<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-542/18 RX</NO.CASE><NO.CASE>C-543/18 RX</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0542</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:232">EU:C:2020:232</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20200326">26.3.2020</DATE> – Kawżi magħquda C‑542/18 RX–II u C‑543/18 RX‑II</HT></P><P><HT TYPE="SC">Eżami mill-ġdid Simpson vs Il‑Kunsill u HG vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwi tal-kawża: l‑Ingliż u l‑Franċiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Eżami mill-ġdid tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Simpson vs Il‑Kunsill (T‑646/16 P) u HG vs Il‑Kummissjoni (T‑693/16 P)</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta s-sentenzi fl-ewwel istanza</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ ħatra ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Qorti stabbilita bil-liġi</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ tal-legalità inċidentali</KEYWORD><KEYWORD>Preġudizzju għall-unità u għall-koerenza tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑542/18 RX‑II u C‑543/18 RX‑II,</P><P>li għandha bħala suġġett l-eżami mill-ġdid, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(2) TFUE, tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Appell) tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑693/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:492">EU:T:2018:492</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Erik Simpson</HT>, uffiċjal tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, residenti fi Brussell (il‑Belġju),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT> (C‑542/18 RX‑II),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HG</HT>, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT> (C‑543/18 RX‑II),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Prechal, M. Vilaras, E. Regan, M. Safjan, S. Rodin u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič (Relatur), C. Toader, D. Šváby, F. Biltgen u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo‑Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal E. Simpson, minn M. Velardo, avocate,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn M. Bauer u R. Meyer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal HG, minn L. Levi, avocate,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Berscheid, T. S. Bohr u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova, L. Zaharieva u T. Mitova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat l-Artikolu 62a u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62b tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Dawn il-proċeduri għandhom bħala suġġett l-eżami mill-ġdid tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Appell) tad‑<DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, Simpson vs Il‑Kunsill (T‑646/16 P, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u HG vs Il‑Kummissjoni (T‑693/16 P, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:492">EU:T:2018:492</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem, flimkien, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenzi taħt eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu dan ċaħad ir-rikors ta’ Erik Simpson intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad‑<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE> li tiċħad it-talba tiegħu għal avvanz għall-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/113/07 organizzata għar-reklutaġġ ta’ kapijiet ta’ unità ta’ grad AD 9, b’mod partikolari ta’ lingwa Estonjana, fil-qasam tat-traduzzjoni, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE> li tiċħad l-ilment tiegħu kontra din l-ewwel deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kunsill għall-ħlas tad-dannu allegatament imġarrab. Dan id-digriet kien ingħata wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Simpson</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑130/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:796">EU:T:2015:796</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:201">EU:F:2013:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u li tagħmel riferiment għas-sentenza quddiem dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali annullat is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha dan kien ċaħad ir-rikors ta’ HG intiż, prinċipalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE> li timponilu s-sanzjoni dixxiplinari tas-sospensjoni tal-avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18‑il xahar u li tikkundannah jikkumpensa d-dannu mġarrab mill-Kummissjoni fl-ammont ta’ EUR 108 596.35 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kif ukoll, sa fejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-eżami mill-ġdid jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl b’mod partikolari tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, is-sentenzi taħt eżami mill-ġdid jippreġudikawx l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali, bħala qorti tal-appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal<?PAGE NO="3"?> għas-Servizz Pubbliku li ta d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem, flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), kien kompost b’mod irregolari, minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali, stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-eżami mill-ġdid jikkonċerna wkoll il-punt dwar jekk, bħall-atti msemmija fl-Artikolu 277 TFUE, il-ħatra ta’ Mħallef tistax tkun suġġetta għal stħarriġ tal-legalità inċidentali jew jekk tali stħarriġ tal-legalità inċidentali huwiex – bħala prinċipju jew wara d-dekorriment ta’ ċertu perijodu ta’ żmien – eskluż jew limitat għal ċerti tipi ta’ irregolaritajiet sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà ġuridika u l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-Karta intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jistabbilixxi dan li ġej fl-ewwel żewġ paragrafi tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta’ l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom u l-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom tat‑<DATE ISO="20041102">2 ta’ Novembru 2004</DATE> li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 84</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="251" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 251, p. 8</REF.DOC.OJ>), kienet tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>In-numru ta’ mħallfin ta’ l-awla ġurisdizzjonali għandu jkun addattat għall-ammont ta’ kawżi tagħha. Sabiex tiġi faċilitata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ l-imħallfin, huwa l-każ li jiġi previst l-istabbiliment, mill-Kunsill, ta’ kumitat konsultattiv indipendenti, bid-dmir li jivverifika jekk il-kandidati preżentati jissodisfawx il-kondizzjonijiet rikjesti f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2004/752, Anness I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kien ġie anness mal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan l-anness, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-mument tad-deċiżjonijiet ikkontestati (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kien jipprevedi, fl-Artikolu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn seba’ mħallfin. […]</ALINEA><ALINEA>L-imħallfin għandhom jiġu maħtura għal perjodu ta’ sitt snin. L-imħallfin li jispiċċaw il-mandat tagħhom jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.</ALINEA><ALINEA>Kull post vakanti għandu jimtela bil-ħatra ta’ mħallef ġdid għal perjodu ta’ sitt snin.