02017R1145 — MT — 19.07.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1145

tas-8 ta' Ġunju 2017

dwar l-irtirar mis-suq ta' ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta' dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 166 29.6.2017, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/353 tad-9 ta' Marzu 2018

  L 68

3

12.3.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1145

tas-8 ta' Ġunju 2017

dwar l-irtirar mis-suq ta' ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta' dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Irtirar

1.  L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness I għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali kif speċifikat f'dak l-Anness.

2.  L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness II għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet ta' annimali jew kategoriji ta' annimali kif speċifikat f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.  Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi elenkati fl-Anness I jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Lulju 2018.

2.  It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' Mejju jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Ottubru 2018.

3.  L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti b'addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet lesti mnn qabel msemmija fil-paragrafu 2 ta' Mejju jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sad-19 ta' Lulju 2019.

▼M1

Artikolu 3

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 937/2001, (KE) Nru 871/2003, (KE) Nru 277/2004, (KE) Nru 278/2004, (KE) Nru 1332/2004, (KE) Nru 1465/2004, (KE) Nru 833/2005, (KE) Nru 1459/2005, (KE) Nru 492/2006, (KE) Nru 1743/2006, (KE) Nru 757/2007, u (KE) Nru 828/2007 huma mħassra.

▼B

Artikolu 4

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2316/98

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2316/98 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-entrata E 4 dwar ir-ram — Cu, il-kliem “Metjonat kupriku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Metjonat kupriku jitħassar;

(2) fl-entrata E 5 dwar il-manganiż — Mn, il-kliem “Ossidu tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-Ossidu tal-manganiż jitħassar;

(3) fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Karbonat tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Karbonat manganuż jitħassar;

(4) fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “fosfat tal-idroġenu bil-manganiż, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fosfat tal-idroġenu manganuż, triidrat jitħassar;

(5) fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “sulfat tal-manganiż, tetraidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss is-sulfat manganuż, tetraidrat jitħassar;

(6) fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “karbonat taż-żingu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-karbonat taż-żingu jitħassar;

(7) fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “laktat taż-żingu, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-laktat taż-Żingu, triidrat jitħassar;

(8) titħassar l-entrata E 6 dwar iż-żingu — Zn, il-kliem “klorur taż-żingu, monoidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-klorur taż-żingu, monoidrat jitħassar.

Artikolu 5

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1353/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 1353/2000 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 jitħassar.

(2) L-Anness I jitħassar.

Artikolu 6

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2188/2002

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2188/2002, fl-entrata 11, dwar l-“Endo-1,4-beta-glukanas KE 3.2.1.4 Endo-1,3(4)-beta-glukanas KE 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8” jiddaħħlu l-kliem “tiġieġ li jbidu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss it-tiġieġ li jbidu jitħassar.

Artikolu 7

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 261/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tappartjeni għall-grupp “Enzimi” kif speċifikata fl-Anness I hija awtorizzata biex tintuża bħala addittiv għan-nutrizzjoni tal-annimali, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness”;

(2) L-Anness II jitħassar.

Artikolu 8

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1334/2003

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003 huwa emendat kif ġej:

▼M1

(1) fl-entrata E 1 Ħadid — Fe, il-kliem “Klorur ferruż, tetraidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Klorur ferruż, tetraidrat qed jitħassar;

(2) fl-entrata E 1 Ħadid — Fe, il-kliem “Ċitrat ferruż, eżaidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss iċ-Ċitrat ferruż, eżaidrat qed jitħassar;

(3) fl-entrata E 1 Ħadid — Fe, il-kliem “Lattat ferruż, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Lattat ferruż, triidrat qed jitħassar;

▼B

►M1  (4) ◄  fl-entrata E 4 dwar ir-Ram — Cu, il-kliem “Metjonat kupriku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Metjonat kupriku jitħassar;

►M1  (5) ◄  fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Ossidu tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-Ossidu tal-manganiż jitħassar;

