Brussell, 27.7.2026

COM(2026) 420 final

2026/0230(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-28 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Kroazja

{SWD(2026) 253 final}


2026/0230 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-28 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”) mill-Kroazja fit-8 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tagħha lill-Kunsill. Fit-28 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2 (“id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021”). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023 3 , tal-20 ta’ Ġunju 2025 4 u tat-13 ta’ Novembru 2025 5 .

(2)Fid-9 ta’ Lulju 2026, il-Kroazja għamlet talba motivata lill-Kummissjoni biex tressaq proposta li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li, parzjalment, l-RRP ma kienx għadu jista’ jinkiseb minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja ppreżentat RRP emendat.

Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241

(3)L-emendi għall-RRP ippreżentati mill-Kroazja minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 34 miżura. 

(4)Il-Kroazja spjegat li waħda mill-miżuri ma għadhiex tista’ tinkiseb minħabba nuqqas ta’ domanda. Dan jikkonċerna l-miżura C7.1 I2 Miżura fuq skala akbar: Programm ta’ kofinanzjament għax-xiri ta’ vetturi ġodda ta’ fjuwil alternattiv u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi fit-trasport bit-triq. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li titneħħa l-miżura msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(5)Il-Kroazja spjegat li waħda mill-miżuri ma għadhiex tista’ tinkiseb kompletament minħabba nuqqas ta’ domanda. Dan jikkonċerna l-miżura C7.1 R1-I1 Użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li tiġi emendata l-miżura msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(6)Il-Kroazja spjegat li waħda mill-miżuri ma għadhiex tista’ tinkiseb kompletament minħabba inflazzjoni għolja u żieda fil-kostijiet. Dan jikkonċerna l-miżura C1.4 R3-I1 Programm ta’ modernizzazzjoni għall-portijiet miftuħin għat-traffiku pubbliku. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li tiġi emendata l-miżura msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(7)Il-Kroazja spjegat li waħda mill-miżuri ma għadhiex tista’ tinkiseb kompletament minħabba punti ta’ konġestjoni u nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni. Dan jikkonċerna l-miżura C3.1. R1-I4 Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir tal-iskejjel primarji għat-tagħlim ta’ ġurnata sħiħa b’xift wieħed. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li tiġi emendata l-miżura msemmija hawn fuq. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(8)Il-Kroazja spjegat li ġew emendati żewġ miżuri biex tiġi aġġustata l-linja bażi sabiex tinkiseb l-ambizzjoni oriġinali tagħhom. Dan jikkonċerna C2.5 R1 - Żieda fl-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini, C4.3.R1 Trasparenza u adegwatezza tal-benefiċċji soċjali fis-sistema tal-protezzjoni soċjali. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li dawn il-miżuri jiġu emendati. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(9)Il-Kroazja spjegat li 32 miżura ġew emendati biex jiġu implimentati alternattivi aħjar li jippermettu li jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiġi ssimplifikata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk il-miżuri. Dan jikkonċerna C1.1.1. R4-I2 Strument finanzjarju għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, C1.1.1. R4-I3 Strument finanzjarju għall-intrapriżi b’kapitalizzazzjoni medja u kbar, C1.1.1. R4-I4 Strument finanzjarju għall-entitajiet tas-settur pubbliku, C1.1.1. R5-I1 Investiment fi strumenti finanzjarji ta’ ekwità u kważi ekwità, C1.1.1 R6-I2 Stabbiliment ta’ sistema ta’ verifika tal-fatti tal-media u ta’ divulgazzjoni pubblika, C1.1.2 R2-I2 Investiment fil-kapaċità ta’ ġestjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, C1.1.2 R3-I3 Għotjiet għad-diġitalizzazzjonijiet, C1.2. R1-I1 Ir-rivitalizzazzjoni, il-bini u d-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-appoġġ għall-infrastruttura għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, C1.4. R1-I5 Monitoraġġ tat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (e-ADR), C1.4. R2-I3 It-tneħħija ta’ “punti ta’ konġestjoni” fuq l-infrastruttura ferrovjarja, C1.4. R2-I6 L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fit-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija, C1.4. R2-I7 Modernizzazzjoni tas-sistemi tal-IT, C1.4. R5-I3 Programm għax-xiri ta’ vetturi ġodda ta’ fjuwil alternattiv, C1.5 R1-I1 Kostruzzjoni ta’ ċentri tal-loġistika u tad-distribuzzjoni għall-frott u l-ħxejjex, C1.5 R1-I2 Tisħiħ tal-pożizzjoni u l-viżibbiltà tal-produtturi fil-katina tal-provvista tal-ikel, C1.5 R3-I2 Agrikoltura Intelliġenti, C2.4 R5 Ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat, C2.5 R1-I6 — Infrastruttura tal-IT stabbli u reżiljenti għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Ġustizzja, C2.6 R3 Titjib tal-governanza korporattiva f’kumpaniji b’maġġoranza tal-ishma tal-unitajiet tal-gvern lokali u reġjonali, C3.1 R1-I2 Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir tal-iskejjel primarji għat-tagħlim ta’ ġurnata sħiħa b’xift wieħed, C5.1. R2-I1 Xiri ta’ tagħmir għall-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament ta’ pazjenti bil-kanċer, C5.1. R3-I1 Finanzjament ċentrali għall-ispeċjalizzazzjonijiet, C5.1 R4-I5 Introduzzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-eżitu tat-trattament għall-kura outpatient b’enfasi fuq pazjenti kroniċi fl-ispiżeriji pubbliċi, C5.1 R1-I2 Unitajiet mobbli tal-kura outpatient, C5.1 R2-I2 - Akkwist u implimentazzjoni ta’ tagħmir għall-istabbiliment tan-Network Onkoloġiku Nazzjonali u l-Bażi tad-Data Onkoloġika Nazzjonali, C6.1.R2 Żvilupp ta’ qafas għall-iżgurar ta’ ħiliet adegwati fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi meħtieġa għar-rikostruzzjoni ta’ wara terremot, C7.1. R1-I1 Użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda, C7.1. I1 Miżura fuq skala akbar: Akkwist ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku urban u suburban regolari, C7.1. R1-I4 Tisħiħ tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport u t-tisħin, C7.1. R1-I6 Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tan-network tal-elettriku, C7.1 I3 Żieda fil-kapaċità tat-terminal tal-LNG fil-gżira ta’ Krk u t-tisħiħ tal-infrastruttura tal-gass, C7.1 I4 — Akkwist ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku urban u suburban regolari. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li dawn il-miżuri jiġu emendati. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