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi skond ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 257 [TFUE], wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst f’dan l-Artikolu. Fil-ħatra ta’ l-imħallfin, il-Kunsill għandu jiżgura li jkun hemm komposizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta’ l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali rappreżentati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni u li tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 257 [TFUE] tista’ tippreżenta l-kandidatura tagħha. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiffissa l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kumitat [ta’ Selezzjoni] kompost minn seba’ persuni magħżula minn fost ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta għandu jiġi stabbilit. Il-ħatra tal-membri tal-[Kumitat ta’ Selezzjoni] u r-regoli tal-ħidma tiegħu għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[Kumitat ta’ Selezzjoni] għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-[Kumitat ta’ Selezzjoni] għandu jannetti ma’ din l-opinjoni lista tal-kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar adegwata. Tali lista għandha tikkonsisti f’numru ta’ kandidati li jikkorrispondi għall-inqas għad-doppju tan-numru ta’ mħallfin li għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-Kunsill ippubblika sejħa pubblika għal kandidaturi f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> għall-ħatra ta’ Mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 353, p. 11</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li l-punt 4 tagħha kien ifformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Billi ntemm il-mandat ta’ żewġ imħallfin fit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, tnediet sejħa għall-applikazzjonijiet bil-ħsieb li jinħatru żewġ imħallfin ġodda għal perijodu ta’ sitt snin mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> sat‑<DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/454</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/454 tat‑<DATE ISO="20160322">22 ta’ Marzu 2016</DATE>, li taħtar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="079" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 79, p. 30</REF.DOC.OJ>), jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.P><TXT>Il-mandat taż-żewġ Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku […] intemm b’effett mit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, u l-mandat ta’ Mħallef ieħor intemm b’effett mill‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>. Skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(1) tal-Anness I [tal-]Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea […], jeħtieġ għalhekk li jinħatru tliet Imħallfin biex jimlew dawk il-pożizzjonijiet vakanti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Wara s-sejħa pubblika għal applikazzjonijiet ippubblikata [fit‑3 ta’ Diċembru] 2013 […], il-Kumitat [ta’ Selezzjoni] stabbilit bl-Artikolu 3(3) tal-Anness I [tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea] ta opinjoni dwar l-adegwatezza tal-kandidati biex iwettqu l-kompiti ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Mal-opinjoni tiegħu l-[Kumitat ta’ Selezzjoni] hemeż lista ta’ sitt kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar adatta.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Wara l-ftehim politiku dwar ir-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tas‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 341, p. 14</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-ĠU 16, L 40, p. 16)], il-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea] ppreżentat fis‑<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE> proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali […] tal-ġuriżdizzjoni ta’ prim’istanza f’każ ta’ tilwim bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha b’effett mill‑<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkostanzi, għal raġunijiet ta’ ħin, huwa xieraq li ma tiġix ippubblikata sejħa pubblika ġdida għal applikazzjonijiet, iżda li minflok tintuża l-lista tas-sitt kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar adatta stabbilita mill-[Kumitat ta’ Selezzjoni] wara s-sejħa pubblika għal applikazzjonijiet ippubblikata [fit‑3 ta’ Diċembru] 2013.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa xieraq li jinħatru tlieta mill-persuni inklużi f’dik il-lista bħala Mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, filwaqt li tiġi żgurata kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali nazzjonali rappreżentati. It-tliet persuni f’dik il-lista li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar idonea huma s-Sur Sean VAN RAEPENBUSCH, is-Sur João SANT’ANNA u s-Sur Alexander KORNEZOV. Is-Sur João SANT’ANNA u s-Sur Alexander KORNEZOV għandhom jinħatru b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Billi s-Sur Sean VAN RAEPENBUSCH diġà kien Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sat‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE> u baqa’ jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu sakemm tittieħed id-Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 5 tal-[Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea], huwa xieraq li hu jinħatar għal mandat ġdid b’effett mill-jum wara t-tmiem tal-mandat preċedenti tiegħu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2 tal-Anness I [tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea] jsegwi li kwalunkwe pożizzjoni vakanti għandha timtela permezz tal-ħatra ta’ Mħallef ġdid għal perijodu ta’ sitt snin. Madankollu, mal-applikazzjoni tar-Regolament propost dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni ta’ prim’istanza f’każ ta’ tilwim bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mhux ser jeżisti aktar, u b’hekk il-mandat tat-tliet Imħallfin maħtura b’din id-Deċiżjoni jintemm <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> fid-data ta’ qabel dik li fiha r-Regolament japplika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2016/454 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura bħala Mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Is-Sur Sean Van Raepenbusch, b’effett mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>,</P></ITEM><ITEM><P>Is-Sur João Sant’Anna, b’effett mill‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>,</P></ITEM><ITEM><P>Is-Sur Alexander Kornezov, b’effett mill‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawżi ssottomessi għal eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/474/KE, Euratom tad‑<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE> li taħtar Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 156, p. 56</REF.DOC.OJ>), I. Rofes i Pujol inħatret Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għal perijodu ta’ sitt snin bejn l‑<DATE ISO="20090901">1 ta’ Settembru 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, imnedija bil-ħsieb li jintemmu, fit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-mandati ta’ żewġ Imħallfin oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jiġifieri S. Van Raepenbusch u H. Kreppel, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kumitat ta’ Selezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) stabbilixxa lista ta’ sitt kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill ma ħatarx, qabel l-iskadenza ta’ dawn iż-żewġ mandati, Imħallfin fil-pożizzjonijiet okkupati minn S. Van Raepenbusch u H. Kreppel, dawn tal-aħħar komplew fil-kariga lil hinn mit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li skontu Mħallef ikompli fil-kariga sakemm is-suċċessur tiegħu jassumi d-doveri tiegħu. Din id-dispożizzjoni kienet applikabbli għall-Imħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness I tal-imsemmi statut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ebda