<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-476/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0476</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:624">EU:C:2019:624</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20190729">29.7.2019</DATE> – Kawża C‑476/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Teħid ta’ kampjuni (sampling)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Produttur ta’ fonogrammi</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ riproduzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Riproduzzjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ta’ parti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(2) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(3)(d)</KEYWORD><KEYWORD>Kwotazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/115/KE– Artikolu 9(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ distribuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Libertà tal-arti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑476/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170804">4 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Pelham GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Moses Pelham,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Martin Haas</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ralf Hütter,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Florian Schneider-Esleben,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Arabadjiev, M. Vilaras, T. von Danwitz, C. Toader, F. Biltgen u C. Lycourgos, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur), L. Bay Larsen u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180703">3 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Pelham GmbH kif ukoll għal M. Pelham u M. Haas, minn A. Walter, Rechtsanwalt,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal R. Hütter u F. Schneider-Esleben, minn U. Hundt-Neumann, kif ukoll minn H. Lindhorst, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, M. Hellmann u J. Techert, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, D. Segoin u E. Armoët, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery u D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20181212">12 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(ċ) u tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(b) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Pelham (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kumpannija Pelham<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kif ukoll M. Pelham u M. Haas (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u, min-naħa l-oħra, R. Hütter u F. Schneider-Esleben (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar l-użu, fil-kuntest tar-reġistrazzjoni tax-xogħol mużikali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Nur mir<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kompost minn M. Pelham u M. Haas u prodott mill-kumpannija Pelham, ta’ sekwenza ritmika ta’ madwar żewġ sekondi meħuda minn fonogramma tal-grupp mużikali Kraftwerk, li tiegħu huma membri Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Produtturi ta’ Fonogrammi Kontra r-Riproduzzjoni Mhux Awtorizzata tal-Fonogrammi Tagħhom, iffirmata f’Genève fid-<DATE ISO="19711029">29 ta’ Ottubru 1971</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Konvenzjoni ta’ Genève<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>fonogramma<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull fissazzjoni esklużivament sonora ta’ ħsejjes li joħorġu minn eżekuzzjoni jew minn ħsejjes oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>produttur ta’ fonogrammi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun l-ewwel li tiffissa l-ħsejjes li joħorġu minn eżekuzzjoni jew minn ħsejjes oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser mezz li fih ħsejjes meħuda direttament jew indirettament minn fonogramma u li jinkorpora t-totalità jew parti sostanzjali tal-ħsejjes iffissati f’din il-fonogramma;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kull att li l-għan tiegħu jkun li jiġu offruti kopji, direttament jew indirettament, lill-pubbliku b’mod ġenerali jew lil parti minnu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din il-konvenzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kull Stat Kontraenti jintrabat li jipproteġi lill-produtturi ta’ fonogrammi li huma ċittadini tal-Istati Kontraenti l-oħra kontra l-produzzjoni ta’ kopji magħmula mingħajr il-kunsens tal-produttur u kontra l-importazzjoni ta’ tali kopji, meta l-produzzjoni jew l-importazzjoni jkunu intiżi għal distribuzzjoni lill-pubbliku, kif ukoll kontra d-distribuzzjoni ta’ dawn il-kopji lill-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4, 6, 7, 9, 10, 31 u 32 tad-Direttiva 2001/29 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(3)</NO.P><TXT>L-armonizzazzjoni proposta tgħin biex timplimenta l-erba’ libertajiet tas-suq intern u għandha x’taqsam mall-konformità mal-prinċipji fundamentali tal-liġi u speċjalment tal-proprjetà, inkluża proprjetà intellettwali, u libertà ta’ espressjoni u l-interess pubbliku.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Qafas armonizzat legali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati, permezz ta’ ċertezza legali akbar u waqt li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, jinkoraġġixxi investiment sostanzjali fil-kreattività u innovazzjoni, inkluż infrastruttura ta’ network, u li min-naħa tiegħu jwassal għal tkabbir u kompetittività akbar ta’ l-industrija Ewropea, sew fil-qasam li jipprovdi kontenut u teknoloġija ta’ l-informazzjoni u aktar ġenerali matul il-firxa tas-setturi industrijali u kulturali. Din tissalvagwardja l-impiegi u tinkuraġġixxi ħolqien ta’ impiegi ġodda.