22004D0055

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2150/2002 (Statistiċi ta' l-iskart)

Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0026 - 0026


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 55/2004

tat-23 ta' April 2003

li temenda l-Anness XXI (Statistika) li tinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 33/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 [1].

(2) R-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar statistika dwar l-iskart [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 26 (Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) tal-Anness XXI li jinsab mal-ftehim:

"STATISTIKA AMBJENTALI

27. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

32002 R 2150: Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar statistika dwar l-iskart (ĠU L 332, tad-9.12.2002, p. 1).

(a) Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi d-datameħtiġa bl-Anness II.

(b) Il-Liechtenstein għandu jipprovdi d-datagħall-ewwel darba fis-ena 2008 għas-sena ta' referenza 2006."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 144

[2] ĠU L 332, tad-9.12.2002, p. 1.

[3] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------