<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-120/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0120</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:718">EU:C:2022:718</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220922">22.9.2022</DATE> – Kawża C‑120/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">LB (Preskrizzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P>22 ta’ Settembru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal-leave annwali mħallas</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni adegwata tal-ħaddiem</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑120/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ Settembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Frar 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">LB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TO,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn I. Ziemele (Relatriċi), Presidenta tal-Awla, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑24 ta’ Marzu 2022,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u D. Recchia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali waqt is-seduta tal‑5 ta’ Mejju 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), kif ukoll tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn TO, ħaddiema, u LB, il-persuna li timpjegaha, dwar kumpens finanzjarju għal ġranet ta’ leave annwali mħallas mhux meħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 4 u 5 tad-Direttiva 2003/88:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(4)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ġenerali fil-qasam tal-preskrizzjoni tad-drittijiet bejn individwi jinsabu fil-Kapitolu 5 tal-Ktieb 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Parti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>BGB<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Dan il-Kapitolu 5 jinkludi l-Artikoli 194, 195 u 199 ta’ dan il-kodiċi. Huma jiddefinixxu rispettivament l-għan, it-tul kif ukoll il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 194(1) tal-BGB jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-dritt li wieħed jeżiġi minn persuna oħra azzjoni jew astensjoni (dritt ta’ kreditu) huwa suġġett għal preskrizzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 195 tal-BGB jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>It-terminu ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju huwa ta’ tliet snin.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 199(1) tal-BGB huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja, it-terminu ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju jibda jiddekorri mill-aħħar tas-sena li matulha</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-dritt jinħoloq u fejn</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-kreditur kien jaf biċ-ċirkustanzi li fuqhom huwa bbażat id-dritt u bil-persuna tad-debitur, jew kellu jkun jaf b’dan mingħajr negliġenza gravi min-naħa tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 204 tal-BGB, il-preskrizzjoni hija sospiża bit-tressiq ta’ azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dritt għal-leave<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tal-Mindesturlaubsgesetz für Arbeitnehmer (Bundesurlaubsgesetz) (il-Liġi dwar il-Perijodu Minimu ta’ Leave għall-Ħaddiema (il-Liġi Federali dwar il-Leave)), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>BUrlG<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kull ħaddiem għandu dritt għal leave ta’ mistrieħ imħallas għal kull sena kalendarja.”</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(3) u (4) tal-BUrlG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-leave għandu jingħata u jittieħed matul is-sena kalendarja kurrenti. Trasferiment tal-leave għas-sena kalendarja sussegwenti huwa permess biss jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi marbutin mal-impriża jew mal-ħaddiem innifsu. Fil-każ ta’ trasferiment, il-leave għandu jingħata u jittieħed matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kalendarja ta’ wara. Fuq talba tal-ħaddiem, il-leave parzjali miksub skont l-Artikolu 5(1)(a) huwa madankollu ttrasferit għas-sena kalendarja ta’ wara.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minħabba t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, il-leave ma jkunx jista’ jingħata totalment jew parzjalment, dan jagħti dritt għal kumpens.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>TO ħadmet fis-servizz ta’ LB mill‑1 ta’ Novembru 1996 sal‑31 ta’ Lulju 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, TO talbet kumpens finanzjarju mingħand LB għal 101 jum ta’ leave annwali mħallas akkumulati bejn l‑2013 u l‑2017 li hija ma kinitx ħadet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat fis‑6 ta’ Frar 2018 minn TO kontra r-rifjut ta’ LB li jħallasha dan il-kumpens ġie parzjalment milqugħ fl-ewwel istanza. TO b’hekk ingħatat kumpens li jikkorrispondi għal tlett ijiem ta’ leave annwali mħallas mhux meħuda matul l‑2017. Mill-banda l-oħra, dan ir-rikors ġie miċħud fir-rigward tat-talbiet relatati mal-ġranet ta’ leave annwali mħallas mhux meħuda għall‑2013 sal‑2016.