|
20.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/5 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1393 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 225 tad-19 ta' Awwissu 2016 )
F'paġna 10, fl-Artikolu 1(7):
minflok:
“2. Meta ma tkun ġiet imposta l-ebda penali amministrattiva fuq il-benefiċjarju skont il-paragrafu 1 għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-erjas għall-iskema ta' għajnuna jew għall-miżura ta' appoġġ ikkonċernati, il-penali amministrattiva msemmija f'dak il-paragrafu għandha titnaqqas bi 50 % jekk id-differenza bejn l-erja ddikjarata u l-erja stabbilita ma taqbiżx l-10 % tal-erja stabbilita.”,
aqra:
“2. Meta tkun għadha ma ġiet imposta l-ebda penali amministrattiva fuq il-benefiċjarju skont il-paragrafu 1 għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-erjas għall-iskema ta' għajnuna jew għall-miżura ta' appoġġ ikkonċernati, il-penali amministrattiva msemmija f'dak il-paragrafu għandha titnaqqas b'50 % jekk id-differenza bejn l-erja ddikjarata u l-erja stabbilita ma taqbiżx l-10 % tal-erja stabbilita.”.