|
4.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8409 — ProSiebenSat.1 Media/Television Française 1/Mediaset/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 253/08)
|
1. |
Fis-27 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ProSiebenSat.1 Media SE (“P7S1”, il-Ġermanja), Television Française 1 SA (“TF1”, Franza), li tappartjeni lill-Bouygues Group u Mediaset SpA (“Mediaset”, l-Italja), ikkontrollata mill-grupp Fininvest jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkonsisti f’joint venture (il-“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal P7S1: il-kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-netwerks tat-televiżjoni bla ħlas prinċipali tal-Ġermanja. Il-qofol tan-negozju ta’ P7S1 u s-sussidjarji tagħha huwa fi stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas li huma ffinanzjat mir-riklamar offruti fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera. Barra minn hekk, P7S1 hija primarjament attiv fl-oqsma tal-multimedia u merchandising. — għal TF1: il-kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-netwerks tat-televiżjoni bla ħlas prinċipali ta’ Franza. TF1 u s-sussidjarji tagħha joperaw kanali tat-televiżjoni bla ħlas u bil-ħlas bil-lingwa Franċiża u huma involuti f’diversi attivitajiet kummerċjali relatati mas-settur awdjoviżiv. TF1 hija parti mill-Bouygues Group, grupp diversifikat ta’ kumpaniji b’attivitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjonijiet u l-midja. — għal Mediaset: il-kumpanija azzjonarja ta’ wieħed mill-akbar netwerks tat-televiżjoni fl-Italja. Permezz tas-sehem ta’ kontroll tagħha f’Mediaset España Comunicación SA, Mediaset għandha wkoll wieħed mill-ikbar netwerks televiżivi fi Spanja. Huma joperaw kanali tat-televiżjoni bla ħlas u bil-ħlas fil-lingwa Taljana u l-lingwa Spanjola u huma involuti f’diversi attivitajiet kummerċjali relatati mas-settur awdjoviżiv fosthom il-bejgħ ta’ spazji pubbliċitarji f’diversi pjattaformi ta’ distribuzzjoni. Mediaset hija parti mill-grupp ta’ kumpaniji Fininvest b’attivitajiet fis-setturi tal-midja, il-pubblikazzjoni, l-isport u s-settur finanzjarju — għall-JV: il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ internazzjonali ta’ inventarju tar-reklamar bil-vidjow qabel, waqt u wara l-kontenut tal-vidjow disponibbli fuq midja diġitali mħaddma mill-Partijiet jew minn terzi persuni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8409 — ProSiebenSat.1 Media/Television Française 1/Mediaset/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.