|
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/117 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007
(2009/645/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u mill-veterinarji u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b’mod partikolari, l-Artikolu 68 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0162/2009), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-Riżoluzzjoni ta’ hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 10.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 27.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6–0060/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u mill-veterinarji u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (4), u b’mod partikolari, l-Artikolu 68 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0162/2009), |
|
A. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari; |
|
B. |
billi fit-22 ta’ April 2008 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 (6), u fir-Riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia:
|
|
1. |
Jenfasizza li l-baġit tal-Aġenzija huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE u b’mod partikolari mill-miżati mħallsa mill-applikanti tal-industrija farmaċewtika biex tinkiseb jew tinżamm awtorizzazzjoni Komunitarja ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jinnota madanakollu li l-kontribuzzjoni ġenerali tal-KE żdiedet b’24.48 % bejn l-2006 u l-2007 u tirrappreżenta 24,13 % tad-dħul totali tal-2007; huwa konxju f’dan il-kuntest tal-kompiti ġodda assenjati li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar prodotti mediċinali għal użu pedjatriku (7) u żieda fil-linja baġitarja tal-mediċini orfni; |
|
2. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Aġenzija biex tipprovdi iktar konsulenza xjentifika fi stadji bikrija tal-iżvilupp ta’ mediċini ġodda kif ukoll l-introduzzjoni ta’ miżuri li jħaffu l-evalwazzjoni ta’ mediċini li huma ta’ importanza kritika għas-saħħa pubblika u biex tħaffef l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi Telematiċi; |
|
3. |
Jikkunsidra l-Aġenzija bħala sors ta’ konsulenza xjentifika importanti, ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza, tal-aħjar prassi għall-evalwazzjoni tal-mediċini u tas-superviżjoni fl-Ewropa u jilqa’ b’sodisfazzjon il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-armonizzazzjoni ta’ standards regolatorji f’livell internazzjonali; |
|
4. |
Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tkompli l-attività tagħha fil-qasam tal-Mediċini Orfni; jiskoraġġixxi, madanakollu, it-tnaqqis fil-kontribuzzjoni tal-Mediċini Orfni, prinċipalment minħabba bidla fil-politika dwar tnaqqis tal-ħlas ta’ mediċini orfni li jirriżulta mill-flessibilità provduta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar drittijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (8), li minkejja dan, jirriżulta (jiġġenera) fi tnaqqis ta’ 26,25 % fl-2007 meta mqabbel mal-2006; |
|
5. |
Jenfasizzza l-irwol tal-Aġenzija biex tissorvelja s-sikurezza tal-mediċini permezz tan-network ta’ farmakoviġilanza; jitlob, madanakollu, li jkun hemm titjib kostanti tal-livell ta’ viġilanza; |
Punti ta’ dgħjufija fil-ġestjoni tal-baġit rigward il-programm Telematics
|
6. |
Jinnota l-kritika tal-QEA li, bħal ma ġara fl-2006, il-livell għoli ta’ trasferimenti għal nefqa amministrattiva prinċipalment kien dovut għall-programm Telematics; jinnota d-dikjarazzjoni tal-QEA li din is-sitwazzjoni kienet kontra l-prinċipju tal-annwalità u li l-Aġenzija għandha tiżgura ippjanar u sorveljanza aħjar tal-implimentazzjoni tal-programm; |
|
7. |
Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-QEA li l-Aġenzija għandha tikkunsidra li tuża sistema ta’ approprjazzjonijiet divrenzjata għall-programm Telematics, sistema li kienet aktar adattata għall-immaniġġjar baġitarju ta’ programmi bħal dawn; |
|
8. |
Jistieden lill-Aġenzija biex timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-QEA li tuża approprjazzjonijiet divrenzjati għall-programm Telematics fil-pront; jitlob li l-Aġenzija tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda fir-rapport ta’ attività annwali tagħha għall-2008; |
Punti ta’ dgħjufija f il-proċeduri ta’ akkwist
|
9. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-riżultat tal-QEA rigward il-proċeduri ta’ akkwist, li juri li:
|
|
10. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-risposti tal-Aġenzija li fil-fehma tagħha:
|
|
11. |
Jitlob lill-Aġenzija biex tindirizza l-punti ta’ dgħjufija fil-proċeduri ta’ akkwist imsemmija hawn fuq u biex tirrapporta dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet fir-rapport ta’ attività annwali tagħha għall-2008; |
Progress biex tkun żgurata konformità mar-Regolament dwar id-drittijiet
|
12. |
Jiġbed l-attenzjoni li l-QEA, fir-rapport annwali tagħha għall-2006, sabet li l-prassi tal-Aġenzija kienet qed tmur kontra r-Regolament dwar il-miżata għar-raġunijiet li ġejjin: il-klijenti tal-Aġenzija intbagħtilhom kont b’ammont maqsum f’żewġ partijiet, l-ispejjeż tal-Aġenzija u ammont li reġa’ tħallas lura lir-rapporteurs tal-Istati Membri biex ikopri l-ispejjeż tagħhom stess; u r-rapporteur’s tal-Istati Membri madanakollu, qatt ma pprovdew evidenza sħiħa tal-ispejjeż reali tagħhom; |
|
13. |
Jinnota li l-QEA fir-rapport annwali tagħha għall-2007, segwiet dawn ir-riżultati u qalet li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija waqqaf grupp biex jikkalkula l-ispiża li ressaq proposta biex ikun hemm għażla alternattiva għar-remunerazzjoni tar-rapporteurs fl-aħħar tal-2007. |
|
14. |
Jinsisti, skont ir-rakkomandazzjoni tal-QEA, li l-Aġenzija tagħmel progress ulterjuri biex issolvi din il-kwistjoni u biex tirrapporta l-azzjoni ta’ segwitu meħuda fir-rapport ta’ attività annwali tagħha għall-2008, |
|
15. |
Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza li huma ta’ natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji tal-UE (9). |
(1) ĠU C 278, 31.10.2008, p. 10.
(2) ĠU C 311, 5.12.2008, p. 27.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 88, 31.3.2009, p. 175.
(7) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.
(9) Ara paġna 206 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.