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Mingħajr armonizzazzjoni f’livell ta’ Komunità, attivitajiet leġislattivi f’livell nazzjonali li diġà bdew f’għadd ta’ Stati Membri sabiex jirrispondu għall-isfidi jistgħu jirriżultaw f’differenzi sinifikanti fil-protezzjoni u b’hekk fir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu ta’ servizzi u prodotti li jinkorporaw, jew ikunu bażati fuq, proprjetà intellettwali, li twassal għal frammentazzjoni mill-ġdid tas-suq intern u inkonsistenza leġislattiva. L-impatt ta’ dawn id-differenzi leġislattivi u inċertezzi jsir aktar sinjifikanti b’aktar żvilupp tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, li diġà żiedet ħafna l-isfruttament li jaqsam il-fruntieri ta’ proprjetà intellettwali. Dan l-iżvilupp qiegħed u għandu jikber aktar. Differenzi u inċertezzi legali sinifikanti dwar il-protezzjoni jistgħu jfixklu ekonomiji ta’ ċertu daqs għal prodotti u servizzi ġodda li jkunu jinkludu drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-qafas legali tal-Komunità għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandu, għalhekk, jiġi adattat u supplimentat ukoll sa fejn hu meħtieġ għall-funzjonament faċli tas-suq intern. Għal dan il-għan, dawk id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati li jistgħu jvarjaw konsiderevolment minn Stat Membru għall-ieħor jew li jistgħu jikkawżaw inċertezzi legali li jimpedixxu l-funzjonament faċli tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni fl-Ewropa għandhom jiġu aġġustati, u reazzjonijiet nazzjonali inkonsistenti għall-iżviluppi teknoloġiċi għandhom ikunu evitati, filwaqt li differenzi li ma jolqtux b’mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern mhux meħtieġ li jitneħħew jew jiġu evitati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tgħinhom jiżguraw it-tkomplija u l-iżvilupp tal-kreattivita fl-interessi ta’ l-awturi, artisti, produtturi, konsumaturi, kultura, industrija u l-pubbliku in ġenerali. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Jekk awturi jew artisti għandhom ikomplu bix-xogħol kreattiv u artistiku tagħhom, huma għandhom jirċievu kumpens xieraq għall-użu tax-xogħol tagħhom, kif għandhom jirċievu produtturi sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw xogħolhom. L-investiment meħtieġ biex jipproduċu prodotti bħal fonogrammi, films u prodotti ta’ multimedia, u servizzi bħal servizzi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, huwa konsiderevoli. Protezzjoni legali adegwata għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi d-disponibbiltà ta’ dan il-kumpens u tipprovdi l-opportunità għal profitti sodisfaċenti ta’ dan l-investiment.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Bilanċ ġust ta’ drittijiet u interessi bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet, kif ukoll bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi ta’ drittijiet u utentu ta’ materjal protett għandhom ikunu salvagwardati. L-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti tad-drittijiet kif stipulati mill-Istati Membri għandhom ikunu stmati mill-ġdid fl-isfond ta’ l-ambjent elettroniku ġdid. […] Sabiex jiżguraw il-funzjonament sew tas-suq intern, dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għandhom ikunu mfissra aktar armonjożament. Il-grad ta’ armonizzazzjoni tagħhom għandu jkun ibbażat fuq l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament faċli tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tipprovdi għal elenku eżawrjenti ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni u d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Xi eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet japplikaw biss għad-dritt ta’ riproduzzjoni, fejn hu xieraq. Dan l-elenku jikkunsidra kif inhu xieraq it-tradizzjonijiet legali differenti fl-Istati Membri, filwaqt li, fl-istess ħin, għandu bħala skop li jiżgura suq intern li jiffunzjona. L-Istati Membri għandhom jaslu għal applikazzjoni koerenti ta’ dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet, li ssir stima tagħhom meta jirrevedu l-leġislazzjoni implimentattiva fil-futur.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għall-produtturi ta’ fonogrammi, tal-fonogrammi tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jipprevedi l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 sa 4 tagħha. Dan l-artikolu jipprovdi, fil-paragrafi 3 u 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 2 u 3 fil-każi li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kwotazzjonijiet għal skopijiet bħal kritika jew riċensjoni, kemm-il darba jkunu relatati ma’ xogħol jew suġġett ieħor li kien diġà sar disponibbli legalment għall-pubbliku, li, sakemm ma jkunx sar impossibbli, is-sors, magħdud l-isem ta’ l-awtur, ikun indikat, u li l-użu tagħhom huwa skond prattika ġusta, u sa fejn meħtieġ, mill-iskop speċifiku;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali tax-xogħol jew suġġett ieħor u ma jippreġudikawx b’mod bla raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/115</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 5 u 7 tad-Direttiva 2006/115 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>(2)</NO.P><TXT>Il-kiri u s-self ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati qegħdin ikollhom rwol dejjem aktar importanti b’mod partikolari għall-awturi, artisti u produtturi ta’ fonogrammi u films. Il-piraterija qiegħda ssir theddida li dejjem tikber.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Ix-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi. Il-possibbiltà li jiġi żgurat dak id-dħul u li jiġi rkuprat dak l-investiment tista’ tkun garantita b’mod effettiv biss permezz ta’ protezzjoni legali adegwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha tiġi approssimata b’tali mod li ma tmurx kontra l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati d-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati ta’ bosta Stati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-għan ta’ l-armonizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, suġġett għall-Artikolu 6, id-dritt ta’ l-għoti ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ projbizzjoni tal-kiri jew tas-self ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur, u ta’ materja oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1).<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dritt esklussiv li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-oġġetti indikati fil-punti (a) sa (d), inklużi kopji tagħhom, bil-bejgħ jew b’xi mod ieħor, minn hawn ‘il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>id-dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għall-produtturi tal-fonogrammi, rigward il-fonogrammi tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[…] kull Stat Membru jista’ jagħmel dispożizzjoniet għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk bħad-dispożizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte – Urheberrechtsgesetz (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati) tad-<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE> (BGBl. 1965 I, p. 1273, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) tipprovdi, fl-Artikolu 24 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Xogħol indipendenti li nħoloq billi ntuża b’mod liberu x-xogħol ta’ ħaddieħor jista’ jiġi ppubblikat u użat mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtur tax-xogħol li ntuża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-użu ta’ xogħol mużikali li permezz tiegħu melodija tittieħed b’mod rikonoxxibbli minn xogħol sabiex isservi bħala bażi għal xogħol ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 85(1) tal-UrhG, li jittrasponi l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/115, jipprevedi, fl-ewwel u fit-tieni każijiet imsemmija fl-ewwel sentenza tiegħu, li l-produttur ta’ fonogramma għandu d-dritt esklużiv li jirriproduċi u li jxandar il-fonogramma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> huma membri tal-grupp mużikali Kraftwerk. Dan il-grupp ippubblika, fl-1977, fonogramma li fuqha kien jinsab ix-xogħol mużikali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Metall auf Metall<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>M. Pelham u M. Haas huma l-kompożituri tax-xogħol mużikali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Nur mir<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li ħareġ fuq fonogrammi prodotti mill-kumpannija Pelham fl-1997.