(10)Wara t-tneħħija ta’ waħda mill-miżuri u t-tnaqqis fil-livell ta’ implimentazzjoni ta’ tliet miżuri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Kroazja talbet li tuża r-riżorsi liberati bit-tneħħija tal-miżuri u t-tnaqqis fil-livell tal-implimentazzjoni tagħhom biex tiddaħħal miżura ġdida waħda u jiżdied il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ żewġ miżuri. Dan jikkonċerna C1.4 R3-I1 Programm ta’ modernizzazzjoni għall-portijiet miftuħin għat-traffiku pubbliku, C2.3 R3-I18 - Kontribuzzjonijiet volontarji għall-Impriża Konġunta EuroHPC għal Gigafabbrika tal-IA jew infrastruttura tal-IA ekwivalenti, C3.1. R1-I4 Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir tal-iskejjel primarji għat-tagħlim ta’ ġurnata sħiħa b’xift wieħed, C4.1 R3-I1 Implimentazzjoni ta’ vawċers għall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet għall-adulti C4.3 R3-I4 - Kostruzzjoni u tagħmir ta’ ċentri għall-kura tal-anzjani (servizzi fid-dar u bbażati fil-komunità u servizzi istituzzjonali), C7.1 R1-I1 Użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda, C7.1 I2 Miżura fuq skala akbar: Programm ta’ kofinanzjament għax-xiri ta’ vetturi ġodda ta’ fjuwil alternattiv u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi fit-trasport bit-triq. Abbażi ta’ dan, il-Kroazja talbet li jiżdied il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ żewġ miżuri u li jiddaħħlu żewġ miżuri ġodda. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 tiġi emendata kif xieraq.

Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali

(11)Ġew identifikati 20 żball klerikali fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, li jaffettwaw 15-il stadju importanti u miri u ħames miżuri taħt seba’ komponenti. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata biex tikkoreġi dawk l-iżbalji klerikali li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Mejju 2021, kif maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Kroazja. Dawk l-iżbalji klerikali huma relatati ma’: il-miri 65 u 66 tal-miżura C1.3 R1-I1 Programm pubbliku għall-iżvilupp tad-drenaġġ, il-mira 72 tal-miżura C1.3 R1-I2 Programm tal-iżvilupp ta’ forniment tal-ilma pubbliku, 79 tal-miżura C1.3 R1-I3 Programm tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastru, il-miri 388 u 389 tal-miżura C1.3 R3-I1 Investimenti ulterjuri fil-programm pubbliku għall-iżvilupp tad-drenaġġ, il-mira 391 tal-miżura C1.3 R3-I2 Investimenti ulterjuri fil-programm tal-iżvilupp ta’ forniment tal-ilma pubbliku taħt il-komponent 1.3 Titjib tal-ġestjoni tal-ilma u tal-ġestjoni tal-iskart, stadju importanti 186 tal-miżura C2.3 R3-I6 Investiment f’network tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Istat, stadju importanti 197 tal-miżura C2.3 R3-I13 Trasformazzjoni diġitali tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, il-mira 201 tal-miżura C2.3 R3-I16 Diġitalizzazzjoni tal-proċessi fl-isport u r-rikreazzjoni fil-livell lokali u reġjonali, stadju importanti 204 tal-miżura C2.3 R4-I1 Implimentazzjoni tal-proġetti skont il-Programm tal-Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Broadband f’żoni fejn hemm interess kummerċjali insuffiċjenti, taħt il-komponent 2.3 tranżizzjoni diġitali tas-soċjetà u l-amministrazzjoni pubblika, il-mira 209 tal-miżura C2.4 R3 Tisħiħ tal-kapaċità umana biex timmonitorja l-governanza korporattiva f’intrapriżi tal-istat taħt il-komponent 2.4 titjib tal-ġestjoni tal-assi tal-Istat, il-mira 278 tal-miżura C3.2 R1-I1 Żvilupp ta’ sistema ta’ ftehimiet ta’ programmi għall-finanzjament tal-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka ffukati fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp taħt il-komponent 3.2 spinta lill-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni, stadju importanti 401 tal-miżura C6.1 R2 Żvilupp ta’ qafas għall-iżgurar ta’ ħiliet adegwati fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi meħtieġa għar-rikostruzzjoni ta’ wara terremot taħt il-komponent 6.1 rinnovazzjoni tal-binjiet, stadju importanti 54 tal-miżura C7.1 R1-I1 Użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda taħt il-komponent 7.1 enerġija u trasport sostenibbli u d-deskrizzjoni tal-miżuri li ġejjin, l-Investiment C1.3 R3-I1 – Investimenti ulterjuri fil-programm pubbliku għall-iżvilupp tad-drenaġġ, l-Investiment C2.3 R3-I15 - Twaqqif ta’ soluzzjonijiet ta’ applikazzjonijiet għar-turiżmu, l-Investiment C2.3 R4-I1 - Implimentazzjoni tal-proġetti skont il-Programm tal-Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Broadband f’żoni fejn hemm interess kummerċjali insuffiċjenti fl-investiment, l-Investiment C2.3 R3-I17 - Stabbiliment tar-Reġistru tal-Popolazzjoni, il-Familja u l-Unitajiet Domestiċi, l-Investiment C3.1 R1-I1 - Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir tal-faċilitajiet tal-ECEC, ir-Riforma C6.1 R2 – Żvilupp ta’ qafas għall-iżgurar ta’ ħiliet adegwati fil-kuntest ta’ impjiegi ekoloġiċi meħtieġa għar-rikostruzzjoni ta’ wara terremot taħt il-komponent 1.3 Titjib tal-ġestjoni tal-ilma u tal-ġestjoni tal-iskart, il-komponent 2.3 tranżizzjoni diġitali tas-soċjetà u l-amministrazzjoni pubblika, 3.1 riforma tas-sistema edukattiva u l-komponent 6.1 rinnovazzjoni tal-binjiet. Dawn il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

Valutazzjoni tal-Kummissjoni

(12)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.

(13)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Kroazja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241, il-punti (a), (b), (c), (d),(da), (db), (g), (h), (j) u (k).

Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità

(14)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u l-kriterju 2.5 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal 37,00 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat u 60,56 % tal-kostijiet stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkulati f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.

