar-rikorrenti għal status diplomatiku ma kienx dritt proprju tagħha, iżda dritt sekondarju, intiż sabiex jiffaċilita l-ħajja familjari tal-membri tal-persunal diplomatiċi, li hija kellha minħabba l-funzjonijiet ta’ żewġha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fl-eżami tal-livell ta’ integrazzjoni tagħha fil-Belġju li, b’mod definittiv, jiddetermina l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni, ma jistax jiġi injorat il-fatt li, b’applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna u ta’ nota ċirkulari tal-Istat Belġjan tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-eżerċizzju ta’ attività professjonali jew kummerċjali lukrattiva mill-membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari ta’ professjoni jew mill-membri tal-familja tagħhom (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>nota ċirkulari tal-Istat Belġjan<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), hija ma setgħet teżerċita l-ebda attività professjonali fil-Belġju, ħlief bir-ritorn tal-passaport diplomatiku tagħha u b’hekk bir-rinunzja għall-istatus diplomatiku mogħti lill-membri tal-familja ta’ membru tal-persunal diplomatiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-kunċett ta’ ċaqliq minn pajjiż għal ieħor jiddependi b’mod partikolari fuq is-sitwazzjoni personali tal-uffiċjal, jiġifieri l-livell ta’ integrazzjoni tiegħu fl-Istat ta’ assenjazzjoni li jirriżulta, pereżempju, mill-eżerċizzju preċedenti ta’ attività professjonali fih (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Adam vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:34">EU:C:2008:34</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, l-impossibbiltà li tali attività professjonali tiġi eżerċitata, jekk ipprovata, tista’ tkun element li jikkontradixxi din l-integrazzjoni u li jistabbilixxi, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, l-eżistenza ta’ espatrijazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi rrilevat li l-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[il]-membru tal-persunal diplomatiku ma għandux jeżerċita attività professjonali jew kummerċjali għal gwadann personali fl-Istat li jakkredita<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u li l-ebda dispożizzjoni ma testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-projbizzjoni għall-membri tal-familja ta’ dan il-membru tal-persunal. Għaldaqstant, kuntrarjament għall-membri tal-persunal diplomatiċi, dawn jistgħu jeżerċitaw attività professjonali jew kummerċjali fl-Istat li jakkredita fil-kuntest tal-liġijiet u tar-regolamenti ta’ dan tal-aħħar, u għaldaqstant, jekk ikun il-każ, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet meħtieġa għal kull barrani tal-istess nazzjonalità, bħal, pereżempju, permess ta’ xogħol. Madankollu, fil-kwalità tagħha ta’ ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni, ir-rikorrenti kienet saħansitra eżenti minn dan l-obbligu. Barra minn hekk, minkejja l-eżerċizzju ta’ attività professjonali jew kummerċjali, il-membri tal-familja ta’ membru tal-persunal diplomatiku jżommu bħala prinċipju l-privileġġi u l-immunitajiet tagħhom kif inhuma previsti u limitati mill-Artikoli 29 sa 36 tal-imsemmija konvenzjoni li japplikaw għalihom skont l-Artikolu 37(1) tagħha. Fil-fatt, skont l-Artikolu 31(1)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, huma biss l-immunitajiet ċivili u dawk amministrattivi li jitneħħew għal kwalunkwe azzjoni li tikkonċerna attività professjonali jew kummerċjali. L-immunità kriminali, min-naħa tagħha, ma titneħħiex awtomatikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minkejja li ġiet wara l-perijodu li kellu jiġi nnewtralizzat skont ir-rikorrenti, in-nota ċirkulari tal-Istat Belġjan tikkorrobora dak li ntqal iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi kkonstatat li, fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, għad-differenza tar-rikorrenti, żewġha f’ebda każ ma seta’ jeżerċita attività professjonali jew kummerċjali fil-Belġju. Għalhekk, ir-rikorrenti u żewġha ma kinux jinsabu fl-istess sitwazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka wkoll l-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, tal‑<DATE ISO="19630424">24 ta’ April 1963</DATE>. Madankollu, il-persuna kkonċernata tiddeskrivi l-funzjonijiet ta’ żewġha bħala dawk ta’ membru tal-persunal diplomatiku u, b’mod iktar preċiż, bħala dawk ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>konsulent mad-delegazzjoni permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għan-NATO<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Għaldaqstant, u peress li dan il-fatt ma jissostanzjax kif dawn il-funzjonijiet jaqgħu taħt din il-konvenzjoni, hemm lok li dan jitqies bħala irrilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li ma hemmx spjegazzjoni għall-fatt li membru tal-persunal li jeżerċita fil-pajjiż ta’ assenjazzjoni funzjonijiet għal Stat jew għal organizzazzjoni internazzjonali jkun iktar espatrijat mill-konjuġi