►M1  (6) ◄  fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “ossidu manganomanganiku” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss l-ossidu manganomanganiku jitħassar;

►M1  (7) ◄  fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “Karbonat tal-manganiż” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-Karbonat manganuż jitħassar;

►M1  (8) ◄  fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “fosfat tal-idroġenu bil-manganiż, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fosfat tal-idroġenu manganuż, triidrat jitħassar;

►M1  (9) ◄  fl-entrata E 5 dwar il-Manganiż — Mn, il-kliem “sulfat tal-manganiż, tetraidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss is-sulfat manganuż, tetraidrat jitħassar;

►M1  (10) ◄  fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “karbonat taż-żingu” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-karbonat taż-żingu jitħassar;

►M1  (11) ◄  fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “laktat taż-żingu, triidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-laktat taż-Żingu, triidrat jitħassar;

►M1  (12) ◄  fl-entrata E 6 dwar iż-Żingu — Zn, il-kliem “klorur taż-żingu, monoidrat” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-klorur taż-żingu, monoidrat jitħassar.

Artikolu 9

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1259/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 1259/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jifformaw parti mill-grupp “enżimi”, kif stabbilit fl-Anness III u IV huma awtorizzati bħala addittiv għall-użu mingħajr limitu ta' żmien fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness”.

(2) L-Anness V għandu jitħassar.

Artikolu 10

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1288/2004, huwa emendat kif ġej:

(1) l-entrata E 161 (z), dwar “Astaxantin-rich Phaffia Rhodozyma (ATCC 74219)” titħassar;

(2) l-entrata E 1704, dwar “Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94” titħassar.

Artikolu 11

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1453/2004

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1453/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-entrata E 1609 dwar “Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4” titħassar;

(2) L-entrata E 1610 dwar “Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8” titħassar;

(3) l-entrata E 1611 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8; Polygalacturonase EC 3.2.1.15” titħassar.

Artikolu 12

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2148/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 2148/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) għandhom jitħassru l-Artikoli 3, 4 u 5;

(2) Fl-Anness I, l-entrata E 567, dwar il- “Klinoptilolite ta' oriġini vulkanika” bil-kelma “fniek” u l-kontenut kollu li jirrigwarda biss il-fniek jitħassru.

(3) Fl-Anness II, l-entrata E 1706 dwar “Enterococcus faecium DSM 7134, Lactobacillus rhamnosus DSM 7133” titħassar.

(4) L-Annessi III, IV u V jitħassru.

Artikolu 13

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 255/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 255/2005, titħassar l-entrata E 1618 “Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8”.

Artikolu 14

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 358/2005

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 358/2005, huwa emendat kif ġej:

(1) L-entrata E 1619 dwar “Alpha-amylase EC 3.2.1.1 Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6” titħassar;

(2) L-entrata E 1622 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 u endo-1,4-beta-xylanase E.C 3.2.1.8” titħassar.

Artikolu 15

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 521/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 521/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 jitħassar.

(2) L-Anness I jitħassar.

Artikolu 16

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 600/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) Jitħassru l-Artikoli 1 u 2;

(2) Jitħassru l-Annessi I u II.

(3) Fl-Anness III, l-entrata E 1709 dwar “Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 (Proporzjoni ta' 1/1)” titħassar.

Artikolu 17

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 943/2005

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 943/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) L-entrata E 1630 dwar “Endo-1,4-betaxylanase EC 3.2.1.8 u Subtilisin EC 3.4.21.62” titħassar;

(2) L-entrata E 1631 dwar “Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 u u endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8” titħassar.

(3) L-entrata E 1632 “3-Phytase EC 3.1.3.8” titħassar.

Artikolu 18

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1206/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1206/2005, titħassar l-entrata E1633 dwar l-“Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6, Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 u Subtilisin u EC 3.4.21.62”.

Artikolu 19

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1458/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1458/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 jitħassar.

(2) L-Anness I jitħassar.

