|
5.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10255 — Triton/Bergman Clinics)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 262/09)
1.
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-grupp Triton (“Triton”, Jersey), |
|
— |
Bergman Healthcare Clinics B.V. (“Bergman Clinics”, in-Netherlands), |
Triton takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Bergman Clinics kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Triton: fond ta’ ekwità privata li primarjament jinvesti f’negozji ta’ daqs medju bil-kwartieri ġenerali fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, b’enfasi partikolari fuq in-negozji f’erba’ setturi ewlenin, jiġifieri s-Servizzi tan-Negozju, l-Industriji, il-Konsumatur u s-Saħħa. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll ta’ Triton, Aleris Group AB, hija attiva fil-forniment ta’ servizzi oftalmoloġiċi kemm fl-Iżvezja kif ukoll fin-Norveġja, |
|
— |
Bergman Clinics: ċentri ta’ fokus li joperaw fin-Netherlands, l-Isvezja, id-Danimarka, in-Norveġja u l-Ġermanja li joffru kura medika ppjanata fl-oqsma tal-ortopedija, l-oftalmoloġija, il-ġinekoloġija, il-mediċina estetika, il-kardjoloġija, il-gastroenteroloġija, id-dermatoloġija u l-mediċina vaskulari. Waħda mill-kumpaniji ta’ portafoll ta’ Bergman Clinics, Memira AB, hija attiva fil-forniment ta’ servizzi oftalmoloġiċi fil-pajjiżi Nordiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10255 — Triton/Bergman Clinics
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).