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> isostnu li Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ikkupjaw, f’forma elettronika, kampjun (sample) ta’ madwar żewġ sekondi ta’ sekwenza ritmika mix-xogħol mużikali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Metall auf Metall<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u integraw dan il-kampjun, permezz ta’ repetizzjonijiet suċċessivi, fix-xogħol mużikali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Nur mir<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, minkejja li kien possibbli għalihom li jdoqqu l-imsemmija sekwenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> iqisu, prinċipalment, li Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kisru d-dritt relatat mad-drittijiet tal-awtur li huma detenturi tiegħu bħala produttur ta’ fonogrammi. Sussidjarjament, huma jsostnu li kien hemm ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali li tiegħu huma d-detenturi bħala artisti kif ukoll id-drittijiet tal-awtur ta’ R. Hütter fuq ix-xogħol mużikali. B’mod iktar sussidjarju, huma jallegaw li Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kisru l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw rikors quddiem il-Landgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Hamburg, il-Ġermanja) u talbu l-waqfien tal-ksur, l-għoti ta’ danni, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni u l-konfiska tal-fonogrammi sabiex jinqerdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti laqgħet l-imsemmi rikors u l-appell ippreżentat minn Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, quddiem l-Oberlandesgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamburg, il-Ġermanja), ġie miċħud. Fuq appell għal reviżjoni ppreżentat minn Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), is-sentenza mogħtija mill-Oberlandesgericht Hamburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamburg) ġiet annullata u s-sentenza ntbagħtet lura quddiem dik il-qorti sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid. L-imsemmija qorti reġgħet ċaħdet l-appell ippreżentat minn Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT>. Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) ċaħdet għal darba oħra l-appell għal reviżjoni l-ġdid ippreżentat minn Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT>. Din is-sentenza tal-aħħar ġiet annullata mill-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali, il-Ġermanja), li bagħtet il-kawża lura quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li s-suċċess tal-proċedura għal reviżjoni jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(ċ) u tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(b) u tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont il-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ddeterminat jekk Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, bl-użu tar-reġistrazzjoni sonora ta’ Hütter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fil-kuntest tal-produzzjoni tal-fonogramma tagħhom stess, ippreġudikawx id-dritt esklużiv ta’ dawn tal-aħħar li jirriproduċu u li jxandru l-fonogramma li fuqha jinsab ix-xogħol <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Metall auf Metall<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, kif previst fl-Artikolu 85(1) tal-UrhG, li jittrasponi l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 kif ukoll l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/115. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tqis li għandu jiġi ddeterminat jekk tali preġudizzju jistax jiġi kkonstatat meta, bħal f’dan il-każ, żewġ sekondi ta’ sekwenza ritmika jiġu estratti minn fonogramma u mbagħad ittrasferiti f’fonogramma oħra, u jekk din tal-aħħar tikkostitwixxix kopja ta’ fonogramma oħra fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-każ li jiġi kkonstatat tali preġudizzju għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, il-qorti tar-rinviju tqajjem il-kwistjoni ta’ jekk Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jistgħux jinvokaw id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>dritt għal użu liberu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, previst fl-Artikolu 24(1) tal-UrhG u applikabbli b’analoġija għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, li jipprovdi li xogħol indipendenti li jkun inħoloq billi ntuża b’mod liberu x-xogħol ta’ ħaddieħor jista’ jiġi ppubblikat u sfruttat mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtur tax-xogħol użat. Il-qorti tar-rinviju tosserva, f’dan il-kuntest, li tali dispożizzjoni ma għandhiex ekwivalenti espliċita fid-dritt tal-Unjoni u għalhekk għandha dubju dwar il-konformità tagħha ma’ dan id-dritt, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmija dispożizzjoni tillimita l-qasam tal-protezzjoni tad-dritt esklużiv tal-produttur ta’ fonogrammi għar-riproduzzjoni u għad-distribuzzjoni ta’ din il-fonogramma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skont il-qorti tar-rinviju, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, previsti fid-dritt nazzjonali, għad-dritt ta’ riproduzzjoni previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 u għad-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, huma bbażati fuq l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29 u fuq l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115. Issa, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju tosserva li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>). F’dan il-kuntest, hija għandha dubju, minn naħa, dwar jekk l-Istati Membri għandhomx marġni ta’ diskrezzjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 2(ċ) u tal-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(b) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tosserva li, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali), id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu direttiva tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx, bħala prinċipju, jiġu evalwati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland (il-Liġi Fundamentali għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja) tat-<DATE ISO="19490523">23 ta’ Mejju 1949</DATE> (BGBl. 1949 I, p. 1), iżda għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni meta din id-direttiva ma tħalli lill-Istati Membri ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-imsemmija drittijiet fundamentali, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1)</NO.P><TXT>Ikun hemm ksur tad-dritt esklużiv tal-produttur ta’ fonogrammi skont l-Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva 2001/29] li jirriproduċi l-fonogramma tiegħu jekk jiġu estratti frazzjonijiet żgħar ta’ ħoss mill-fonogramma tiegħu sabiex jiġu ttrasferiti lejn fonogramma oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fonogramma li tinkludi frazzjonijiet żgħar ta’ ħoss ittrasferiti minn fonogramma oħra hija kopja ta’ fonogramma oħra fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-[Direttiva 2006/115]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjoni li, bħall-Artikolu 24(1) tal-[UrhG], tillimita l-portata tal-protezzjoni tad-dritt esklużiv tal-prodottur tal-fonogramma għar-riproduzzjoni (Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva 2001/29]) u għad-distribuzzjoni (Artikolu 9(1)(b) tad-[Direttiva 2006/115]) tal-fonogramma tiegħu b’mod li xogħol distint maħluq bl-użu liberu tal-fonogramma tiegħu jista’ jintuża mingħajr il-kunsens tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Xogħol jew suġġett ieħor protett, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-[Direttiva 2001/29], jintuża għall-finijiet ta’ kwotazzjoni jekk ma jkun hemm xejn li jindika li qiegħed jintuża xogħol jew suġġett ieħor protett ta’ persuna oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt ta’ riproduzzjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ produttur ta’ fonogramma (Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva 2001/29] u Artikolu 9(1)(b) tad-[Direttiva 2006/115]) u l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet (Artikolu 5(2) u (3) tad-[Direttiva 2001/29] u l-ewwel [subparagrafu] tal-Artikolu 10(2) tad-[Direttiva 2006/115]) jipprovdu marġni ta’ diskrezzjoni għat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>B’liema mod id-drittijiet fundamentali previsti fil-[Karta] għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta tiġi ddeterminata l-portata tal-protezzjoni tad-dritt esklużiv tal-produttur ta’ fonogrammi għar-riproduzzjoni (Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva 2001/29]) u għad-distribuzzjoni (Artikolu 9(1)(b) tad-[Direttiva 2006/115]) tal-fonogramma tiegħu u l-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet (Artikolu 5(2) u (3) tad-[Direttiva 2001/29] u l-ewwel [subparagrafu] tal-Artikolu 10(2) tad-[Direttiva 2006/115])?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u s-sitt domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u s-sitt domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandux, fid-dawl tal-Karta, jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv mogħti lill-produttur ta’ fonogrammi li jawtorizza jew li jipprojbixxi r-riproduzzjoni tal-fonogramma tiegħu jippermettilux joġġezzjona għat-teħid minn terz ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, mill-fonogramma tiegħu għall-finijiet tal-inklużjoni ta’ dan il-kampjun f’fonogramma oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt esklużiv għall-produtturi ta’ fonogrammi li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tal-fonogrammi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/29 ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>riproduzzjoni […] kollha jew parti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ fonogramma, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn il-kelmiet għandha għalhekk tiġi stabbilita, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwa ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li jagħmlu parti minnha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, imfakkra fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li r-riproduzzjoni minn utent ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, ta’ fonogramma għandha, bħala prinċipju, titqies li hija riproduzzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ta’ parti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ din il-fonogramma, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u li għalhekk tali riproduzzjoni taqa’ taħt id-dritt esklużiv mogħti minn din id-dispożizzjoni lill-produttur ta’ tali fonogramma.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 hija konformi, minn naħa, mal-għan ġenerali ta’ din id-direttiva li, kif jirriżulta mill-premessi 4, 9 u 10 tagħha, huwa li jiġi stabbilit livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, u, min-naħa l-oħra, mal-għan speċifiku tad-dritt esklużiv tal-produttur ta’ fonogrammi, iddikjarat fil-premessa 10, li huwa li jiġi protett l-investiment imwettaq minn dan tal-aħħar. Fil-fatt, kif tfakkar l-istess premessa, l-investiment meħtieġ sabiex jinħolqu prodotti, bħalma huma fonogrammi, huwa wieħed kunsiderevoli, b’tali mod li huwa meħtieġ li tiġi ggarantita, għall-produtturi tagħhom, il-possibbiltà li jiksbu profitt sodisfaċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’dan premess, meta utent, fl-eżerċizzju tal-libertà tal-arti, jieħu kampjun sonoru minn fonogramma, sabiex jużah, f’forma mibdula u li ma tingħarafx meta tinstema’, f’xogħol ġdid, għandu jitqies li tali użu ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li mill-premessi 3 u 31 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-armonizzazzjoni mwettqa minn din id-direttiva hija intiża li żżomm, u dan b’mod partikolari fl-ambjent elettroniku, bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-interess tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati fil-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħhom, li issa jinsab stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet fundamentali tal-utenti ta’ oġġetti protetti kif ukoll tal-interess ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Renckhoff</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:634">EU:C:2018:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li bl-ebda mod ma jirriżulta, la mill-Artikolu 17(2) tal-Karta u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dritt tal-proprjetà intellettwali rrikonoxxut f’din id-dispożizzjoni huwa intanġibbli u li l-protezzjoni tiegħu għandha għalhekk tiġi