sejħa pubblika għal kandidaturi ma ġiet ippubblikata fid-dawl tal-iskadenza tal-mandat ta’ I. Rofes i Pujol. F’dan il-kuntest, u skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, din tal-aħħar kompliet fil-kariga wara l‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2016/454, il-Kunsill, fit‑<DATE ISO="20160322">22 ta’ Marzu 2016</DATE>, ħatar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jiġifieri S. Van Raepenbusch, b’effett mill‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, kif ukoll J. Sant’Anna u A. Kornezov, b’effett mill‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>. Sabiex jipproċedi bil-ħatriet għal dawn it-tliet pożizzjonijiet ta’ Mħallfin (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>proċedura ta’ ħatra inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), il-Kunsill uża l-lista ta’ kandidati stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, inkluż għall-pożizzjoni vakanti li qabel kienet okkupata minn I. Rofes i Pujol (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tielet pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), minkejja li din is-sejħa pubblika għal kandidaturi ma kinitx tirrigwarda din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>J. Sant’Anna u A. Kornezov ħadu l-ġurament fit‑<DATE ISO="20160413">13 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="146" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 146, p. 11</REF.DOC.OJ>), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku assenja l-Imħallfin K. Bradley, J. Sant’Anna u A. Kornezov lit-Tieni Awla tiegħu għall-perijodu bejn l‑14 ta’ April u l‑<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑542/18 RX‑II</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>E. Simpson, li kien membru tal-persunal awżiljarju fl-unità ta’ traduzzjoni tal-lingwa Estonjana tal-Kunsill mill‑<DATE ISO="20040601">1 ta’ Ġunju 2004</DATE>, ġie rreklutat fl‑<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> bħala uffiċjal bi prova fil-grad AD 5, wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/LA/3/03 intiża sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi fil-grad (LA) 8. Huwa ġie promoss għall-grad AD 6 fl‑<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul is-sena 2009, E. Simpson għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07. Il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġiet ippubblikata fit‑<DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>. Fil‑<DATE ISO="20100625">25 ta’ Ġunju 2010</DATE>, E. Simpson talab, abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), li jibbenefika minn avvanz għall-grad AD 9, billi invoka l-fatt li huwa kien għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 li tikkorrispondi għal dan il-grad u l-fatt li tliet uffiċjali, li kienu jinsabu, fil-fehma tiegħu, f’sitwazzjoni paragunabbli għal tiegħu, kienu bbenefikaw minn avvanz fil-grad, wara li għaddew minn kompetizzjoni fi grad ogħla minn tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tad‑<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kunsill, li ċaħad din it-talba, indika li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal li tagħti d-dritt lill-uffiċjali li jibbenefikaw awtomatikament minn avvanz fil-grad abbażi ta’ suċċess f’kompetizzjoni bi grad ogħla minn tagħhom, tali deċiżjoni setgħet tingħata biss fid-dawl tal-interess tas-servizz u li, f’dan il-każ, dan l-interess ma kienx jeżisti fir-rigward tas-sitwazzjoni, matul is-sena 2010, tal-unità ta’ traduzzjoni tal-lingwa Estonjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, E. Simpson ressaq ilment quddiem il-Kunsill, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra din id-deċiżjoni tal-Kunsill. Dan l-ilment ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali li ppreċedew l-adozzjoni tal-ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20111227">27 ta’ Diċembru 2011</DATE>, E. Simpson ippreżenta rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kontra d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:201">EU:F:2013:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111007">7 ta’ Ottubru 2011</DATE> minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20140224">24 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kunsill appella kontra din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Simpson</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑130/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:796">EU:T:2015:796</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali laqgħet dan l-appell, minħabba li ineżattezza materjali kienet ivvizzjat ir-raġunament tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u bagħtet il-kawża lura quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħdet ir-rikors ta’ E. Simpson fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, E. Simpson appella kontra dan id-digriet. Dan l-appell ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali bin-numru T‑646/16 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-President tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li jiftaħ mill-ġdid il-proċedura bil-miktub f’din il-kawża wara, minn naħa, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) annullat is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:137">EU:F:2016:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), minħabba li l-kulleġġ ġudikanti li kien ta din l-aħħar sentenza ma kienx ġie kkostitwit b’mod regolari, u wara, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/18 RX</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:218">EU:C:2018:218</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-Eżami mill-Ġdid) iddeċidiet li ma kienx hemm lok għal eżami mill-ġdid ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu, fil-Kawża T‑646/16 P, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Bi tweġiba għal din l-istedina, il-partijiet sostnew, minn naħa, li motiv ibbażat fuq irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti, bħal dik li ġiet ikkonstatata mill-Qorti Ġenerali f’din is-sentenza, kien jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku, li għandu jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-appell, u, min-naħa l-oħra, li d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien ġie ffirmat mill-istess kulleġġ ġudikanti bħal dak li l-kompożizzjoni tiegħu tqieset bħala irregolari mill-imsemmija sentenza. Għalhekk, skont il-partijiet, dan id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kellu jiġi annullat għal raġunijiet identiċi għal dawk li ġew adottati mill-Qorti Ġenerali fl-istess sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali annullat id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u bagħtet il-kawża lura quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li kienet iddeċidiet fuq l-appell sabiex din tiddeċiedi fuq ir-rikors fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-punti 38 sa 46 tal-ewwel sentenza taħt eżami mill-ġdid huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>38</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku, li għandu jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-appell, anki fil-każ li din l-irregolarità ma tkunx ġiet invokata fl-ewwel istanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tal-Unjoni ma tistax, bħala prinċipju, tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq motiv ta’ liġi mqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, anki jekk ikun ta’ ordni pubbliku, mingħajr ma qabel tistieden lill-partijiet sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-imsemmi motiv (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid M vs EMEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/09 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:804">EU:C:2009:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fil-kuntest tal-eżami tal-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti u mqajjem mir-rikorrent minħabba li l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-Imħallfin li kien jifforma parti minn dan il-kulleġġ ġudikanti kienet ivvizzjata b’irregolarità, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dan li ġej.