|
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10401 — SAMI/Dussur/FGA/SAMI Figeac Aero Manufacturing JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 387/05)
1.
Fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Saudi Arabian Military Industries Company (“SAMI”, l-Arabja Sawdija), li tappartjeni għall-Fond ta’ Investiment Pubbliku (“PIF”, l-Arabja Sawdija), |
|
— |
Saudi Industrial Investments Company (“Dussur”, l-Arabja Sawdija), ikkontrollata b’mod konġunt mill-PIF u mis-Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija), |
|
— |
Figeac Aéro S.A. (“FGA” Franza), |
|
— |
SAMI Figeac Aero Manufacturing LLC (“impriża konpunta fil-mira”, l-Arabja Sawdija). |
SAMI, Dussur u FGA jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta fil-mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal SAMI: kumpanija militari li tinvesti fil-manifattura ta’ prodotti militari innovattivi u tipprovdi servizzi fid-deviżjonijiet kummerċjali tagħha tal-Aeronawtika, is-Sistemi tal-Art, l-Armi u l-Missili, l-elettronika u t-teknoloġiji emerġenti li jintużaw fid-difiża, |
|
— |
għal Dussur: ditta ta’ investiment industrijali strateġiku, |
|
— |
għal FGA: kumpanija globali ajruspazjali speċjalizzata fl-immaxinjar ta’ partijiet strutturali, magni u partijiet ta’ preċiżjoni f’ligi ħfief u metalli iebsa, kif ukoll fis-subassemblaġġi, |
|
— |
għall-impriża konġunta fil-mira: impriża konġunta f’żona ġdida mwaqqfa bil-għan li tiżviluppa impriża kummerċjalment vijabbli biex issegwi l-istabbiliment ta’ ċentru tal-manifattura tal-komponenti metalliċi tal-inġenji tal-ajru bi preċiżjoni għolja fl-Arabja Sawdija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10401 — SAMI/Dussur/FGA/SAMI Figeac Aero Manufacturing JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).