żgurata b’mod assolut (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scarlet Extended</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:771">EU:C:2011:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>SABAM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:85">EU:C:2012:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan id-dritt għandu jiġi bbilanċjat mad-drittijiet fundamentali l-oħra, fosthom il-libertà tal-arti, iggarantita mill-Artikolu 13 tal-Karta, li, sa fejn taqa’ taħt il-libertà tal-espressjoni, protetta mill-Artikolu 11 tal-Karta u mill-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iskambju pubbliku ta’ informazzjoni u ta’ ideat kulturali, politiċi u soċjali ta’ kwalunkwe tip (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, <DATE ISO="19880524">24 ta’ Mejju 1988</DATE>, Müller <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L-Isvizzera, CE:ECHR:1988:0524JUD001073784, punt 27; u Qorti EDB, <DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Karataş vs It-Turkija, CE:ECHR:1999:0708JUD002316894, punt 49).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li t-teknika tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>teħid ta’ kampjuni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (sampling), fejn utent jieħu, ħafna drabi bl-użu ta’ tagħmir elettroniku, kampjun minn fonogramma u juża dan il-kampjun għall-finijiet tal-ħolqien ta’ xogħol ġdid, tikkostitwixxi forma ta’ espressjoni artistika li taqa’ taħt il-libertà tal-arti, protetta mill-Artikolu 13 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-eżerċizzju ta’ din il-libertà, l-utent ta’ kampjun sonoru (sample), fil-kuntest tal-ħolqien ta’ xogħol ġdid, jista’ jkun meħtieġ jibdel il-kampjun meħud mill-fonogramma b’tali mod li dan il-kampjun ma jingħarafx meta jinstema’ f’tali xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, jekk jitqies li kampjun, meħud minn fonogramma u użat f’xogħol ġdid, f’forma mibdula u li ma tingħarafx meta tinstema’, għall-finijiet ta’ ħolqien artistiku proprju, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ta’ din il-fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, dan mhux biss imur kontra t-tifsira normali ta’ din il-kelma fil-lingwa ta’ kuljum, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, iżda jikser ukoll ir-rekwiżit ta’ bilanċ ġust imfakkar fil-punt 32 ta’ din l-istess sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, tali interpretazzjoni tkun tippermetti lill-produttur ta’ fonogrammi joġġezzjona f’tali każ għat-teħid minn terz, għal finijiet ta’ ħolqien artistiku, ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, mill-fonogramma tiegħu, u dan minkejja li tali teħid ma jkunx ser jippreġudika l-possibbiltà tal-imsemmi produttur li jikseb profitt sodisfaċenti mill-investiment tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għas-sitt domanda hija li l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandu, fid-dawl tal-Karta, jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv mogħti minn din id-dispożizzjoni lill-produttur ta’ fonogrammi li jawtorizza jew li jipprojbixxi r-riproduzzjoni tal-fonogramma tiegħu jippermettilu joġġezzjona għall-użu minn terz ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, meħud mill-fonogramma tiegħu għall-finijiet tal-inklużjoni ta’ dan il-kampjun f’fonogramma oħra, sakemm dan il-kampjun ma jkunx inkluż f’din il-fonogramma l-oħra f’forma mibdula u li ma tingħarafx meta tinstema’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115 għandux jiġi interpretat fis-sens li fonogramma li tinkludi kampjuni mużikali ttrasferiti minn fonogramma oħra tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din il-fonogramma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, l-Istati Membri għandhom jipprevedu, għall-produtturi ta’ fonogrammi, dritt esklużiv ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-fonogrammi tagħhom, inklużi kopji, permezz ta’ bejgħ jew b’mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>La l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/115 u lanqas xi dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jiddefinixxu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-kunċett għandu jiġi interpretat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni kkonċernata u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-produttur ta’ fonogrammi previst fl-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115 għandu l-għan li joffri lill-imsemmi produttur, permezz ta’ protezzjoni legali adegwata tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu, il-possibbiltà li jifdi l-investimenti magħmula minnu fir-rigward tal-produzzjoni ta’ fonogrammi, investimenti li jistgħu jkunu ta’ natura għolja u aleatorja ħafna, kif jiddikjaraw il-premessi 2 u 5 tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 2 jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija lill-produttur ta’ fonogrammi minn din id-direttiva hija intiża b’mod partikolari li tiġi miġġielda l-piraterija, jiġifieri, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ kopji ffalsifikati ta’ fonogrammi. Id-distribuzzjoni ta’ tali kopji tikkostitwixxi fil-fatt theddida partikolarment serja għall-interessi tal-produttur ta’ tali fonogrammi, sa fejn tista’ twassal għal tnaqqis sinjifikattiv tad-dħul li dan tal-aħħar jiġġenera mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn il-fonogrammi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa biss mezz li jirriproduċi t-totalità jew parti sostanzjali tal-ħsejjes li jkunu ffissati f’fonogramma li jkun intiż, minħabba l-karatteristiċi tiegħu, li jieħu post il-kopji legali ta’ din il-fonogramma u, għaldaqstant, jista’ jikkostitwixxi kopja ta’ din il-fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, dan ma jkunx il-każ ta’ mezz li, mingħajr ma jirriproduċi t-totalità jew parti sostanzjali tal-ħsejjes li jkunu ffissati f’fonogramma, jinkorpora biss kampjuni mużikali, jekk ikun il-każ f’forma mibdula, li jiġu ttrasferiti minn din il-fonogramma bil-għan li jinħoloq xogħol ġdid u indipendenti minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, fid-dawl tal-għan imfittex, hija kkorroborata mill-kuntest tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif tiddikjara l-premessa 7 tad-Direttiva 2006/115, din id-direttiva hija intiża li tqarreb il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li jiġu osservati l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati l-leġiżlazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati ta’ diversi Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Waħda minn dawn il-konvenzjonijiet hija l-Konvenzjoni ta’ Genève, li, skont il-preambolu tagħha, hija b’mod