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), meta ta s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:137">EU:F:2016:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien kompost mill-Imħallfin K. Bradley, J. Sant’Anna u A. Kornezov. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li, skont id-dispożittiv u l-premessa 5 tad-[Deċiżjoni 2016/454], il-Kunsill ħatar bħala Mħallfin fit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku, fl-ewwel lok, lil S. Van Raepenbusch, fit-tieni lok, lil J. Sant’Anna u, fit-tielet lok, lil A. Kornezov. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-Imħallef K. Bradley ma kienx inħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz tad-Deċiżjoni 2016/454 u għalhekk ma setax ikun l-Imħallef ikkonċernat mill-motiv imsemmi fil-punt 40 iktar ’il fuq, iżda li, min-naħa l-oħra, l-Imħallfin J. Sant’Anna u A. Kornezov kienu nħatru Mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-motiv ibbażat fuq irregolarità tal-proċedura ta’ ħatra, minħabba li l-Kunsill ħatar Imħallef għat-[tielet pożizzjoni] mil-lista ta’ kandidati stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi [tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>] sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet vakanti okkupati mill-Imħallfin S. Van Raepenbusch u H. Kreppel fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, filwaqt li din il-lista ma kinitx ġiet stabbilita għall-ħatra ta’ Mħallef għat-[tielet pożizzjoni]. F’dan ir-rigward, fil-punt 51 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, billi uża l-lista stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, sabiex jimtela t-tielet pożizzjoni […], il-Kunsill ma kienx osserva l-qafas ġuridiku impost mis-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Għalhekk, wara li fakkret li, skont id-dispożittiv u l-premessa 5 tad-Deċiżjoni 2016/454, il-Kunsill kien ħatar bħala Mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fl-ewwel lok, lil S. Van Raepenbusch, fit-tieni lok, lil J. Sant’Anna u, fit-tielet lok, lil A. Kornezov, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din l-istituzzjoni kellha dritt tuża din il-lista fir-rigward tal-ewwel żewġ ħatriet, iżda mhux fir-rigward tat-tielet waħda.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tielet nett, fil-punt 78 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fid-dawl tal-importanza tal-osservanza tar-regoli li jirregolaw il-ħatra ta’ Mħallef għall-fiduċja tal-partijiet f’kawża u tal-pubbliku fl-indipendenza u fl-imparzjalità tal-qrati, l-Imħallef inkwistjoni ma jistax jitqies li huwa qorti legali fis-sens tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-[Karta] u, konsegwentement, annullat is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:137">EU:F:2016:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fl-intier tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li d-digriet [tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] ġie adottat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), kompost mill-Imħallfin K. Bradley, J. Sant’Anna u A. Kornezov, jiġifieri mill-istess kulleġġ ġudikanti bħal dak li ta s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑40/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:137">EU:F:2016:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u li l-kompożizzjoni tiegħu tqieset bħala irregolari fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 38 iktar ’il fuq, jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku, li għandu jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-appell, anki fil-każ li din l-irregolarità ma tkunx ġiet invokata fl-ewwel istanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u, wara li nstemgħu l-partijiet, li jiġu applikati l-prinċipji mfakkra mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dan il-każ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-digriet appellat għandu jiġi annullat fl-intier tiegħu minħabba ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-[Karta], mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi mqajma mir-rikorrent.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑543/18 RX‑II</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Bejn is‑<DATE ISO="20070516">16 ta’ Mejju 2007</DATE> u l‑<DATE ISO="20130831">31 ta’ Awwissu 2013</DATE>, HG, uffiċjal tal-Kummissjoni, ġie assenjat lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fin-Nazzjonijiet Uniti f’New York (l-Istati Uniti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, il-Kummissjoni u HG iffirmaw ftehim ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-persunal li jikkorrispondi għall-bżonnijiet tal-familja tiegħu (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>akkomodazzjoni għall-persunal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) skont l-Artikolu 5 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’Ottubru 2008, HG informa lill-kap ta’ amministrazzjoni tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fin-Nazzjonijiet Uniti f’New York, is-Sinjura A, minn naħa, li huwa ma setax imur jgħix fl-akkomodazzjoni għall-persunal minħabba problemi tas-saħħa ta’ bintu, li twieldet f’Ġunju tal-istess sena, u, min-naħa l-oħra, li huwa kien jokkupa l-akkomodazzjoni għall-persunal, iżda kien jgħix ukoll b’mod regolari fl-appartament tal-konjuġi tiegħu, sabiex jibbenefika mill-kumpannija tal-familja tiegħu. HG isostni wkoll li huwa informa lis-Sinjura A, f’data mhux speċifikata, li wieħed mill-ħbieb tiegħu, is-Sinjur B, jokkupa l-akkomodazzjoni għall-persunal għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ftit sigħat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>jumejn kull ġimagħtejn<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>gwardjan<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tagħha. F’dan ir-rigward, HG jindika, minn naħa, li huwa talab lis-Sinjur B, f’Settembru 2008, sabiex iwettaq il-formalitajiet mal-fornitur tal-elettriku għall-akkomodazzjoni għall-persunal u, min-naħa l-oħra, li huwa kien tah iċ-ċavetta tal-akkomodazzjoni għall-persunal f’Diċembru 2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra tripartitika (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Awtorità tal-Ħatra tripartitika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) qieset li, l-ewwel nett, billi astjena milli jgħix mal-familja tiegħu fl-akkomodazzjoni għall-persunal, HG kien kiser l-Artikolu 5 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tieni nett, billi naqas milli jiffirma huwa stess il-kuntratt ta’ provvista tal-elettriku, huwa kien kiser l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-punt 22.10.11.4 tal-vade-mecum tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Relazzjonijiet esterni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għall-attenzjoni tal-persunal irreklutat fid-delegazzjonijiet u, it-tielet nett, l-aġir żbaljat ta’ HG kien il-kawża tad-dannu li rriżulta mit-teħid ta’ responsabbiltà mill-istituzzjoni tal-ispejjeż tal-kiri inġustifikat tal-akkomodazzjoni għall-persunal. Konsegwentement, l-Awtorità tal-Ħatra tripartitika imponiet fuq HG is-sanzjoni dixxiplinari tas-sospensjoni tal-avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18‑il xahar u kkundannatu jikkumpensa l-imsemmi dannu fl-ammont ta’ EUR 108 596.35.