02016R1799 — MT — 15.05.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1799

tas-7 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju tal-kreditu b'konformità mal-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 275 12.10.2016, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/634 tal-24 ta' April 2018

  L 105

14

25.4.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1799

tas-7 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju tal-kreditu b'konformità mal-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

FATTURI KWANTITATTIVI, FATTURI KWALITATTIVI U PUNT TA' RIFERIMENT



KAPITOLU 1

Fatturi kwantitattivi

Artikolu 1

Fatturi kwantitattivi tal-immappjar ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

Il-fatturi kwantitattivi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu r-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira u twila ta' żmien assoċjati mal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, kif stipulat fl-Artikoli 2 sa 6.

Artikolu 2

Elementi użati għall-ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi

L-ikkalkular tar-rati ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 1 għal kull kategorija tal-klassifikazzjoni għandu jsir biss abbażi ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) li għaliha jkun qed isir l-immappjar, fejn dawn l-elementi jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) ikunu jappartjenu għall-“klassifikazzjonijiet korporattivi” msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2 u jkunu assenjati fuq il-bażi tal-emittent;

(b) ikunu assenjati xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) klassifikazzjoni tal-kreditu mitluba;

(ii) klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba li tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.



Taqsima 1

Ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 3

Determinazzjoni ta' jekk ikunx hemm numru kbir biżżejjed ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.  Għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien, in-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar għandu jitqies kbir biżżejjed, fejn dawn l-elementi jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) ikunu suffiċjenti fir-rigward tal-profil tar-riskju pperċepit tal-kategorija tal-klassifikazzjoni, meta jitqies bħala indikatur in-numru ta' elementi li jirrappreżentaw l-invers tal-punt ta' riferiment tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien tal-kategorija tal-klassifikazzjoni, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 14;

(b) ikunu rappreżentattivi tal-aktar ġabra riċenti ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni.

2.  Għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien, in-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar għandu jitqies kbir biżżejjed fejn bħala minimu jkunu disponibbli l-aktar 10 rati ta' inadempjenza riċenti fuq medda qasira ta' żmien kif imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.  Fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont l-Artikolu 3(1), ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu kkalkulati bil-mod deskritt fil-paragrafi 2 sa 5.

2.  Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq orizzont ta' żmien ta' tliet snin bħala proporzjon fejn:

(a) id-denominatur jirrappreżenta n-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni preżenti fil-bidu tal-orizzont ta' żmien;

(b) in-numeratur jirrappreżenta l-għadd ta' elementi msemmija fil-punt (a) li jkunu saru inadempjenti qabel tmiem l-orizzont ta' żmien.

3.  Elementi rtirati qabel tmiem l-orizzont ta' żmien u mhux inadempjenti għandhom jikkontribwixxu biss għad-denominatur tar-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 b'piż ta' 50 %. Kull element li għalih ikun hemm evidenza li jkun ġie rtirat qabel ma tkun seħħet inadempjenza għandu jitqies bħala element inadempjenti.

4.  L-elementi għandhom jitqiesu li jkunu elementi inadempjenti li għandhom ikunu inklużi fin-numeratur speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 2 fejn ikun seħħ xi wieħed minn dawn it-tipi ta' avveniment:

(a) dikjarazzjoni ta' falliment jew likwidazzjoni legali li x'aktarx ikunu se jikkawżaw nuqqas ta' ħlas jew dewmien ta' ħlas fir-rigward ta' pagamenti futuri kuntrattwalment vinkolanti ta' servizz tad-dejn;

(b) żborż maqbuż jew li jsir tard ta' pagament kuntrattwalment vinkolanti ta' imgħax jew kapital, sakemm il-ħlasijiet ma jsirux fi żmien perjodu ta' grazzja permess mill-kuntratt;

(c) skambju f'diffikultà jekk l-offerta tkun timplika li l-investitur ikun se jirċievi inqas valur mill-wegħda tat-titoli oriġinali;

(d) l-entità kklassifikata tkun taħt forma sinifikanti ta' superviżjoni regolatorja minħabba l-kundizzjoni finanzjarja tagħha.

5.  Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għandhom jiġu kkalkulati għal kull ġabra disponibbli ta' punti assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni f'perjodi ta' kull sitt xhur ibbażati fuq l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

Artikolu 5

Ir-rati ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

1.  Fejn ikun disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu skont l-Artikolu 3, ir-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi kkalkulata bil-mod deskritt fil-paragrafi 2 sa 4.

2.  Ir-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja ponderata ta' mill-inqas l-aħħar 20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkulkalata skont l-Artikolu 4(1). Jekk ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien disponibbli jkunu jkopru perjodu itwal u jkunu rilevanti, għandhom jintużaw ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għal dak il-perjodu itwal. Fejn ikunu disponibbli anqas minn 20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkalkulati skont l-Artikolu 4(1), ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien li jkun fadal għandhom jiġu stmati li jkopru l-20 rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien.