partikolari intiża li tindirizza ż-żieda dejjem tikber fir-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ fonogrammi u l-ħsara li tirriżulta minn dan għall-interessi tal-produtturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2 tagħha, din il-konvenzjoni tinkludi dispożizzjoni analoga għall-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, li jipprevedi speċifikament li l-produtturi ta’ fonogrammi għandhom jiġu protetti kontra l-produzzjoni u d-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>kopji<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> magħmula mingħajr il-kunsens tagħhom tal-fonogrammi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 1(c) tal-imsemmija konvenzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tfisser mezz li fih ħsejjes meħuda direttament jew indirettament minn fonogramma u li jinkorpora <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>t-totalità jew parti sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tal-ħsejjes iffissati f’din il-fonogramma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Huwa minnu li d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Genève ma humiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni sa fejn, minn naħa, l-Unjoni ma hijiex parti kontraenti f’din il-konvenzjoni u, min-naħa l-oħra, din tal-aħħar ma tistax titqies li ħadet post l-Istati Membri fil-qasam tal-applikazzjoni tagħha, jekk xejn għaliex mhux l-Istati Membri kollha huma partijiet fl-imsemmija konvenzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, xorta waħda jibqa’ l-fatt li din il-konvenzjoni hija waħda mill-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija fil-punt 49 ta’ din is-sentenza u li għalhekk, sa fejn huwa possibbli, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/115 għandhom jiġu interpretati fid-dawl ta’ din il-konvenzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/08 u C‑429/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0189">189</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Syed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1033">EU:C:2018:1033</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif għamel l-Avukat Ġenerali fil-punti 46 u 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jitqies li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, għandu jiġi interpretat b’mod koerenti ma’ dan l-istess kunċett, kif jinsab fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Genève.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li fonogramma li tinkludi kampjuni mużikali ttrasferiti minn fonogramma oħra ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din il-fonogramma meta ma tirriproduċix it-totalità jew parti sostanzjali ta’ din l-istess fonogramma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li, skont l-Artikolu 24(1) tal-UrhG, applikabbli b’analoġija għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, xogħol indipendenti li nħoloq billi ntuża x-xogħol ta’ ħaddieħor jista’ jintuża u jiġi sfruttat mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtur tax-xogħol li ntuża. Hija tispeċifika li tali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>dritt għal użu liberu<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ma jikkostitwixxix, bħala tali, deroga mid-drittijiet tal-awtur iżda jirrappreżenta iktar limitazzjoni inerenti għall-qasam ta’ protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet, limitazzjoni li hija bbażata fuq l-idea li l-ħolqien kulturali ma huwiex possibbli mingħajr ispirazzjoni minn xogħlijiet preċedenti ta’ awturi oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u peress li mir-risposta għat-tieni domanda jirriżulta li riproduzzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115, għandu jitqies li, permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk Stat Membru jistax jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, għajr dawk previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Kif jirriżulta kemm mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, tal-<DATE ISO="19971210">10 ta’ Diċembru 1997</DATE> (COM(97) 628 finali), u kemm mill-premessa 32 tad-Direttiva 2001/29, il-lista tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet li tinsab fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva hija ta’ natura eżawrjenti, kif enfasizzat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Soulier u Doke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:878">EU:C:2016:878</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Renckhoff</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:634">EU:C:2018:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, l-armonizzazzjoni mwettqa permezz tal-imsemmija direttiva hija intiża li żżomm, u dan b’mod partikolari fl-ambjent elettroniku, bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-interess tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati fil-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħhom, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet fundamentali tal-utenti ta’ oġġetti protetti kif ukoll tal-interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, il-mekkaniżmi li jippermettu li jinstab bilanċ ġust bejn dawn id-diversi drittijiet u interessi huma stabbiliti fid-Direttiva 2001/29 stess, sa fejn tipprevedi, b’mod partikolari, minn naħa, fl-Artikoli 2 sa 4 tagħha, id-drittijiet esklużivi tad-detenturi ta’ drittijiet u, min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 5 tagħha, l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet li jistgħu, jew anki għandhom, jiġu ttrasposti mill-Istati Membri, mekkaniżmi dawn li madankollu għandhom jissawru permezz ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva kif ukoll permezz tal-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Promusicae</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:54">EU:C:2008:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li d-drittijiet fundamentali li issa jinsabu rrikonoxxuti fil-Karta, u li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura r-rispett tagħhom, huma ispirati mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri kif ukoll mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-istrumenti internazzjonali li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Istati Membri kkooperaw fihom jew li aderixxew għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, li jeħtieġ li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jiġu applikati biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jippreġudikawx l-isfruttament normali tax-xogħol jew ta’ oġġett protett ieħor u li ma jikkawżawx dannu mhux ġustifikat għall-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet, jikkontribwixxi