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150509">9 ta’ Mejju 2015</DATE>, HG ressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE>. Dan l-ilment ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tripartitika tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u quddiem il-Qorti Ġenerali li ppreċedew l-adozzjoni tat-tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors li wasal fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil‑<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, HG ippreżenta rikors intiż, prinċipalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20150210">10 ta’ Frar 2015</DATE> kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-Tieni Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħdet dan ir-rikors u kkundannat lil HG għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20160928">28 ta’ Settembru 2016</DATE>, HG appella kontra din is-sentenza. Dan l-appell ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali bin-numru T‑693/16 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Wara l-għoti tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-kontenut tagħha huwa miġbur fil-qosor fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, HG talab lill-Qorti Ġenerali, permezz ta’ att ippreżentat fil‑<DATE ISO="20180131">31 ta’ Jannar 2018</DATE>, jekk kinitx ser tiġbor l-osservazzjonijiet tal-partijiet dwar il-konsegwenzi ta’ din is-sentenza, fir-rigward tal-proċedura marbuta mal-appell tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20180323">23 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-President tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Ġenerali reġa’ fetaħ il-fażi orali tal-proċedura. Fis‑<DATE ISO="20180326">26 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu, f’dan il-każ, mill-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal din l-istedina, il-partijiet indikaw li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet ingħatat mill-istess kulleġġ ġudikanti bħal dak li l-kompożizzjoni tiegħu kienet tqieset li hija irregolari fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). HG sostna wkoll li motiv ibbażat fuq irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti, bħal dak li ġie kkonstatat mill-Qorti Ġenerali f’din l-aħħar sentenza, kien jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku u minn dan ikkonkluda li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kellha tiġi annullata għall-istess raġunijiet bħal dawk li ġew adottati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward tal-Kummissjoni, hija rrikonoxxiet li l-motivi li abbażi tagħhom il-Qorti Ġenerali tat din l-aħħar sentenza jistgħu jwasslu sabiex jiġi ġġustifikat l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u r-rinviju tal-kawża lil awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li kellha tiddeċiedi dwar l-appell ippreżentat minn HG.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali annullat is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u bagħtet lura l-kawża quddiem awla tal-Qorti Ġenerali differenti minn dik li kienet iddeċidiet l-appell sabiex din tiddeċiedi fl-ewwel istanza fuq ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni hija bbażata, fil-punti 39 sa 47 tat-tieni sentenza taħt eżami mill-ġdid, fuq motivazzjoni li hija, essenzjalment, identika għal dik riprodotta fil-punt 33 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Wara l-proposta tal-Avukat Ġenerali Ewlieni, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid qieset, permezz tad-deċiżjonijiet tagħha tas‑<DATE ISO="20180917">17 ta’ Settembru 2018</DATE>, Eżami mill-ġdid Simpson vs Il‑Kunsill (C‑542/18 RX), u Eżami mill-ġdid HG vs Il‑Kummissjoni (C‑543/18 RX), adottati skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 193(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kien hemm lok li jsir eżami mill-ġdid tas-sentenzi kkonċernati sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jippreġudikawx l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 195(5) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Awla għall-Eżami mill-Ġdid iddeċidiet, fl‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tibgħat lura ż-żewġ kawżi taħt eżami mill-ġdid lill-Awla Manja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minħabba l-konnessjoni bejn il-Kawżi C‑542/18 RX‑II u C‑543/18 RX‑II, dawn għandhom jingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza, filwaqt li l-partijiet kellhom il-possibbiltà li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-opportunità ta’ tali tgħaqqid waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li t-tweġiba għall-mistoqsija li hija s-suġġett tal-eżami mill-ġdid, riprodotta fil-punti 4 u 5 ta’ din is-sentenza, ma tistax tiġi dedotta mis-sempliċi fatt li, permezz tad-deċiżjoni tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/18 RX</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:218">EU:C:2018:218</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx hemm lok li jsir eżami mill-ġdid tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fuqha l-Qorti Ġenerali bbażat is-sentenzi taħt eżami mill-ġdid. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, din kienet immotivata mill-fatt li, fil-proposta tiegħu ta’ eżami mill-ġdid tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Ewlieni, filwaqt li espona r-raġunijiet partikolari li wassluh sabiex jadixxi lill-awla għall-eżami mill-ġdid, indika li huwa qies li din is-sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ma tippreżentax, fil-raġunament ġuridiku tagħha, riskju serju ta’ preġudizzju<?PAGE NO="12"?> għall-unità jew għall-koerenza tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Għalhekk, minn din il-proposta ta’ eżami mill-ġdid jirriżulta li l-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tweġiba għall-mistoqsija li hija s-suġġett ta’ dan l-eżami mill-ġdid, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk, fid-dawl b’mod partikolari tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, il-Qorti Ġenerali wettqitx żbalji ta’ liġi meta annullat id-deċiżjonijiet ikkontestati minħabba li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ta dawn id-deċiżjonijiet kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li affettwat il-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-membri ta’ dan il-kulleġġ ġudikanti u li wassal għal ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali, stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, għandu jiġi ddeterminat, minn naħa, f’liema kundizzjonijiet il-ħatra ta’ Mħallef tista’, bħall-atti msemmija fl-Artikolu 277 TFUE, tkun is-suġġett ta’ stħarriġ tal-legalità inċidentali. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi vverifikat jekk, sakemm tiġi stabbilita l-irregolarità fir-rigward tal-proċedura ta’ ħatra, ikkonstatata mill-Qorti Ġenerali, din effettivament wasslitx għal ksur tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jiġġustifika l-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-każ li l-imsemmi eżami juri li s-sentenzi taħt eżami mill-ġdid huma effettivament ivvizzjati bi żbalji ta’ liġi, ikun hemm lok li jiġi evalwat, fit-tieni lok, jekk dawn is-sentenzi jippreġudikawx l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet ta’ stħarriġ tal-legalità inċidentali tal-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kien hemm lok li jitqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta d-deċiżjonijiet ikkontestati. Billi bbażat ruħha fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll fuq is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija qieset, fil-fatt, li dan kien motiv ta’ ordni pubbliku li kellu, f’dan ir-rigward, jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-qorti tal-appell, anki fl-ipoteżi fejn din l-irregolarità ma kinitx ġiet invokata fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li d-Deċiżjoni 2016/454, li permezz tagħha s-suċċessur fit-tielet pożizzjoni nħatar bħala Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ma tikkostitwixxix, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali b’mod partikolari fil-punti 118 sa 124 tal-konklużjonijiet tagħha, att ta’ portata ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, mid-dritt fundamentali għal rimedju effettiv quddiem qorti indipendenti, imparzjali u stabbilit minn qabel bil-liġi, żgurat mill-Artikolu 47 tal-Karta, jirriżulta li kull parti f’kawża għandha, bħala prinċipju, ikollha l-possibbiltà li tinvoka ksur ta’ dan id-dritt. Minn dan jirriżulta li l-qorti tal-Unjoni għandha tkun tista’ tivverifika jekk irregolarità li tivvizzja l-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni setgħetx twassal għal ksur ta’ dan id-dritt fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-fatt li l-ebda waħda mill-partijiet f’dawn il-kawżi ma kienet qajmet kontestazzjoni dwar ir-regolarità tal-kulleġġ ġudikanti li adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati jipprekludix lill-Qorti Ġenerali milli teżamina din ir-regolarità <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-garanziji ta’ aċċess għal qorti indipendenti, imparzjali u stabbilita minn qabel bil-liġi, u b’mod partikolari dawk li jiddeterminaw il-kunċett tagħha kif ukoll il-kompożizzjoni tagħha, jirrappreżentaw il-bażi tad-dritt għal smigħ xieraq. Dan jimplika li kull qorti għandha l-obbligu li tivverifika jekk, fil-kompożizzjoni tagħha, hija tikkostitwixxix tali qorti meta<?PAGE NO="13"?> jitnissel dubju serju fuq dan il-punt. Din il-verifika hija neċessarja għall-fiduċja li l-qrati ta’ soċjetà demokratika għandhom jispiraw fil-parti f’kawża. F’dan is-sens, tali stħarriġ jikkostitwixxi formalità essenzjali li l-osservanza tagħha taqa’ taħt l-ordni pubbliku u għandha tiġi vverifikata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball meta ddeċidiet, fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> r-regolarità tal-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti li ta d-deċiżjonijiet ikkontestati peress li l-irregolarità ta’ dan l-istess kulleġġ ġudikanti kienet ġiet ikkonstatata fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-irregolarità fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni u l-effett tagħha fuq id-dritt tal-partijiet għal qorti stabbilita minn qabel bil-liġi</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-irregolarità fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali, filwaqt li rreferiet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ikkonkludiet li l-Kunsill ma kienx osserva l-qafas ġuridiku impost mis-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> billi uża l-lista ta’ kandidati stabbilita wara din is-sejħa sabiex timtela t-tielet pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tinkludi l-ebda żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn, skont il-punt 4 tas-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, din kienet espliċitament u esklużivament inħarġet sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet taż-żewġ Imħallfin li l-mandat tagħhom kien jiskadi fit‑<DATE ISO="20140930">30 ta’ Settembru 2014</DATE>, jiġifieri dawk okkupati mill-Imħallfin S. Van Raepenbusch u H. Kreppel, u mhux sabiex timtela wkoll it-tielet pożizzjoni, li qabel kienet okkupata mill-Imħallef I. Rofes i Pujol li l-mandat tagħha kien jiskadi fil‑<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, il-Kunsill, billi ħatar din l-aħħar pożizzjoni mil-lista ta’ kandidati stabbilita wara din is-sejħa pubblika għal kandidaturi, ma osservax il-qafas ġuridiku li huwa nnifsu kien stabbilixxa meta ppubblika l-imsemmija sejħa pubblika għal kandidaturi u li huwa kien obbligat josserva. Ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>raġunijiet ta’ ħin<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li tirreferi għalihom il-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2016/454 fil-kuntest tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ osservanza tal-istess sejħa pubblika għal kandidaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li l-Qorti Ġenerali qieset fil-punti 52 sa 58 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kunsiderazzjonijiet li barra minn hekk ma ġewx espressament riprodotti fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, l-użu ta’ din il-lista għall-ħatra tat-tielet pożizzjoni jidher li kien, għall-bqija, konformi mar-regoli li jirregolaw il-proċedura ta’ ħatra tal-Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 3(4) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lista ta’ kandidati kellha tikkonsisti f’numru ta’ kandidati li jikkorrispondi mill-inqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li kellhom jinħatru mill-Kunsill. Issa, il-lista stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> kienet tinkludi sitt kandidati, li jikkorrispondi għad-doppju tan-numru tal-Imħallfin li ġew maħtura abbażi ta’ din il-lista. Għalhekk, f’dan il-każ, din id-dispożizzjoni ġiet osservata b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda element ma jippermetti li tiġi ddubitata l-osservanza tal-ewwel sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE, li jeżiġi li l-membri tal-qrati speċjalizzati jintgħażlu minn fost persuni li joffru l-garanziji kollha ta’ indipendenza u li jkollhom il-kapaċità meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji, tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti<?PAGE NO="14"?> tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li abbażi tagħha kull persuna li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet u li jkollha ċ-ċittadinanza tal-Unjoni setgħet tippreżenta l-kandidatura tagħha għall-pożizzjonijiet ta’ Mħallef lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jew tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(4) ta’ dan l-anness, li abbażi tiegħu l-lista stabbilita mill-Kumitat ta’ Selezzjoni kellu jindika l-kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-iktar idonea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk, imkien ma ġie ddubitat li s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> kienet miftuħa għal kull ċittadin tal-Unjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE, li s-sitt kandidati kollha inklużi fil-lista stabbilita wara din is-sejħa pubblika kellhom iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u kienu ġew ikkunsidrati mill-Kumitat ta’ Selezzjoni bħala adatti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u li din il-lista kienet tindika effettivament il-kandidati li kellhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-iktar idonea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li hija dispożizzjoni li tipprovdi li l-Kunsill, meta jaħtar Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għandu jiżgura kompożizzjoni bbilanċjata ta’ din il-qorti fuq bażi ġeografika l-iktar wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali nazzjonali rrappreżentati, il-Qorti Ġenerali ċertament qieset, fil-punt 56 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ma setax jiġi eskluż li l-użu ta’ din il-lista ta’ kandidati stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> għall-ħatra ta’ Mħallef fit-tielet pożizzjoni kellu l-konsegwenza li jeskludi parti mill-kandidati potenzjali għal din il-pożizzjoni, b’mod partikolari dawk ta’ nazzjonalità Spanjola li, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ din id-dispożizzjoni, kienu possibbilment