(3) Fl-Anness II tar-Regolament, titħassar l-entrata 60 dwar l-“Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8, Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”

Artikolu 20

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1810/2005

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1810/2005, titħassar l-entrata 15 dwar “Enterococcus faecium NCIMB 11181”.

Artikolu 21

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1811/2005

(1) Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005, titħassar l-entrata E1635 dwar l-“Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”.

(2) Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1811/2005, titħassar l-entrata 63 dwar l-“Endo-1,4-betaxylanase EC 3.2.1.8 u Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6”.

Artikolu 22

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 2036/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2036/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 jitħassar.

(2) L-Anness II jitħassar.

Artikolu 23

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 252/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 252/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 jitħassar.

(2) L-Anness II jitħassar.

(3) Fl-Anness III, l-entrata 28 dwar “3-Phytase EC 3.1.3.8” titħassar.

Artikolu 24

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 773/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 773/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 3 jitħassar.

(2) L-Anness III jitħassar.

Artikolu 25

Emenda fir-Regolament (UE) Nru 1284/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1284/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) Jitħassru l-Artikoli 1 u 3.

(2) Jitħassru l-Annessi I u III.

▼M1

Artikolu 25a

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1443/2006

Qed jitħassru l-Artikolu 1 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1443/2006.

▼B

Artikolu 26

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1270/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 1270/2009 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 1 jitħassar.

(2) L-Anness I jitħassar.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Addittivi imsemmija fl-Artikolu 1(1).

PARTI A

L-addittivi tal-għalf li għandhom jiġu rtirati għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha ta' annimali



Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Preservattivi

E 201

Sorbat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 203

Sorbat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 261

Aċetat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 283

Propjonat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 333

Ċitrati tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 334

Aċidu L-Tartariku

L-ispeċijiet kollha

E 335

L-Tartrati tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 336

L-Tartrati tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 337

L-Tartrat tas-sodju tal-potassju.

L-ispeċijiet kollha

E 507

Aċidu idrokloriku

L-ispeċijiet kollha

E 513

Aċidu sulfuriku

L-ispeċijiet kollha

Antiossidanti

E 308

Gammatokoferol sintetiku

L-ispeċijiet kollha

E 309

Delta tokoferol sintentika

L-ispeċijiet kollha

E 311

Gallat tal-oktil

L-ispeċijiet kollha

E 312

Gallat tad-dodeċil

L-ispeċijiet kollha

Legaturi, materjal li jippreveni t-tagħqid u sustanzi li jgħaqqdu.

E 330

Aċidu ċitriku

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

▼M1

In-numru rilevanti

Aġenti koloranti awtorizzati bir-regoli Komunitarji biex jagħtu kulur lill-prodotti tal-għalf, minbarra: Kuluri tal-Karamella E150b, E150c u E150d; Il-Kumpless Ram-Klorofillina E 141; Ossidu tal-Ħadid Aħmar, Iswed u Isfar E 172; Diossidu tat-Titanju (il-forma anatase u rutili) E 171; Iswed tal-karbonju E 153

L-ispeċijiet kollha

▼B

E 142

Aħdar aċidu brillanti BS/(Lissamin aħdar)

L-ispeċijiet kollha

Aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti:

E322

Leċitina (biss bħala aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti)

L-ispeċijiet kollha

E 400

Aċidu alġiniku

L-ispeċijiet kollha

E 402

Alġinat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 404

Alġinat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 405

L-alġinat tal-propan-1,2-diol (Alginat tal-glikol tal-propilen)

L-ispeċijiet kollha

E 432

Monolawrat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 434

Monopalmitat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 435

Monostereat tal-poliossetilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 436

Tristearat tal-poliossietilene (20) sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 465

Etilmetilċellulożi

L-ispeċijiet kollha

E 473

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin (esteri tas-sakkaroża u aċidi xaħmin li jittieklu)

L-ispeċijiet kollha

E 474

Sukrogliċeridi (taħlita ta' esteri tas-sakkarosju u mono u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu)