(15)Il-mira 53 tal-miżura C7.1 R1-I2 Użu tal-idroġenu u teknoloġiji ġodda Stabbiliment ta’ ekonomija bbażata fuq l-idroġenu u l-istadju importanti 125 tal-miżura C7.1 I2 Miżura fuq skala akbar: Il-Programm ta’ kofinanzjament għax-xiri ta’ vetturi ġodda ta’ fjuwil alternattiv u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi fit-trasport bit-triq tneħħew minħabba nuqqas ta’ domanda. Kumplessivament, hemm tnaqqis limitat ħafna fil-mira ekoloġika tal-RRP.

Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali

(16)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f), u l-kriterju 2.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 21,84 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(17)L-emendi introdotti ma għandhomx impatt fuq l-ambizzjoni kumplessiva tal-pjan fir-rigward tat-tranżizzjoni diġitali b’żieda ċkejkna fil-kontribut kumplessiv għat-tranżizzjoni diġitali minn 21,07 % għal 21,84 %. L-RRP modifikat ikompli jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni diġitali, fosthom billi jżid id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u tal-intrapriżi, b’mod li jżid l-għadd ta’ servizzi diġitali għaċ-ċittadini u n-negozji kif ukoll l-investimenti fl-e-Saħħa u d-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport

Kalkolu tal-kostijiet

(18)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i), u l-kriterju 2.9 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni pprovduta fl-RRP emendat dwar l-ammont tal-kost totali stmat tal-RRP hija moderatament (klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

(19)Il-Kroazja pprovdiet diżaggregazzjoni dettaljata tal-kost għall-istadji importanti u l-miri modifikati u ġodda, b’referenzi għal proġetti simili preċedenti u spjegazzjonijiet adegwati tal-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet totali.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ valutazzjoni

(20)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Kroazja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Kroazja rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (d), (da), (db), (g), (h), (j) u (k).

Valutazzjoni pożittiva

(21)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat meta nstab li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u jenħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont li se jsir disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat.

Kontribuzzjoni finanzjarja

(22)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Kroazja jammontaw għal EUR 9 961 398 190. Peress li l-ammont tal-kost totali stmat tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Kroazja, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikoli 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 , u mal-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241 allokata għall-RRP emendat tal-Kroazja tkun ugwali għal EUR 5 786 544 628. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Kroazja tibqa’ l-istess.

Għoti ta’ self

(23)Sabiex jiġu appoġġati riformi u investimenti addizzjonali, tqiegħed appoġġ totali fil-forma ta’ self ta’ EUR 4 254 156 972 għad-dispożizzjoni tal-Kroazja permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021. Wara t-tnaqqis fil-livell ta’ implimentazzjoni tas-C3.1 R1-I4 Kostruzzjoni, titjib, rikostruzzjoni u tagħmir tal-iskejjel primarji għat-tagħlim ta’ ġurnata sħiħa b’xift wieħed skont l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241, il-Kroazja ma talbitx li tuża r-riżorsi ta’ self liberati biex tappoġġa miżuri ġodda jew biex iżżid il-livell ta’ implimentazzjoni tal-miżuri eżistenti fl-RRP. L-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP huwa inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja kkombinata disponibbli għall-Kroazja u l-appoġġ fil-forma ta’ self li kien tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kroazja permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ totali fil-forma ta’ self imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kroazja jitnaqqas għal EUR 4 174 853 562.

(24)Għalhekk id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li jiġi sostitwit kompletament.

(25)Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata mal-għoti ta’ fondi tal-Unjoni skont kwalunkwe programm tal-Unjoni ħlief għall-Faċilità jew għal proċeduri relatati ma’ distorsjonijiet tal-operazzjoni tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

Il-valutazzjoni tal-RRP emendat għall-Kroazja abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata.

Artikolu 2
Emendi

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Kroazja hija emendata kif ġej:

(1) fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kroazja self li jammonta għal massimu ta’ EUR 4 174 853 562.”;

(2) l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3
Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj
(2)    ST 10687/21 INIT; ST 10687/21 ADD 1.
(3)    ST 15834/23 INIT; ST 15834/23 COR 1; ST 15834/23 ADD 1 REV 1.
(4)    ST 9586/25 INIT; ST 9586/25 ADD.
(5)    ST 14448/25 INIT; ST 14448/25 ADD 1.
(6)    Ir-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1755/oj ).