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>TO ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-Landesarbeitsgericht Düsseldorf (il-Qorti Industrijali Superjuri ta’ Dusseldorf, il-Ġermanja), li ddeċidiet li hija setgħet titlob kumpens ta’ 76 jum addizzjonali għal-leave annwali mħallas mhux meħud għall-perijodu bejn l‑2013 u l‑2016. Dik il-qorti kkunsidrat li LB ma kienx ikkontribwixxa sabiex TO tkun tista’ tibbenefika mil-leave tagħha għal dawn is-snin fi żmien xieraq, b’tali mod li d-drittijiet tagħha ma ntemmux u lanqas ma kienu jaqgħu taħt il-preskrizzjoni ġenerali prevista fl-Artikoli 194 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-BGB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>LB ippreżenta appell għal Reviżjoni minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja). Il-qorti tar-rinviju tqis li d-drittijiet ta’ TO għall‑2013 sal‑2016 ma jintemmux skont l-Artikolu 7(3) tal-BUrlG, peress li LB ma kienx qiegħed lil TO f’pożizzjoni li effettivament tieħu l-leave annwali mħallas tagħha fi żmien xieraq. Għalhekk, skont is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li skontha l-persuna li timpjega għandha tinċentiva lill-ħaddiem li jieħu l-leave tiegħu u li tinformah dwar l-estinzjoni possibbli tad-dritt tiegħu, it-talba għal kumpens ta’ TO għandha, bħala prinċipju, tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li LB qajjem eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 194 tal-BGB. Fil-fatt, skont l-Artikoli 195 u 199 tal-BGB, it-talbiet ta’ kreditur huma preskritti tliet snin wara t-tmiem tas-sena li matulha tnissel id-dritt tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Jekk dik il-qorti kellha tapplika din ir-regola ta’ preskrizzjoni ġenerali, minn dan jirriżulta li l-persuna li timpjega li wettqet in-nuqqas, peress li ma kinitx qiegħdet lill-ħaddiem f’pożizzjoni li effettivament jieħu l-leave mħallas tiegħu, tkun eżentata mill-obbligi tagħha u tibbenefika finanzjarjament minn din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, mis-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Caixabank u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/19 u C‑259/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:578">EU:C:2020:578</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ termini ta’ preskrizzjoni, sakemm dawn ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sa fejn leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti limitazzjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba mill-ħaddiem jew l-estinzjoni tagħhom, minn naħa, tivvalida aġir li jwassal għal arrikkiment illegali tal-persuna li timpjega u, min-naħa l-oħra, tmur kontra l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiem, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni prevista fl-Artikoli 194 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-BGB mad-dritt stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 kif ukoll fl-Artikolu 31(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Artikolu 7 tad-Direttiva [2003/88] u l-Artikolu 31(2) tal-[Karta] jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 194(1) flimkien mal-Artikolu 195 tal-[BGB], skont liema d-dritt għal-leave annwali mħallas huwa suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni regolari ta’ tliet snin, li l-perjodu tiegħu jibda jiddekorri minn tmiem is-sena li fiha kien disponibbli l-leave, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 199(1) tal-BGB, jekk il-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qegħdet lill-impjegat f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal leave tiegħu permezz ta’ talbiet u indikazzjonijiet xierqa?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem għal perijodu ta’ referenza huwa preskritt fi tmiem terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri fi tmiem is-sena li matulha tnissel dan id-dritt, meta l-persuna li timpjega effettivament ma qegħditx lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull ħaddiem jibbenefika minn leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, skont il-kundizzjonijiet għall-kisba u għall-għoti previsti mil-leġiżlazzjonijiet u/jew prattiki nazzjonali. Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-perijodu minimu ta’ leave annwali ma jistax jiġi ssostitwit b’kumpens finanzjarju, ħlief f’każ ta’ tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu, fil-leġiżlazzjoni interna tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implimentazzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas, billi jippreċiżaw iċ-ċirkustanzi konkreti li fihom il-ħaddiema jistgħu jagħmlu użu mill-imsemmi dritt (sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreuziger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:872">EU:C:2018:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt għal-leave annwali mħallas espressament mogħti minn din id-direttiva, li tinkludi wkoll it-telf tal-imsemmi dritt fl-aħħar ta’ perijodu ta’ referenza jew ta’ perijodu ta’ trasferiment, sakemm il-ħaddiem li d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas kellu effettivament il-possibbiltà li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mill-imsemmija direttiva (sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreuziger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:872">EU:C:2018:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kuntest u tal-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, ġie għalhekk deċiż li, fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-ħaddiem matul diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jillimitaw, għal perijodu ta’ trasferiment tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni ġiet iġġustifikata mhux biss abbażi tal-protezzjoni tal-ħaddiem, iżda wkoll ta’ dik tal-persuna li timpjega, ikkonfrontata bir-riskju ta’ kumulu eċċessivament kbir ta’ perijodi ta’ assenza u bid-diffikultajiet li dawn jistgħu jimplikaw għall-organizzazzjoni tax-xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa biss fil-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ċirkustanzi speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jista’ jiġi limitat id-dritt għal-leave annwali mħallas stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-konvenuta fil-kawża prinċipali tista’ topponi l-preskrizzjoni tad-dritt tagħha għal-leave annwali mħallas skont ir-regola ta’ preskrizzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 195 tal-BGB.