wkoll għall-bilanċ ġust imfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jekk, minkejja r-rieda espliċita tal-leġiżlatur tal-Unjoni, imfakkra fil-punt 58 ta’ din is-sentenza, kull Stat Membru jitħalla jintroduċi derogi mid-drittijiet esklużivi tal-awtur, imsemmija fl-Artikoli 2 sa 4 tad-Direttiva 2001/29, minbarra l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, dan ikun ta’ theddida għall-effettività tal-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati mwettqa mill-imsemmija direttiva, kif ukoll għall-għan ta’ ċertezza legali mfittex minnha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, mill-premessa 31 ta’ din l-istess direttiva jirriżulta espliċitament li d-differenzi li kienu jeżistu fil-livell tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet għal ċerti atti suġġetti għal restrizzjonijiet kellhom impatt negattiv dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, u għalhekk il-lista tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet li tinsab fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 hija intiża li tiżgura dan il-funzjonament tajjeb.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-premessa 32 tal-istess direttiva, l-Istati Membri huma marbuta japplikaw dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet b’mod koerenti. Issa, ir-rekwiżit ta’ koerenza fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet u ta’ dawn il-limitazzjonijiet ma jkunx jista’ jiġi żgurat jekk l-Istati Membri jkunu ħielsa li jipprevedu tali eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għajr dawk previsti espliċitament fid-Direttiva 2001/29 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Hewlett-Packard Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:750">EU:C:2015:750</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u dan filwaqt li, mill-bqija, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/29 ma tipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-portata tal-imsemmija eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑435/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li Stat Membru ma jistax jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, għajr dawk previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li tikkonċerna l-ipoteżi li fiha jiġi kkonstatat ksur tad-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni tal-produttur ta’ fonogrammi previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>kwotazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ikopri sitwazzjoni fejn ma jkunx possibbli li jiġi identifikat ix-xogħol ikkonċernat mill-kwotazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà jipprevedu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku previsti fl-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-direttiva meta jkunu involuti kwotazzjonijiet magħmula, pereżempju, għal skopijiet ta’ kritika jew ta’ riċensjoni, kemm-il darba jkunu relatati ma’ xogħol jew ma’ oġġett protett ieħor li jkun diġà tqiegħed legalment għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, kemm-il darba, sakemm dan ma jirriżultax impossibbli, jiġi indikat is-sors, inkluż l-isem tal-awtur, u kemm-il darba dawn il-kwotazzjonijiet isiru konformement ma’ prattika aċċettata u sa fejn ikun iġġustifikat mill-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Qabel kollox, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punti 62 u 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jitqies li, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>xogħol jew suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> protett, l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tapplika għall-użu ta’ xogħol mużikali protett, kemm-il darba jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 jeħtieġ, għall-applikazzjoni tiegħu, kif tfakkar fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, li l-użu inkwistjoni jitwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>skond prattika ġusta, u sa fejn meħtieġ, mill-iskop speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> segwit, b’tali mod li l-użu inkwistjoni għal finijiet ta’ kwotazzjonijiet ma għandux imur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mill-kwotazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni, fid-Direttiva 2001/29, tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>kwotazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ din il-kelma għandha tiġi ddeterminata, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, konformement mat-tifsira normali tagħha fil-lingwa ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih tintuża u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tifsira normali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>kwotazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fil-lingwa ta’ kuljum, għandu jiġi osservat li l-karatteristiċi essenzjali tal-kwotazzjoni huma l-użu, minn utent li ma jkunx l-awtur tiegħu, ta’ xogħol jew, b’mod iktar ġenerali, ta’ silta minn xogħol bil-għan li tiġi spjegata idea, li tiġi difiża opinjoni jew<?PAGE NO="14"?> inkella li ssir konfrontazzjoni intellettwali bejn dan ix-xogħol u l-ideat tal-imsemmi utent, fejn l-utent ta’ xogħol protett li jkollu l-intenzjoni jinvoka l-eċċezzjoni ta’ kwotazzjoni għandu għalhekk ikollu l-għan li jinteraġixxi mal-imsemmi xogħol, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta l-persuna li toħloq xogħol mużikali ġdid tuża kampjun sonoru (sample) meħud minn fonogramma li jkun jista’ jiġi identifikat meta jinstema’ dan ix-xogħol il-ġdid, l-użu ta’ dan il-kampjun sonoru jista’, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kwotazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 tal-Karta, kemm-il darba l-imsemmi użu jkollu l-għan li jinteraġixxi max-xogħol li minnu jkun ittieħed il-kampjun, fis-sens tal-punt 71 ta’ din is-sentenza, u kemm-il darba jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 5(3)(d).