L-ispeċijiet kollha

E 475

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin li jittieklu mhux polimerizzati

L-ispeċijiet kollha

E 477

Mono-esteri tal-propan-1,2-diol (propilenglikol) u aċidi xaħmin li jittieklu, waħdehom jew f'taħlitiet ma' diesteri

L-ispeċijiet kollha

E 480

Aċidu 2-stearojllattat

L-ispeċijiet kollha

E 481

stearojl-2-lattilat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 482

stearojl-2-lattilat tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

E 483

Tartrat tal-Istearil

L-ispeċijiet kollha

E 486

Destrans

L-ispeċijiet kollha

E 491

Monostearat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 492

Tristearat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 494

Monooleat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 495

Monopalmitat tas-sorbitan

L-ispeċijiet kollha

E 496

Glikol tal-politilen 6000

L-ispeċijiet kollha

E 497

Polimeri polioksipropilen-polioksietilen (M.W. 6 800 -9 000 )

L-ispeċijiet kollha

Mikroelementi

E 1

Ħadid — Fe, Klorur ferruż, tetraidrat

L-ispeċijiet kollha

E 1

Ħadid — Fe, Ċitrat ferruż, eżaidrat

L-ispeċijiet kollha

E 1

Ħadid — Fe, Lattat ferruż, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 2

Jodju — I, Kalċju jodat, eżaidrat

L-ispeċijiet kollha

E 2

Jodju — I, Jodur tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 4

Ram — Cu, Metjonat kupriku

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju — Mn, Ossidu tal-manganiż

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju — Mn, Ossidu manganomanganiku

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju — Mn, Karbonat manganuż

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju — Mn, Sulfat tal-idroġenu tad-dipotassju, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 5

Manganeżju-Mn, Karbonat tal-potassju, tetraidrat

L-ispeċijiet kollha

E 6

Żingu — Zn, Karbonat taż-żingu

L-ispeċijiet kollha

E 6

Żingu — Zn, Klorur taż-żingu monoidrat

L-ispeċijiet kollha

E 6

Żingu — Zn, Lattat taż-żingu, triidrat

L-ispeċijiet kollha

E 7

Molibdenu — Mo, Molibdat tal-ammonju

L-ispeċijiet kollha

E 8

Selenju — Se, Selenat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

 

Betaina. Il-forom kollha minbarra l-betaina anidra u l-betaina kloridrat

L-ispeċijiet kollha

 

Bijotina. Il-forom kollha minbarra D-(+)-bijotina

L-ispeċijiet kollha

 

Karnitina. Il-forom kollha minbarra l-L-karnitina u L-karnitina L-tartrat.

L-ispeċijiet kollha

 

Kolin. Il-forom kollha minbarra l-klorur tal-kolin

L-ispeċijiet kollha

 

Folat. Il-forom kollha ta' folat minbarra l-aċidu foliku

L-ispeċijiet kollha

 

Niaċina. Il-forom kollha ta' niaċina minbarra n-niaċina 99 % u n-niaċinammid

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati tax-Xaħam Omega-3 Essenzjali

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati Omega-6 Essenzjali (kollha minbarra l-aċidu oktadekadienojku)

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidu pantoteniku. L-ispeċijiet kollha minbarra l-Kalċju-D-pantotenat u D-pantenol

L-ispeċijiet kollha

 

Aċidu benżojku para amminiku (PABA)

L-ispeċijiet kollha

 

Tijamina. Il-forom kollha minbarra l-kloridrat tat-tijamina u l-mononitrat tat-tijamina

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina A. Il-forom kollha minbarra l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina B6. Il-forom kollha minbarra l-kloridrat tal-piridossina

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina C. Il-forom kollha minbarra l-aċidu askorbiku, il-fosfat tas-sodju askorbili, il-fosfat tas-sodju askorbili tal-kalċju

L-ispeċijiet kollha

 

Vitamina E. Il-forom kollha minbarra l-all-rac-alpha-tocopheryl acetate, RRR-alpha-tocopheryl acetate u RRR alpha tocopherol

L-ispeċijiet kollha

 

Il-vitamina K. Kull forma ta' Vitamina K minbarra l-Vitamina K3 bħala bisulfit tal-menadjon nikotinammid u bħala ►M1  menadjon bisulfit tas-sodju ◄

L-ispeċi kollha tal-annimali

Aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3.1.3.