tiegħu, li wkoll ikun għex hemmhekk mingħajr ma eżerċita tali funzjonijiet, iżda xorta jkun ibbenefika minn status diplomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif diġà ġie espost (punt 39 iktar ’il fuq), il-kunċett ta’ ċaqliq minn pajjiż għal ieħor jiddependi b’mod partikolari fuq il-livell ta’ integrazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-pajjiż ta’ assenjazzjoni. Issa, għalkemm jista’ jiġi preżunt li persuna żżomm rabta speċifika mal-Istat ta’ oriġini tagħha meta din isservi fi ħdan delegazzjoni jew ambaxxata tiegħu u li din is-sitwazzjoni tipprekludi l-ħolqien ta’ rabta fit-tul mal-pajjiż ta’ assenjazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), dan ma huwiex bilfors l-istess għall-konjuġi tagħha, li ma jaqsamx l-istess ambjent professjonali ddedikat għas-servizz tal-imsemmi Stat u li għalhekk ikollu aċċess għal firxa iktar wiesgħa ta’ possibbiltajiet sabiex jintegra ruħu fis-soċjetà tal-pajjiż ospitanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa għalxejn li r-rikorrenti ssostni li, għalkemm żewġha kien ġie rreklutat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-istess data bħalha, il-perijodu li matulu huwa bbenefika minn status diplomatiku ġie nnewtralizzat. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, mill-punti 27 sa 37, 40 u 45 iktar ’il fuq jirriżulta li hi u żewġha ma kinux fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, l-espatrijazzjoni ta’ persuna, li tagħti dritt għal allowance tal-espatrijazzjoni, hija indipendenti mill-istatus diplomatiku li hija tibbenefika minnu bis-saħħa tad-dritt internazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930330">30 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Vardakas vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑4/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:29">EU:T:1993:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta, bħar-rikorrenti f’dan il-każ, din il-persuna tibbenefika minn dan l-istatus mingħajr ma tkun membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ta’ rappreżentanza ta’ Stat li ma jkunx l-Istat ta’ assenjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ASTK ma kisritx l-aħħar sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal meta ffissat il-perijodu ta’ riferiment bejn l‑<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE> u t‑<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE> u ma marritx lura sas‑<DATE ISO="20090606">6 ta’ Ġunju 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-ewwel parti tal-motiv tar-rikorrenti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq żball fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ residenza abitwali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega, sussidjarjament, li, anki jekk il-perijodu li matulu hija bbenefikat minn status diplomatiku partikolari ma jistax jiġi nnewtralizzat, hija ma kellhiex, matul dan il-perijodu, ir-rieda li tagħti lill-preżenza tagħha fil-Belġju n-natura stabbli neċessarja sabiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. F’dan ir-rigward, hija telenka elementi materjali li huma wkoll indizji tal-espatrijazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tallega li r-residenza tagħha fil-Belġju kienet marbuta b’mod indissoċjabbli mal-missjoni diplomatika ta’ żewġha u li l-preżenza tagħha fit-territorju Belġjan kellha, minħabba f’hekk, natura prekarja u provviżorja. Din in-natura prekarja u provviżorja għamlet kull tentattiv li jinħolqu rabtiet fit-tul mal-Belġju irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tiddependi mil-livell ta’ integrazzjoni tal-persuna kkonċernata fil-pajjiż ta’ assenjazzjoni qabel id-dħul fis-servizz tagħha (punt 39 iktar ’il fuq) u peress li l-livell ta’ integrazzjoni huwa indipendenti mill-istatus diplomatiku li minnu hija tibbenefika bis-saħħa tad-dritt internazzjonali (punt 47 iktar ’il fuq), il-fatt li r-raġuni għar-residenza tar-rikorrenti fil-Belġju kienet minħabba l-missjoni diplomatika ta’ żewġha huwa, fih innifsu, irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura allegatament prekarja u provviżorja ta’ din ir-residenza, għandu jitfakkar li hija r-rikorrenti li għandha turi li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huma ssodisfatti (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, il-fatt li l-persunal diplomatiku huwa msejjaħ biex jibdel l-assenjazzjoni tiegħu b’mod perjodiku ma jistax iwassal għall-preżunzjoni ta’ assenza ta’ integrazzjoni. Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-membri tal-persunal diplomatiċi jibqgħu fis-servizz f’pajjiż għal diversi snin. F’dan il-każ, ir-raġel tar-rikorrenti barra minn hekk baqa’ assenjat fi Brussell għal sitt snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tibbaża l-argument tagħha fuq in-natura partikolari tar-residenza tagħha fil-Belġju, peress li hija ġiet mogħtija akkomodazzjoni mal-familja tagħha f’appartament imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom mid-delegazzjoni permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għan-NATO, li ħallset il-kera u l-kontijiet ta’ konsum tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li l-kunċett ta’ residenza abitwali huwa interpretat b’mod stabbilit mill-ġurisprudenza bħala l-post fejn il-persuna kkonċernata stabbilixxiet, bil-ħsieb li tagħmel dan b’mod stabbli, iċ-ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi tagħha. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ residenza jimplika, indipendentement mill-informazzjoni purament kwantitattiva ta’ perijodu ta’ żmien li l-persuna għamlet fit-territorju ta’ pajjiż jew ieħor, minbarra l-fatt fiżiku li tibqa’ f’ċertu post, l-intenzjoni li dan il-fatt ikun stabbli sabiex jirriżulta f’abitudni ta’ ħajja u ta’ żvolġiment ta’ relazzjonijiet soċjali normali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ilha tirrisjedi fil-Belġju mit‑<DATE ISO="20100922">22 ta’ Settembru 2010</DATE>. Il-fatt li hija bbenefikat minn vantaġġi materjali li jikkonsistu f’residenza għall-persunal li l-kera u l-konsum tal-enerġija tagħha kienu mħallsa mid-delegazzjoni permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għan-NATO ma jistax ikun il-prova taż-żamma ta’ rabta mal-pajjiż ta’ oriġini tagħha b’tali mod li din ir-rabta teskludi kull integrazzjoni fil-Belġju. Fi kliem ieħor, it-teħid ta’ responsabbiltà ta’ dawn l-ispejjeż mir-Repubblika tal-Polonja ma jimplikax li din ir-residenza ma setgħetx tkun, b’mod stabbli, iċ-ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi tar-rikorrenti fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Dan it-teħid ta’ responsabbiltà ma kienx jipprekludi lir-rikorrenti milli tistabbilixxi relazzjonijiet soċjali mal-Belġju. B’hekk, il-fatt li, wara r-ritorn ta’ żewġha fil-Polonja, ir-rikorrenti baqgħet fil-Belġju mat-tifel tagħha sabiex ikompli l-iskola jikkostitwixxi indizju li juri integrazzjoni. Jikkostitwixxi wkoll indizju ta’ din l-integrazzjoni l-fatt li, għalkemm hija kienet għadha taħt status diplomatiku, ir-rikorrenti temporanjament ikkollaborat ma’ assoċjazzjoni fi Brussell li topera fil-qasam tat-taħriġ u b’hekk ipparteċipat fin-netwerk assoċjattiv tal-pajjiż ta’ assenjazzjoni futur tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u fit-tielet lok, ir-rikorrenti preċiżament issostni li t-tmexxija ta’ laqgħat ta’ konverżazzjoni ma tikkostitwixxix attività professjonali fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u li din ma tippermettix li tiġi preżunta l-volontà tagħha li ċċaqlaq iċ-ċentru permanenti tal-interessi tagħha lejn il-Belġju. Din l-attività kienet limitata ħafna u kienet tagħti lok biss għal ħruġ ta’ flus għall-ħlas ta’ spejjeż. Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tqis li din kienet attività bi ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, wieħed ma jistax jinsa li attività professjonali hija kriterju ċertament oġġettiv iċċitat mill-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex tinftiehem is-sitwazzjoni tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal irreklutati reċentement (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pozza vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑216/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:118">EU:T:2019:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), iżda li dan jgħodd biss bħala eżempju (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hosman‑Chevalier</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:367">EU:C:2007:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Quadri di Cardano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑273/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:480">EU:T:2018:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-kontribut ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal għall-attività ta’ operatur fid-dinja assoċjattiva fil-pajjiż tal-assenjazzjoni futura tiegħu jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jikkostitwixxi indizju fost oħrajn ta’ integrazzjoni tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tosserva li kien biss wara li hija kienet tat lura l-passaport diplomatiku tagħha, fis‑<DATE ISO="20130616">16 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li hija kienet ġiet irreġistrata fir-reġistri tal-popolazzjoni Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-iskrizzjoni bħala residenti f’komun turi r-rieda tal-persuna kkonċernata u l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi ċ-ċentru stabbli u permanenti tar-residenza tagħha u tal-interessi tagħha f’dan il-post (digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070926">26 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvador Roldán vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑129/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:166">EU:F:2007:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), din l-iskrizzjoni tibqa’ element formali li minnu ma jistax jiġi dedott, f’dan il-każ, li r-rikorrenti ma