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>B’dan premess, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jistax ikun hemm tali interazzjoni meta ma jkunx possibbli li jiġi identifikat ix-xogħol ikkonċernat mill-kwotazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda hija li l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>kwotazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jkoprix sitwazzjoni li fiha ma jkunx possibbli li jiġi identifikat ix-xogħol ikkonċernat mill-kwotazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-punt 24 ta’ din is-sentenza, il-ħames domanda taqa’ b’mod partikolari fil-kuntest tal-applikazzjoni mill-qorti tar-rinviju, bil-għan li tinstab soluzzjoni għat-tilwima fil-kawża prinċipali, tal-Artikolu 2(ċ) u tal-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll tal-Artikolu 9(1)(b) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jħallux lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħhom, sa fejn, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali Federali), id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu direttiva tal-Unjoni ma għandhomx, bħala prinċipju, jiġu evalwati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mil-Liġi Fundamentali għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja iżda għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni meta din id-direttiva ma tħalli lill-Istati Membri ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni u għar-raba’ domanda, għandu jitqies li, permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, li huwa karatteristika essenzjali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-fatt li Stat Membru jinvoka dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, anki jekk ta’ natura kostituzzjonali, ma jistax jolqot l-effett tad-dritt tal-Unjoni fit-territorju ta’ dan l-Istat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Melloni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:107">EU:C:2013:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan il-punt għandu jiġi osservat li, peress li t-traspożizzjoni ta’ direttiva mill-Istati Membri taqa’ fi kwalunkwe każ fis-sitwazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 51 tal-Karta, fejn l-Istati Membri jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali previst fil-Karta għandu jintlaħaq meta ssir tali traspożizzjoni, irrispettivament mill-marġni ta’ diskrezzjoni li jkollhom l-Istati Membri fil-kuntest ta’ din it-traspożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>B’dan premess, meta, f’sitwazzjoni fejn l-azzjoni tal-Istati Membri ma tkunx iddeterminata kompletament mid-dritt tal-Unjoni, dispożizzjoni jew miżura nazzjonali timplimenta dan id-dritt fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, jibqa’ possibbli għall-awtoritajiet u għall-qrati nazzjonali li japplikaw standards nazzjonali ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, bil-kundizzjoni li din l-applikazzjoni la tikkomprometti l-livell ta’ protezzjoni previst fil-Karta, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, u lanqas ma tikkomprometti s-supremazija, l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Melloni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:107">EU:C:2013:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>B’hekk, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali jqisu li din l-applikazzjoni tiddependi mill-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju, li d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>jħallu marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, bil-kundizzjoni li dan il-fatt jinftiehem li jirreferi għal-livell ta’ armonizzazzjoni magħmul mill-imsemmija dispożizzjonijiet, u bil-kundizzjoni li tali applikazzjoni tkun possibbli biss sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma jagħmlux armonizzazzjoni sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-għan tad-Direttiva 2001/29 huwa li tarmonizza biss ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, u li diversi dispożizzjonijiet tagħha juru, barra minn hekk, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jagħti marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Copydan Båndkopi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:144">EU:C:2015:144</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt esklużiv tad-detenturi, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, fil-punt 27 ta’ din is-sentenza tfakkar li skont din id-dispożizzjoni l-Istati Membri għandhom jipprevedu d-dritt esklużiv għall-produtturi ta’ fonogrammi li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tal-fonogrammi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>B’hekk, l-imsemmija dispożizzjoni tiddefinixxi, b’mod inekwivoku, id-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni tal-produtturi ta’ fonogrammi fl-Unjoni. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni ma hija marbuta ma’ ebda kundizzjoni u lanqas ma hija suġġetta, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tagħha jew tal-effetti tagħha, għall-intervent ta’ xi tip ta’ att, ikun liema jkun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 jikkostitwixxi miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-kontenut materjali tad-dritt previst f’din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, fir-rigward tad-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011120">20 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Zino Davidoff u Levi Strauss</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/99 sa C‑416/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:617">EU:C:2001:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021112">12 ta’ Novembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Arsenal Football Club</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:651">EU:C:2002:651</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ħames domanda hija li l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-kontenut materjali tad-dritt previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandu, fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv mogħti minn din id-dispożizzjoni lill-produttur ta’ fonogrammi li jawtorizza jew li jipprojbixxi r-riproduzzjoni tal-fonogramma tiegħu jippermettilu joġġezzjona għall-użu minn terz ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, meħud mill-fonogramma tiegħu għall-finijiet tal-inklużjoni ta’ dan il-kampjun f’fonogramma oħra, sakemm dan il-kampjun ma jkunx inkluż f’din il-fonogramma l-oħra f’forma mibdula u li ma tingħarafx meta tinstema’.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li fonogramma li tinkludi kampjuni mużikali ttrasferiti minn fonogramma oħra ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>kopja<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din il-fonogramma meta ma tirriproduċix it-totalità jew parti sostanzjali ta’ din l-istess fonogramma.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Stat Membru ma jistax jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, għajr dawk previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>kwotazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jkoprix sitwazzjoni li fiha ma jkunx possibbli li jiġi identifikat ix-xogħol ikkonċernat mill-kwotazzjoni inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-kontenut materjali tad-dritt previst f’din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>