Metijonina/żingu tal-metijonina, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

3.2.1.

Liżina/L-liżina, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

3.4.2.

DL-Triptofan, teknikament pur

L-ispeċijiet kollha

Addittivi tal-foraġġ insilat

Enżimi

 

Ksilanażi KE 3.2.1.8 Trichoderma longibrachiatum rifar IMI SD 185

L-ispeċijiet kollha

Mikroorganiżmi

 

Enterococcus faecium BIO 34

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus salivarius CNCM I-3238/ATCC 11741

L-ispeċijiet kollha

 

Pediococcus pentosaceus NCIMB 30089

L-ispeċijiet kollha

Is-sustanzi

 

Formaldeid

L-ispeċijiet kollha

 

Bisulfat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

 

 

 

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali — definiti b'mod botaniku

 

Tintura tal-betula CoE 88

L-ispeċijiet kollha

Il-prodotti naturali u l-prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tas-CAS 16630-52-7/3-(Metiltijo)butanal/Nru tal-Flavis 12.056

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 2179-60-4/Metil propil disulfur/Nru tal-Flavis 12.019

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 36431-72-8/Teaspiran/Nru tal-Flavis 13.098

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 3738-00-9/1,5,5,9-Tetrametil-13-oksatriċiklo [8.3.0.0.(4.9)]tridekan/Nru tal-Flavis 13.072

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 40789-98-8/3-Merkaptopentan-2-on/Nru tal-Flavis 12.047

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 43040-01-3/3-Metil-1,2,4-tritijan/Nru tal-Flavis 15.036

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 495-62-5/1,4(8),12-Bisabolatriene/Nru tal-Flavis 01.016

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 516-06-3/D,L-Valine/Nru tal-Flavis 17.023

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 5756-24-1/Dimetil tetrasulfid/Nru tal-Flavis 12.116

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 6028-61-1/Trisulfid tad-dipropil/Nru tal-Flavis 12.023

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 689-67-8/6,10-Dimetil-5,9-undekadien-2-on/Nru tal-Flavis 07.216

L-ispeċijiet kollha

 

Nru tas-CAS 78-98-8/2-Oksopropanal/Nru tal-Flavis 7.001

L-ispeċijiet kollha

PARTI B

L-addittivi tal-għalf li għandhom jiġu rtirati għal ċerti speċijiet jew il-kategoriji kollha ta' annimali



Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Preservattivi

E 214

Etil 4-idrossibenżoat

Annimali domestiċi

E 215

benżil 4-idrossibenżoat tas-sodju

Annimali domestiċi

E 216

Propil-4-idrossibenżoat

Annimali domestiċi

E 217

propil 4-idrossibenżoat tas-sodju

Annimali domestiċi

E 218

4-idrossibenżoat tal-metil

Annimali domestiċi

E 219

4-idrossibenżoat tal-metil tas-sodju

Annimali domestiċi

E 222

Bisulfit tas-sodju

Klieb; Qtates

E 223

Metabisulfit tas-sodju

Klieb; Qtates

E 285

Aċidu metilpropjoniku

mill-bidu tar-ruminazzjon

Regolaturi tal-aċidità

E 210

Aċidu benżojku

Ħnieżer għas-simna

E 340(iii)

Ortofosfat tat-tripotassju

Qtates; Klieb

E 350(i)

Malat tas-sodju (Melħ ta' DL- jew Aċidu L-Maliku)