skoraġġuti milli jipparteċipaw f’din is-sejħa pubblika peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku diġà kellu membru Spanjol meta saret is-sejħa pubblika għal kandidaturi u l-pożizzjoni ta’ dan il-membru ma kienx kopert minn din is-sejħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, tali konstatazzjoni bl-ebda mod ma tippermetti li jitqies li l-ħatra ta’ Mħallef fit-tielet pożizzjoni kienet twassal għal kompożizzjoni mhux ibbilanċjata f’termini ta’ tqassim ġeografiku jew ta’ rappreżentanza tas-sistemi legali nazzjonali fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u li l-Kunsill għalhekk kien jipproċedi b’din il-ħatra bi ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-fatt li ċerti kandidati potenzjali kienu ġew skoraġġuti milli jipparteċipaw fis-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, identifikat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 56 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irriżulta direttament u esklużivament mill-fatt li din is-sejħa pubblika ma kinitx intiża sabiex timtela t-tielet pożizzjoni, b’tali mod li dan il-fatt ma jistax jitqies bħala irregolarità distinta minn dik identifikata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-irregolarità fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni tirriżulta esklużivament min-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kunsill, tas-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> u mhux minn ksur tar-rekwiżiti li jirriżultaw mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE jew mill-Artikolu 3 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-effett tal-irregolarità fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni fuq id-dritt tal-partijiet għal qorti stabbilita minn qabel bil-liġi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, il-Qorti Ġenerali, filwaqt li bbażat ruħha mill-ġdid fuq is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iddeċidiet li, fid-dawl tal-importanza tal-osservanza tar-regoli li jirregolaw il-ħatra ta’ Mħallef għall-fiduċja tal-partijiet f’kawża u tal-pubbliku fl-indipendenza u fl-imparzjalità tal-qrati, l-Imħallef maħtur fit-tielet pożizzjoni ma jistax jitqies li huwa qorti legali fis-sens tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità jagħmlu parti mill-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq, li għandu importanza kardinali sa fejn jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-partijiet fil-kawża jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni u l-ħarsien tal-valuri komuni għall-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari tal-valur tal-istat tad-dritt. L-imsemmija rekwiżiti jistabbilixxu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-istanza, tal-ħatra, tat-tul tal-funzjonijiet kif ukoll tal-kawżi ta’ astensjoni, ta’ rikuża u ta’ revoka tal-membri tagħha, li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-impermeabbiltà tal-imsemmija istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u fir-rigward tan-newtralità tagħha fil-konfront tal-interessi inkwistjoni. Fir-rigward b’mod iktar partikolari tad-deċiżjonijiet ta’ ħatra, huwa b’mod partikolari neċessarju li l-kundizzjonijiet sostantivi u l-modalitajiet proċedurali għall-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet ikunu tali li ma jkunux jistgħu jqajmu tali dubji leġittimi fir-rigward tal-Imħallfin maħtura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta li tikkorrispondi għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), it-tifsira u l-portata tagħha huma, skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, l-istess bħal dawk stabbiliti mill-imsemmija konvenzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, għalhekk, tiżgura li l-interpretazzjoni li hija tagħti lit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jmurx kontra dak żgurat mill-Artikolu 6 tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-awla dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-introduzzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>mwaqqaf b’liġi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB għandha l-għan li tevita li l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja titħalla għad-diskrezzjoni tal-eżekuttiv u li tiżgura li din il-materja tkun irregolata minn liġi adottata mis-setgħa leġiżlattiva b’mod konformi mar-regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha. Din l-espressjoni tirrifletti b’mod partikolari l-prinċipju tal-istat tad-dritt u tikkonċerna mhux biss il-bażi legali tal-eżistenza stess tal-qorti, iżda wkoll il-kompożizzjoni tas-sede f’kull kawża kif ukoll kull dispożizzjoni oħra tad-dritt intern li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jirrendi irregolari l-parteċipazzjoni ta’ Mħallef wieħed jew iktar fl-eżami tal-kawża, li jinkludi, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri tal-qorti kkonċernata (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, <DATE ISO="20140708">8 ta’ Lulju 2014</DATE>, Biagioli vs San Marino, CE:ECHR:2014:0708DEC000816213, punti 72 sa 74, u Qorti EDB, <DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, Pasquini vs San Marino, CE:ECHR:2019: 0502JUD005095616, punti 100 u 101 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem diġà kellha l-okkażjoni tirrileva li d-dritt għal smigħ minn qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>stabbilita bil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB, jinkludi, min-natura tiegħu stess, il-proċess ta’ ħatra tal-Imħallfin (Qorti EDB, <DATE ISO="20190312">12 ta’ Marzu 2019</DATE>, Ástráðsson vs L‑Islanda, CE:ECHR:2019:0312JUD002637418, mhux finali, punt 98).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 71 u 73 ta’ din is-sentenza jirriżulta li irregolarità mwettqa matul il-ħatra ta’ Mħallfin fi ħdan is-sistema ġudizzjarja kkonċernata twassal għal ksur tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, b’mod partikolari meta din l-irregolarità hija ta’ natura u ta’ gravità tali li toħloq riskju reali li partijiet oħra tal-poter, b’mod partikolari l-eżekuttiv, jistgħu jeżerċitaw setgħa diskrezzjonali indebita li tipperikola l-integrità tar-riżultat li jwassal għaliha l-proċess ta’ ħatra u b’hekk toħloq dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-indipendenza u<?PAGE NO="16"?> tal-imparzjalità tal-Imħallef jew tal-Imħallfin ikkonċernati, li jkun il-każ meta r-regoli fundamentali li jagħmlu parti integrali tal-istabbiliment u tal-funzjonament ta’ din is-sistema ġudizzjarja jkunu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat jekk l-irregolarità mwettqa fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni wasslitx f’dan il-każ għal ksur tad-dritt tal-partijiet li l-kawża tagħhom tinstema’ minn qorti stabbilita minn qabel bil-liġi, żgurat mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif ġie rrilevat fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, din l-irregolarità tirriżulta esklużivament min-nuqqas ta’ osservanza mill-Kunsill tas-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-ħatra ta’ Mħallef fit-tielet pożizzjoni saret b’osservanza tar-regoli fundamentali għall-ħatra tal-Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jikkostitwixxu r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE u l-Artikolu 3 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, is-sempliċi fatt li l-Kunsill għamel użu tal-lista stabbilita wara s-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE> sabiex timtela t-tielet pożizzjoni ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur ta’ regola fundamentali tal-proċedura ta’ ħatra tal-Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ta’ natura u ta’ gravità tali li ħoloq riskju reali li l-Kunsill għamel użu