|
3.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 210/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10097 — AMD/Xilinx)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 210/04)
1.
Fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advanced Micro Devices, Inc. (“AMD”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Xilinx, Inc. (“Xilinx”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
AMD takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Xilinx kollu kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ għaqda bejn Throne Merger Sub, Inc., sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ AMD, u Xilinx. Xilinx se tissopravvivi l-għaqda bħala sussidjarja indiretta u proprjetà kollha kemm hi ta’ AMD.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AMD: AMD hija kumpanija globali tas-semikundutturi kkwotata fil-Borża. AMD hija attiva primarjament fil-provvista ta’ unitajiet ċentrali tal-ipproċessar (central processing units, “CPUs”), fuq il-bażi tas-sett ta’ struzzjonijiet x86, u tal-unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (graphics processing units, “GPUs”); |
|
— |
Xilinx: Xilinx hija kumpanija globali tas-semikundutturi kkwotata fil-Borża. Xilinx hija attiva fil-provvista ta’ gate-arrays programmabbli mill-utent (field programmable gate arrays, “FPGAs”), ċippa li l-klijenti jistgħu jipprogrammaw wara l-fabbrikazzjoni biex iwettqu l-funzjonijiet loġiċi mixtieqa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10097 — AMD/Xilinx
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).