Qtates; Klieb

E 507

Aċidu idrokloriku

Qtates; Klieb

E 513

Aċidu sulfuriku

Qtates; Klieb

Legaturi, materjal li jippreveni t-tagħqid u sustanzi li jgħaqqdu

E 567

Klinoptilolite ta' oriġini vulkanika

Fniek

E 598

Aluminati sintetiċi tal-kalċju

Baqar tal-ħalib; Bhejjem tal-ifrat għas-simna; Għoġġiela; Ħrief; Gidjien; Tajr; Fniek; Ħnieżer

Sustanzi li jagħtu l-kulur, inklużi l-pigmenti

Karotenojde u ksantofilli

E 161b

Lutejna

Qtates u klieb

E 160c

Kapsantin

Dundjani

E 161c

Kriptoksantin

Tjur

E 160e

Beta-apo-8′-karotenal

Tjur

E 161 g

Kantaksantina

Speċi u l-użi kollha minbarra:

— Tiġieġ għas-simna u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (ii)

— Tjur għas-simna u tjur imrobbija għas-simna għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (ii)

— Għasafar u ħut ornamentali għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a) (iii)

▼M1

E 161j

Astaksantin

L-ispeċijiet kollha minbarra:

— Ħut u krustaċji għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2(a)(ii)

— Ħut ornamentali għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2(a)(iii)

▼B

E 161z

Phaffia Rhodozyma rikk fl-astaksantin (ATCC 74219)

Salamun; Trota

Sustanzi oħrajn li jagħtu l-kulur

▼M1

E 155

Kannella HT

Klieb u qtates

E 104

Isfar tal-kinolina

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali li ma jipproduċux ikel għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a)(i)

E 122

Ażorubina (karmojżina)

L-ispeċijiet kollha minbarra l-klieb u l-qtates għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a)(i)

In-numru rilevanti

Aġenti koloranti awtorizzati bir-regoli Komunitarji biex jagħtu kulur lill-prodotti tal-għalf, minbarra:

 

Tartrażina E102.

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

Biksin E 160b.

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates.

Isfar inżul ix-xemx FCF E 110

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates.

Carmine E 120 (Carmine Lake WSP 50 %)

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

Ponceau 4 R E 124

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

Eritrosina E 127

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb, qtates u rettili

Aħmar Allura AC E 129

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

Indigotina E 132

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

Blu Brillanti E 133

L-ispeċijiet kollha ħlief klieb u qtates

E 160 b

Biksin bħala aġent koloranti

Ħut ornamentali

E 102

Tartrażina bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali, l-għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u r-rodituri żgħar

E 131

Blu Patentat V bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali li ma jipproduċux ikel għal użi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali 2 (a)(i)

E 124

Ponceau 4 R bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali

E 127

L-eritrosina bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali.

E 132

Indigotina bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali

E 141

Il-kumpless ram-klorofillina bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali, l-għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u r-rodituri żgħar

E 110

Isfar inżul ix-xemx FCF bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali, l-għasafar ornamentali li jieklu l-qmuħ u r-rodituri żgħar

E 153

Iswed tal-karbonju bħala aġent koloranti

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut ornamentali

▼B

Aġenti emulsifikanti u stabbilizzanti, aġenti li jħaxxnu u ġellifikanti

E 401

Alġinat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut; Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 403

Alġinat tal-ammonju

L-ispeċijiet jew il-kategoriji kollha ta' annimali minbarra l-ħut tal-akwarju

E 406

Agar

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 407

Karraġenina

L-ispeċijiet kollha minbarra annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel (annimali tal-pil mhux għall-ikel)

E 418

Gomma tal-ġellan

Klieb; qtates

E 488

Gliċerid polioksietilat tal-aċidi xaħmija tad-dam

Għoġġiela

E 489

Etere tal-poligliċerol u tal-alkoħol miksub permezz tar-riduzzjoni ta' aċidi oleiċi u palmitiċi

Għoġġiela

E 498

L-esteri parzjali tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmija taż-żejt polikondensat tar-riġnu

Klieb

 

 

 

