|
5.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 60/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 202/2008
ta' l-4 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel tat-12 ta' Settembru 2007,
Billi:
|
(1) |
Il-Bord dwar l-addittivi fl-ikel, togħmiet, għajnuna ta' pproċessar u materjali li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel huwa element ewlieni tas-sigurtà tal-katina ta' l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(2) |
L-esperjenza turi li, mill-ħolqien tiegħu 'l hawn il-Bord waslulu kważi 50 % tan-numru totali ta' mandati mibgħuta lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Minkejja l-adozzjoni ta' numru għoli ta' opinjonijiet xjentifiċi kull sena, il-Bord jiffaċċja diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kwantità tax-xogħol li għandu. |
|
(3) |
Hu mistenni li n-numru ta' mandati li jirċievi l-Bord jiżdied fil-ġejjieni bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni vertikali ġdida fil-qasam tal-vitamini u l-minerali miżjuda ma' l-ikel u fuq addittivi ta' l-ikel, togħmiet, u enżimi ta' l-ikel. |
|
(4) |
Għalhekk jeħtieġ li l-Bord jiġi sostitwit b'żewġ Bordijiet ġodda msemmija rispettivament “Bord fuq l-addittivi ta' l-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda ma' l-ikel” u “Bord fuq il-materjali ta' kuntatt, l-enżimi, it-togħmiet u l-għajnuna ta' l-ipproċessar”. |
|
(5) |
Id-diviżjoni ta' responsabilitajiet bejn iż-żewġ Bordijiet ġodda għandha timmira li tiżgura li l-għarfien espert ta' kull Bord jikkorrispondi mal-qasam rispettiv tal-kompetenza tagħhom u jikkontribwixxi għal bilanċ aqwa tax-xogħol. Il-proċeduri li jirregolaw il-Kumitat Xjentifiku u l-Bordijiet ta' l-EFSA għandhom jiggarantixxu koordinazzjoni flessibbli u metodi armonizzati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdied il-punt ġdid (j) li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).