kellhiex, qabel, residenza effettiva fil-Belġju, speċifikament fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, fejn l-eżistenza ta’ din ir-residenza ma hijiex barra minn hekk ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti tallega li, matul il-perijodu li fih żewġha eżerċita, fil-Belġju, il-funzjoni ta’ membru tal-persunal ta’ ambaxxata, hija żammet rabtiet għat-tul mal-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikorrenti tallega li hija baqgħet proprjetarja ta’ proprjetà immobbli fil-Polonja u li żammet numru tat-telefon Pollakk. Hija żammet ukoll attività professjonali hemmhekk bħala għalliema tal-lingwa u traduttriċi legali sal‑2013 u baqgħet tħallas it-taxxa hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li hija kienet iddomiċiljata fiskalment fil-pajjiż ta’ oriġini u l-fatt li kellha interessi u beni patrimonjali hemmhekk ma jippermettux li jintwera li r-residenza abitwali tar-rikorrenti tinsab f’dan il-pajjiż (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070926">26 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvador Roldán vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑129/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2007:166">EU:F:2007:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan jgħodd iktar u iktar meta d-dħul iddikjarat fiskalment fil-pajjiż ta’ oriġini jirriżulta minn attività professjonali eżerċitata barra mill-pajjiż. Matul is-seduta, ir-rikorrenti preċiżament esponiet li hija kienet eżerċitat il-professjoni indipendenti ta’ traduttur legali għall-qrati Pollakki mill-Belġju u li kien minħabba f’hekk li hija kienet iddikjarat, għas-sena 2012, dħul professjonali ta’ 2 664.64 złoty Pollakk (PLN) (madwar EUR 650). Ir-rikorrenti esponiet ukoll, waqt is-seduta, li hija kienet talbet it-tħassir tagħha mir-reġistru kummerċjali Pollakk fl‑2014 u li l-ammont ta’ PLN 54 289.16 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">12700</FT>) iddikjarat għal dik is-sena kien jirrappreżenta s-salarju li hija kienet tirċievi fil-Belġju minħabba l-impjieg tagħha matul dik is-sena f’kumpannija Belġjana li tipprovdi servizzi lill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-fatt li hija żammet numru tat-telefon Pollakk lanqas ma jippermetti li jiġi stabbilit li r-rikorrenti kienet żammet iċ-ċentru tal-interessi tagħha fil-Polonja peress li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, kif indikat ir-rikorrenti waqt is-seduta, dan kien numru tat-telefon ċellulari, li għalhekk seta’ jintuża mit-territorju Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Is-sitt nett, ir-rikorrenti tesponi li hija dejjem ħadmet f’ambjent internazzjonali pubbliku, l-ewwel fir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għall-Unjoni, bejn is‑7 ta’ Jannar u l‑<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>, imbagħad għall-Kummissjoni, bejn is‑<DATE ISO="20140616">16 ta’ Ġunju 2014</DATE> u l‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE>. Hija ssostni li l-fatt li hija ħadmet b’dan il-mod f’ambjent internazzjonali u li ma eżerċitat l-ebda attività fis-settur privat itaffi kwalunkwe preżunzjoni ta’ integrazzjoni fis-soċjetà Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, u kif tammetti r-rikorrenti stess, hija eżerċitat attività professjonali fi ħdan il-Kummissjoni biss permezz ta’ żewġ kuntratti suċċessivi ma’ żewġ kumpanniji Belġjani li jaġixxu għal din l-istituzzjoni fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi. Issa, il-ġurisprudenza eskludiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-aħħar sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal is-sitwazzjonijiet triangolari li fihom l-uffiċjal il-ġdid jew il-membru tal-persunal il-ġdid kien ċertament ħadem preċedentement fi ħdan istituzzjonijiet tal-Unjoni, iżda f’isem kumpanniji privati li magħhom kien impjegat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pozza vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑216/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:118">EU:T:2019:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-fatt li eżerċitat attività professjonali għall-Kummissjoni f’dawn iċ-ċirkustanzi ma jistax jitqies bħala indizju ta’ assenza ta’ integrazzjoni tar-rikorrenti fil-Belġju matul il-perijodu ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-benefiċċji tar-rikorrenti fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Polonja għall-Unjoni, dawn kienu qabel il-perijodu ta’ riferiment. Għalhekk, dawn ma setgħux ikollhom influwenza determinanti fuq l-evalwazzjoni mill-ASTK tal-kwistjoni dwar jekk ir-rikorrenti kinitx integrata fil-Belġju matul l-imsemmi perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni parti tal-motiv ma hijiex fondata u dan għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Katarzyna Wywiał‑Prząda hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Marcoulli</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Frendo</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>