Enżimi

E 1600

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94)

Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa Tiġieġ għas-simna; Tiġieġ tal-bajd

E 1600

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94)

Dundjani għas-simna

E 1605

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodott mill-Aspergillus niger (CBS 520.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1608

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Humicola insolens (DSM 10442)

Tiġieġ għas-simna

E 1609

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94) (miksija, il-forma solida u likwida)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Ħnienes (miftuma)

E 1609

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8/Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94) (il-forma granulari)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Ħnienes (miftuma)

E 1610

Endo-1,4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4/Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotti minn Aspergillus niger (CBS 600.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1611

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-by Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135)/Poligalakturonażi/KE 3.2.1.15 prodotta minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)

Ħnieżer għas-simna

E 1614

6-Fitażi/KE 3.1.3.26 prodott minn Aspergillus oryzae (DSM 11857)

Tiġieġ għas-simna; Tiġieġ tal-bajd; Dundjani għas-simna; Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa

E 1615

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W)

Tiġieġ għas-simna

E 1618

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna

E 1619

Alfa-amilażi/KE 3.2.1.1/Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mill- Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Tiġieġ għas-simna

E 1622

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 357.94)

Tiġieġ għas-simna

E 1623

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1624

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Ħnienes (miftuma)

E 1625

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) u l-poligalakturonażi/KE 3.2.1.15 prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)

Ħnienes (miftuma)

E 1626

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Ħnienes (miftuma)

E 1627

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-betaksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)

Ħnieżer għas-simna

E 1628

Endo-1,4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)

Ħnienes (miftuma); Ħnieżer għas-simna; Tiġieġ għas-simna

E 1629

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Tiġieġ għas-simna

E 1630

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1631

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135)

Tiġieġ għas-simna

E 1632

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 528.94)

Tiġieġ għas-simna; Ħnienes (miftuma); Ħnieżer għas-simna

E 1633

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ għas-simna

E 1634

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodott minn Aspergillus niger (MUCL 39199)

Tiġieġ għas-simna

E 1635

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Tiġieġ għas-simna

E 1636

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 526.94/KE 3.2.1.6)

Ħnienes (miftuma); Tiġieġ għas-simna

E 1637

Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105)/KE 3.2.1.8 u Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 u tal-afa-amilażi prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)/KE 3.2.1.1; subtilisin prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)/KE 3.4.21.62 u poligalatturonażi prodott minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94)/KE 3.2.1.15

Tiġieġ għas-simna

E 1638

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u alfa-amilażi/KE 3.2.1.1 prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553)

Ħnienes (miftuma)

E 1639

3-fitażi prodotta mill-Hansenula polymorpha (DSM 15087)

Tiġieġ għas-simna; Dundjani għas-simna; Tiġieġ tal-bajd; Ħnienes; Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa

E 1640

6-fitażi prodotta minn Schizosaccharomyces pombe (ATCC 3.1.3.26)/KE 5233

Tiġieġ għas-simna

E 1641

Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott minn Trichoderma longibrachiatum (MUCL 39203)/KE 3.2.1.8

Tiġieġ għas-simna

Mikroorganiżmi

E 1704

Saccharomyces cerevisiae CBS 493.94

Għoġġiela

E 1706

Enterococcus faecium DSM 7134, Lactobacillus rhamnosus DSM 7133

Ħnienes (miftuma)

E 1709

Enterococcus faecium ATCC 53519, Enterococcus faecium ATCC 55593 (proporzjon 1/1)

Tiġieġ għas-simna

E 1714

Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/AR

Ħnienes (miftuma)

Sustanzi ddefiniti sew kimikament li għandhom l-istess effett bijoloġiku għal vitamini

3a900

Inositolju

L-ispeċijiet kollha minbarra l-ħut u l-krustaċeji

—

Aċidi Xaħmin Mhux Saturati Omega-6 Essenzjali (bħala aċidu oktadekadienojku)

