8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 118/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 500/2007

tas-7 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1463/2004 fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ limitu massimu ta’ residwu għall-addittiv fl-għalf “Sacox 120 microGranulate”, li jagħmel parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-addittiv salinomycin sodium (“Sacox 120 microGranulate”) kien awtorizzat taħt ċerti kondizzjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004 (3) awtorizza dak l-addittiv għal għaxar snin għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin, b’hekk rabat l-awtorizzazzjoni mal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ dak l-addittiv. L-adittiv ġie nnotifikat bħala prodott eżistenti fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Minħabba li tressqet l-informazzjoni kollha skond dik id-dispożizzjoni, dak l-adittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Adittivi ta’ l-Għalf.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola l-possibbiltà ta’ modifikar ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-adittiv wara talba mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”). Id-dententur ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv salinomycin sodium (“Sacox 120 microGranulate”) ressaq applikazzjoni li tipproponi l-bidla tal-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ limitu massimu ta’ residwu (LMR) kif valutat mill-Awtorità.

(3)

Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2004 (4), l-Awtorità pproponiet li tistabbilixi LMR ta’ 5 μg/kg għas-sustanza attiva kkonċernata. Tista’ tinħtieġ reviżjoni ta’ l-LMR fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjoni fil-ġejjieni tas-sustanza attiva mill-Aġenzija Ewropea dwar il-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1463/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1463/2004 jinbidel bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(3)   ĠU L 270, 18.8.2004, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 249/2006 (ĠU L 42, 14.2.2006, p. 22)

(4)  Opinjoni tal-“Panel” Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali fuq rikjesta tal-Kummissjoni dwar ir-rivalwazzjoni ta’ Sacox 120 microGranulate, skond l-Artikolu 9G tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE. Adottata fit-30 ta’ Ġunju 2004 The EFSA Journal (2004) 76, p. 1-49.


ANNESS

Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwi (LMR) fl-oġġetti ta’ l-ikel rilevanti li joriġina mill-annimali

mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn

E 766

Huvepharma NV Belgium

Salinomycin sodium 120 g/kg

(Sacox 120 microGranulate)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Salinomycin sodium 120 g/kg

Dijossidu tas-silikon 10–100 g/kg

Karbonat tal-kalċju 350–700 g/kg

 

Sustanza attiva:

Salinomycin sodium

C42H69O11Na,

Numru CAS: 55 721-31-8,

Melħ tas-sodju ta' polyether monocarboxylic acid prodott permezz tal-fermentazzjoni ta' Streptomyces albus (DSM 12217)

 

Impuritajiet relatati:

< 42mg elaiophylin/kg salinomycin sodium

< 40 g 17-epi-20-desoxy-salinomycin/kg salinomycin sodium

Tiġieġ għat-tismin

—

60

70

Użu pprojbit mill-inqas jum wieħed qabel it-tbiċċir

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

 

“Ta' periklu għall-ekwini u d-dundjani”;

 

“Dan l-oġġett ta’ l-għalf fih ionophore:

użu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali (eż tiamulin) jista' jkun kontra indikat”

21.8.2014

5 μg ta' Salinomycin/kg għal kull tessut li fih il-likwidi