|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/221 |
9.1.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12255 — EMK / BUILTECH GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/221)
1.
Fit-22 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
VDK Groep B.V. (bis-sussidjarji tagħha “VDK”, in-Netherlands), ikkontrollata minn EMK Capital (ir-Renju Unit). |
|
— |
Builtech Group GmbH (“Builtech”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Auctus Capital Partners AG (il-Ġermanja). |
VDK se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Builtech kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
VDK hija grupp Netherlandiż ta’ servizzi u installazzjonijiet tekniċi, b’attivitajiet fil-qasam tat-teknoloġija tal-installazzjoni elettrika u mekkanika. VDK huwa primarjament attiv fin-Netherlands, b’xi attivitajiet fil-Ġermanja u fil-Belġju permezz ta’ sussidjarji. EMK hija ditta ta’ ekwità privata bbażata f’Londra li tiffoka fuq investimenti f’kumpaniji ta’ daqs medju fl-Ewropa kollha. Id-ditta tipikament tinvesti f’setturi bħal industriji, servizzi u teknoloġija. |
|
— |
Builtech hija attiva fil-forniment ta’ servizzi tekniċi tal-bini u fl-inġinerija, b’sussidjarji fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Iżvizzera, fl-Iżvezja, fil-Bulgarija u fir-Rumanija, li primarjament iservu klijenti kummerċjali fis-setturi kummerċjali, industrijali u pubbliċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12255 — EMK / BUILTECH GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/221/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)