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxi limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għal-leave annwali mħallas li l-konvenuta fil-kawża prinċipali tislet mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li hija limitazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-preskrizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, l-ebda dispożizzjoni ta’ din id-direttiva ma hija intiża sabiex tirregola l-preskrizzjoni ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta mhux biss l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, iżda wkoll, flimkien, l-Artikolu 31(2) tal-Karta, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 jirrifletti u jikkonkretizza d-dritt fundamentali għal perijodu annwali ta’ leave mħallas, stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta. Fil-fatt, filwaqt li din l-aħħar dispożizzjoni tiggarantixxi d-dritt ta’ kull ħaddiem għal perijodu annwali ta’ leave mħallas, l-ewwel dispożizzjoni timplimenta dan il-prinċipju billi tiffissa t-tul tal-imsemmi perijodu (sentenza tal-lum, Fraport, C‑518/20 u C‑727/20, punt 26 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dritt għal-leave annwali mħallas għandu, fil-kwalità tiegħu ta’ prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, importanza partikolari, u huwa wkoll espressament stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta, li għandha, skont l-Artikolu 6(1) TUE, l-istess saħħa legali bħat-Trattati (sentenza tal-lum, Fraport, C‑518/20 u C‑727/20, punt 25 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-punt 30 ta’ din is-sentenza, il-preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju msemmija fl-Artikolu 195 tal-BGB għandha l-effett li tillimita l-eżerċizzju tad-dritt għal-leave annwali mħallas li l-konvenuta fil-kawża prinċipali tislet mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju għat-talbiet tal-konvenuta fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi wkoll limitazzjoni għad-dritt irrikonoxxut lilha mill-Artikolu 31(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li jistgħu jsiru limitazzjonijiet għad-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta biss b’osservanza tal-kundizzjonijiet stretti previsti fl-Artikolu 52(1) tagħha, jiġifieri li dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, josservaw il-kontenut essenzjali ta’ dan id-dritt u li, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikunu neċessarji u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni (sentenza tal-lum, Fraport, C‑518/20 u C‑727/20, punt 33).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel, il-limitazzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt fundamentali msemmi fl-Artikolu 31(2) tal-Karta li twassal għall-applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija prevista mil-liġi, b’mod iktar partikolari fl-Artikolu 195 tal-BGB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni ta’ din ir-regola ta’ preskrizzjoni għandhiex l-effett li tippreġudika l-essenza nnifisha tad-dritt għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 195 tal-BGB, huwa biss wara perijodu ta’ tliet snin li l-ħaddiem jista’ jopponi l-preskrizzjoni tad-drittijiet li huwa kiseb abbażi tad-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas għal perijodu determinat. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 199 tal-BGB, dan it-terminu<?PAGE NO="7"?> ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-aħħar tas-sena li matulha jkun tnissel dan id-dritt u fejn il-ħaddiem ikun sar jaf biċ-ċirkustanzi li fuqhom dan huwa bbażat u bl-identità tal-persuna li timpjegah, jew kellu jkun jaf bihom, ħlief fil-każ ta’ negliġenza serja min-naħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-applikazzjoni, fuq talba tal-persuna li timpjega, tar-regola ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn hija sempliċement tissuġġetta l-possibbiltà għall-ħaddiem li jinvoka d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas għal limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ tliet snin, sakemm huwa kien jaf biċ-ċirkustanzi li fuqhom huwa bbażat id-dritt tiegħu u bil-persuna li timpjega, ma tippreġudikax l-essenza nnifisha ta’ tali dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għal-leave annwali mħallas stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta li jirriżultaw fl-applikazzjoni tal-preskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 195 tal-BGB jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minnha, il-Gvern Ġermaniż ippreċiża, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li din id-dispożizzjoni tal-BGB, bħala sistema ta’ preskrizzjoni taħt id-dritt ordinarju, għandha għan leġittimu, jiġifieri li tiggarantixxi ċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’mod partikolari, dan il-gvern sostna li l-persuna li timpjega ma għandhiex tkun ikkonfrontata b’talba għal leave jew għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud abbażi ta’ dritt miksub iktar minn tliet snin qabel it-tressiq ta’ din it-talba. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tinċentiva lill-ħaddiem sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, mhux iktar tard minn tliet snin wara li dan id-dritt ikun tnissel, u b’hekk tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan ta’ mistrieħ li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kawża prinċipali, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, TO ma tqegħditx effettivament f’pożizzjoni mill-persuna li timpjegaha li teżerċita d-dritt tagħha għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, peress li l-ħaddiem għandu jitqies bħala l-parti dgħajfa fir-relazzjoni ta’ xogħol, l-oneru li jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għal-leave annwali mħallas ma għandux jintefa’ kompletament fuq il-ħaddiem, filwaqt li l-persuna li timpjega tingħata, minħabba dan il-fatt, l-possibbiltà li tiġi eżentata mill-osservanza tal-obbligi tagħha stess, billi jiġi kkontestat li talba għal-leave annwali mħallas ma tkunx tressqet mill-ħaddiem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑684/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif ġie rrilevat fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, it-telf tad-dritt għal-leave annwali mħallas fi tmiem perijodu ta’ referenza jew ta’ perijodu ta’ trasferiment tal-leave jista’ jseħħ biss bil-kundizzjoni li l-ħaddiem ikkonċernat kellu effettivament il-possibbiltà li jeżerċita dan id-dritt fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, li l-eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni ma hijiex imqajma <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, iżda, skont l-Artikolu 214(1) tal-BGB, mid-debitur tal-obbligu li jinvoka l-kreditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, huwa għalhekk LB, bħala persuna li timpjega lil TO, li jopponi l-preskrizzjoni tad-dritt li din tal-aħħar tinvoka.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, ma jistax jiġi aċċettat, bl-iskuża li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali, li l-persuna li timpjega tista’ tinvoka n-nuqqas tagħha stess, jiġifieri li naqset milli tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita effettivament id-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, sabiex tibbenefika minnu fil-kuntest tar-rikors ta’ dan il-ħaddiem abbażi ta’ dan l-istess dritt, billi teċċepixxi l-preskrizzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, f’każ bħal dan, il-persuna li timpjega tkun tista’ teżenta ruħha mill-obbligi ta’ inċentiv u ta’ informazzjoni li hija għandha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Tali eżenzjoni tidher inqas aċċettabbli peress li tfisser li l-persuna li timpjega, li tista’ b’hekk validament teċċepixxi l-preskrizzjoni tad-dritt għal-leave annwali tal-ħaddiem, astjeniet milli tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li effettivament jeżerċita dan id-dritt għal tliet snin konsekuttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta d-dritt tal-ħaddiem għal-leave annwali mħallas ikun preskritt, il-persuna li timpjega tibbenefika minn tali ċirkustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li jiġi aċċettat li l-persuna li timpjega tista’ tinvoka l-preskrizzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiem, mingħajr ma effettivament tkun qegħditu f’pożizzjoni li jeżerċitahom, ifisser li jiġi approvat aġir li jwassal għal arrikkiment illegali tal-persuna li timpjega għad-detriment tal-għan stess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiem imsemmi fl-Artikolu 31(2) tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa ċertament minnu li l-persuna li timpjega għandha interess leġittimu li ma jkollhiex għalfejn taffaċċja talbiet għal leave jew għal kumpens finanzjarju fir-rigward ta’ perijodi ta’ leave annwali mħallas mhux meħud, li jikkorrispondu għal drittijiet miksuba iktar minn tliet snin qabel ma ssir it-talba, il-leġittimità ta’ dan l-interess tisparixxi meta l-persuna li timpjega, billi tastjeni milli tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li effettivament jeżerċita d-dritt għal leave annwali mħallas, tkun qiegħdet lilha nnifisha f’sitwazzjoni li tikkonfronta tali talbiet u li minnha tista’ tibbenefika għad-detriment tal-ħaddiem, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali sitwazzjoni ma hijiex komparabbli ma’ dik fejn il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet interess leġittimu tal-persuna li timpjega li ma tiġix ikkonfrontata bir-riskju ta’ kumulu eċċessivament kbir ta’ perijodi ta’ assenza u bid-diffikultajiet li dawn jistgħu jimplikaw għall-organizzazzjoni tax-xogħol meta l-assenza estiża tal-ħaddiem tkun dovuta għal inkapaċità minħabba mard (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, hija l-persuna li timpjega li għandha tipproteġi lilha nnifisha minn talbiet tardivi fir-rigward ta’ perijodi ta’ leave annwali mħallas mhux meħud billi tikkonforma ruħha mal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ inċentiv li hija għandha fir-rigward tal-ħaddiem, li jkollu bħala effett li jiggarantixxi ċ-ċertezza legali, mingħajr madankollu ma jkun limitat id-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li, meta l-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qiegħdet lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas miksub abbażi ta’ perijodu ta’ referenza, l-applikazzjoni tal-preskrizzjoni taħt id-dritt<?PAGE NO="9"?> ordinarju prevista mill-Artikolu 195 tal-BGB għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem għal perijodu ta’ referenza huwa preskritt fi tmiem terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri fi tmiem is-sena li matulha tnissel dan id-dritt, meta l-persuna li timpjega effettivament ma qegħditx lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem għal perijodu ta’ referenza huwa preskritt fi tmiem terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri fi tmiem is-sena li matulha tnissel dan id-dritt, meta l-persuna li timpjega effettivament ma qegħditx lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>