inġustifikat tas-setgħat tiegħu billi pperikola l-integrità tar-riżultat tal-proċess ta’ ħatra u billi ħoloq b’hekk dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, fir-rigward tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-Imħallef maħtur fit-tielet pożizzjoni, jew fl-awla li lilha huwa ġie assenjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-irregolarità fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni hija differenti minn dik inkwistjoni fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-EFTA tal‑<DATE ISO="20170214">14 ta’ Frar 2017</DATE>, Pascal Nobile vs DAS Rechtsschutz-Versicherungs (E‑21/16), imsemmija fil-punt 75 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>FV vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑639/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:22">EU:T:2018:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, din l-aħħar irregolarità kienet tikkonsisti fil-ħatra ta’ Mħallef fil-Qorti tal-EFTA għal mandat li t-tul tiegħu kien ġie eċċezzjonalment iffissat għal tliet snin minflok sitta u b’hekk kien jikkonċerna, b’differenza mill-irregolarità eżaminata f’dawn il-kawżi, il-ksur ta’ regola fundamentali dwar it-tul tal-mandati ta’ Mħallef fi ħdan din il-qorti, intiża sabiex tipproteġi l-indipendenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kunsill, tas-sejħa pubblika għal kandidaturi tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, ma jikkostitwixxix ksur tar-regoli fundamentali tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-ħatra tal-Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li wassal għal ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal qorti stabbilita bil-liġi, żgurat mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u peress li s-sentenzi taħt eżami mill-ġdid ma jinkludux elementi oħra li jistgħu jqiegħdu f’dubju l-osservanza tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, f’dawn is-sentenzi, li din id-dispożizzjoni kienet inkisret. L-irregolarità msemmija fil-punt preċedenti ma setgħetx għalhekk tiġġustifika waħedha l-annullament ta’ deċiżjoni ġudizzjarja adottata mill-kulleġġ ġudikanti li lilu ġie assenjat l-Imħallef maħtur fit-tielet pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta annullat id-deċiżjonijiet ikkontestati abbażi biss tal-irregolarità mwettqa fil-proċedura ta’ ħatra inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ preġudizzju għall-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-iżball ta’ liġi li jivvizzja s-sentenzi taħt eżami mill-ġdid huwa ta’ natura li jippreġudika l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sentenzi taħt eżami mill-ġdid jistgħu jikkostitwixxu preċedenti għal kawżi futuri, peress li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati mill-Qorti Ġenerali tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jista’ jkollhom riperkussjonijiet fuq kawżi oħra li jinvolvu l-ħatra ta’ membru ta’ kulleġġ ġudikanti u, b’mod iktar ġenerali, fuq id-dritt għal qorti indipendenti, imparzjali u stabbilita minn qabel bil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan id-dritt għandu natura fundamentali u trażversali fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li l-interpretazzjoni tiegħu kif ukoll il-koerenza tiegħu għandhom jiġu żgurati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u dan b’mod partikolari meta jqumu kwistjonijiet f’dan ir-rigward f’kuntest speċifiku li jkun għadu ma tax lok għal ġurisprudenza stabbilita tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li s-sentenzi taħt eżami mill-ġdid jippreġudikaw l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali, bħala qorti ta’ appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea li ta d-deċiżjonijiet ikkontestati kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali, stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, u annullat l-imsemmija deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-effetti tal-eżami mill-ġdid</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 62b tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tippreġudika l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni, hija għandha tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali li tkun marbuta bil-punti ta’ liġi deċiżi minnha. Barra minn hekk, meta tibgħat il-kawża lura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tindika l-effetti tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li għandhom jitqiesu li huma definittivi fir-rigward tal-partijiet involuti fit-tilwima. Bħala eċċezzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ hija nnifisha tiddeċiedi b’mod definittiv, jekk is-soluzzjoni tat-tilwima tirriżulta, fid-dawl tar-riżultat tal-eżami mill-ġdid, mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax sempliċement tikkonstata l-preġudizzju għall-unità jew għall-koerenza tad-dritt tal-Unjoni mingħajr ma tislet konsegwenzi minn din il-konstatazzjoni fir-rigward taż-żewġ tilwimiet inkwistjoni (ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid Missir Mamachi di Lusignano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/14 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:588">EU:C:2015:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali annullat, fis-sentenzi taħt eżami mill-ġdid, id-deċiżjonijiet ikkontestati abbażi ta’ ksur tal-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta mingħajr ma eżaminat l-aggravji li l-appellanti kienu invokaw insostenn tal-appelli rispettivi tagħhom, is-sentenzi taħt eżami mill-ġdid għandhom jiġu annullati u l-kawżi għandhom jintbagħtu lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi dwar dawn l-aggravji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 195(6) tar-Regoli tal-Proċedura, meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li hija s-suġġett tal-eżami mill-ġdid tkun ingħatat skont l-Artikolu 256(2) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ regoli partikolari li jirregolaw it-tqassim tal-ispejjeż fil-kuntest ta’ eżami mill-ġdid, għandu jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kawżi C‑542/18 RX‑II u C‑543/18 RX‑II huma magħqudin għall-finijiet tas-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Appell) tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180719">19 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑646/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:493">EU:T:2018:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑693/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:492">EU:T:2018:492</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jippreġudikaw l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, bħala qorti ta’ appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea li ta rispettivament id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160624">24 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Simpson vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑142/11</NO.CASE> RENV, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:136">EU:F:2016:136</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>HG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑149/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:155">EU:F:2016:155</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali, stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u annullat l-imsemmija deċiżjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-imsemmija sentenzi huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi huma mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Erik Simpson, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, HG, il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Bulgaru għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>