|
18.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 158/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Ġunju 2008
li taġġusta l-konċessjonijiet previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
(2008/451/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2003/479/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(7) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/829/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE jipprevedu li l-konċessjonijiet ta' kuljum u ta' kull xahar għandhom jiġu aġġustati kull sena bla effett retroattiv, skond l-adattament tas-salarji bażiċi ta' l-uffiċjali tal-Komunità fi Brussell u fil-Lussemburgu. |
|
(2) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 420/2008 ta' l-14 ta' Mejju 2008 li jaġġusta b'effett mill-1 ta' Lulju 2007 r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (3) kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn, adotta aġġustament ta' 1,4 % għall-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali tal-Komunità. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE, l-ammonti EUR 29,44 u EUR 117,74 għandhom jinbidlu b'EUR 29,85 u EUR 119,39 rispettivament.
2. Fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE t-tabella għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
“Distanza bejn il-post ta’ reklutaġġ u l-post ta' l-issekondar (f'km) |
Ammont f'EUR |
|
0-150 |
0,00 |
|
> 150 |
76,74 |
|
> 300 |
136,42 |
|
> 500 |
221,71 |
|
> 800 |
358,14 |
|
> 1 300 |
562,80 |
|
> 2 000 |
673,67” |
3. Fl-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammont EUR 29,44 għandu jinbidel b'EUR 29,85.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72). Id-Deċiżjoni kif mħassra bid-Deċiżjoni 2007/829/KE.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u għall-persunal militari nazzjonali sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10).