L-ispeċijiet kollha minbarra l-Ħnieżer għas-simna; Ħnieżer nisa għar-riproduzzjoni; Ħnieżer nisa, sabiex ikun hemm benefiċċju fi ħnienes; Baqar għar-riproduzzjoni; Baqar tal-ħalib għall-produzzjoni tal-ħalib

3a370

Tawrina

L-ispeċijiet kollha minbarra l-canidae, l-felidae mustelidae u l-ħut karnivoru

E 670

Vitamina D2

Ħnieżer Ħnienes; Bovini: Ovini; Għoġġiela; Ekwini: Speċijiet jew kategoriji oħra ta' annimali minbarra t-tjur u l-ħut

L-urea u d-derivattivi tagħha.

2.1.2.

Biuret, teknikament pur

Ruminanti mill- bidu tar-ruminazzjon

2.1.3.

Fosfat tal-urea, teknikament pur

Ruminanti mill- bidu tar-ruminazzjon

2.1.4.

Diureidoisobutan, teknikament pur

Ruminanti mill-bidu tar-ruminazzjon

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Il-prodotti naturali u l-prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tas-CAS 134-20-3/Metil antranilat/Nru tal-Flavis 09.715

L-ispeċijiet avjarji

 

Nru tas-CAS 85-91-6/Metil N-metilantranilat/Nru tal-Flavis 09.781

L-ispeċijiet avjarji

 

Nru tas-CAS 93-28-7/Ewġenil aċetat/Nru tal-Flavis 09.020

Tjur u ħut

 

Nru tas-CAS 97-53-0/Ewġenol/Nru tal-Flavis 04.003

Ħut

 

Nru tas-CAS 107-85-7/3-Metilbutilamina/Nru tal-Flavis 11.001

Tiġieġ tal-bajd

 

Nru tas-CAS 75-50-3/Trietilamina/Nru tal-Flavis 11.009

Tiġieġ tal-bajd

 

Nru tas-CAS 6627-88-9/4-Allil-2,6-dimetossifenol/Nru tal-Flavis 04.051

Ħut u tjur

 

Nru tas-CAS 593-81-7/Kloridrat tat-Trimetilamina/Nru tal-Flavis 11.024

Tiġieġ tal-bajd




ANNESS II

L-addittivi msemmija fl-Artikolu 1(2);



Numru ta' Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta' annimali

Enżimi

11

Endo-1, 4-beta-glukanażi/KE 3.2.1.4/Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252)

Tiġieġ tal-bajd

28

3-fitażi (KE 3.1.3.8) prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 528.94)

Tiġieġ tal-bajd

30

Endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6/Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta minn Penicillium funiculosum (IMI SD 101)

Ħnienes (miftuma); Papri għas-simna

37

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) subtilisin/u/KE 3.4.21.62 prodotta mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107)

Tiġieġ tal-bajd

51

Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) prodott minn Bacillus subtilis LMG-S 15136

Ħnieżer għas-simna

60

Endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106)

Dundjani għas-simna

63

Endo-1, 4-betaksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 529.94), u endo-1, 3(4)-beta-glukanażi/KE 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 526.94)

Dundjani għas-simna; Tiġieġ għas-simna

64

Endo-1, 3(4)-betaglukanażi/KE 3.2.1.6 prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), u endo-1, 4-beta-ksilanażi/KE 3.2.1.8 prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287)

Tiġieġ għas-simna; Ħnienes (miftuma)

Mikroorganiżmi

15

Enterococcus faecium NCIMB 11181

Tiġieġ għas-simna

24

Kluyveromyces marxianus var. lactis K1 BCCM/MUCL 39434

Baqar tal-ħalib

25

Lactobacillus acidophilus DSM 13241

Qtates, Klieb

Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħrajn

E 764

Idrobromur tal-alofuginon Stenorol)

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

E 766

Sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (“Sacox 120”) (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV)

Fniek għas-simna

E 766

Sodju tas-salinomiċina 120 g/kg (Salinomax 120G) (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belgium SA)

Tiġieġ għas-simna