3.  Għall-fini tal-produzzjoni tal-medja ponderata msemmija fil-paragrafu 2, ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien, ikkalkulati skont l-Artikolu 4 għandhom jinkludu l-aktar perjodu riċenti ta' reċessjoni. Dan il-perjodu ta' reċessjoni għandu jkun ikopri sitt xhur jew aktar ta' rati ta' tkabbir negattivi tal-prodott domestiku gross fiż-żoni ġeografiċi ta' referenza ewlenin tal-elementi klassifikati.

4.  Għall-finijet tal-produzzjoni tal-medja ponderata msemmija fil-paragrafu 2, għandu japplika dan li ġej:

(a) ir-rati ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien ikkalkulati skont l-Artikolu 4(1) għandhom ikunu ponderati skont in-numru ta' elementi speċifikati fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2);

(b) ir-rati ta' inadempjenza stmati fuq medda qasira ta' żmien għandhom ikunu ponderati skont l-istimi tan-numru ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni preżenti fil-bidu tal-orizzont ta' żmien.

Il-piżijiet għandhom jiżguraw rappreżentanza adegwata ta' snin ta' reċessjoni u ta' snin mhux ta' reċessjoni f'ċiklu ekonomiku sħiħ.



Taqsima 2

Ikkalkular tal-fatturi kwantitattivi ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Artikolu 6

L-elementi użati u r-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Fejn ma jkunx disponibbli numru suffiċjenti ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 3, l-ikkalkular tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien speċifikata fl-Artikolu 1 għandu jitwettaq skont dawn li ġejjin:

(a) huwa għandu jkun ibbażat fuq l-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, skont il-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) l-istima msemmija fil-punt (a) għandha tkun ikkumplementata bin-numru ta' elementi inadempjenti u mhux inadempjenti assenjati għall-kategorija tal-klassifikazzjoni mill-ECAI li għaliha jkun qed isir l-immappjar.



KAPITOLU 2

Fatturi Kwalitattivi

Artikolu 7

Fatturi kwalitattivi tal-immappjar ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

Il-fatturi kwalittattivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu:

(a) id-definizzjoni ta' inadempjenza kkunsidrata mill-ECAI, kif deskritta fl-Artikolu 8;

(b) l-orizzont ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni kkunsidrat mill-ECAI, kif deskritt fl-Artikolu 9;

(c) it-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni u l-pożizzjoni relattiva tagħha fl-iskala ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI, kif deskritta fl-Artikolu 10;

(d) l-affidabbiltà kreditizja tal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, kif deskritta fl-Artikolu 11;

(e) l-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni, skont il-punt (a) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif deskritta fl-Artikolu 12;

(f) ir-relazzjoni stabbilita mill-ECAI (“immappjar intern”), fejn disponibbli, bejn, fuq naħa, il-kategorija tal-klassifikazzjoni li qed tiġi mmappjata, u, fuq in-naħa l-oħra, kategoriji ta' klassifikazzjoni oħra magħmula mill-istess ECAI, fejn immappjar għal dawn l-aħħar kategoriji diġà ġie stabbilit skont dan ir-Regolament, kif deskritta fl-Artikolu 13;

(g) kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tiddeskrivi l-grad ta' riskju espress minn kategorija tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 8

Definizzjoni ta' inadempjenza użata mill-ECAI

It-tip ta' avvenimenti meqjusa mill-ECAI sabiex tistabbilixxi jekk element ikunx f'sitwazzjoni ta' inadempjenza għandu jitqabbel ma' dawk speċifikati fl-Artikolu 4(4) bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli. Fejn il-paragun ikun jindika li l-ECAI ma tkunx qieset dawn it-tipi kollha ta' avvenimenti ta' inadempjenza, il-fatturi kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu aġġustati skont dan.

Artikolu 9

L-orizzont ta' żmien ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

L-orizzont ta' żmien meqjus mill-ECAI għall-assenjazzjoni ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandu jipprovdi indikazzjoni rilevanti ta' jekk il-livell tar-riskju ta' dik il-kategorija tal-klassifikazzjoni jkunx sostenibbli fuq l-orizzont ta' żmien speċifikat fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 10

Tifsira u pożizzjoni relattiva ta' kategorija tal-klassifikazzjoni

1.  It-tifsira tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-ECAI għandha tkun stabbilita skont il-karatteristiċi tal-kapaċità tal-impenji finanzjarji kif riflessi f'li l-elementi li jiġu assenjati għal din il-kategorija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġu onorati, u b'mod partikolari l-grad ta' sensittività tagħha għall-ambjent ekonomiku u l-grad ta' prossimità tagħha għas-sitwazzjoni ta' inadempjenza.

2.  It-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqabbel ma' dik stabbilita għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja, kif deskritt fl-Artikolu 15.

3.  It-tifsira ta' kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqies flimkien mal-pożizzjoni relattiva tagħha fl-iskala ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI.

Artikolu 11

L-affidabbiltà kreditizja tal-elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni

1.  L-affidabbiltà kreditizja ta' elementi assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni għandha tiġi determinata billi jitqiesu mill-anqas id-daqs tagħhom u l-grad ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-attività tan-negozju tagħhom.

2.  Miżuri differenti ta' affidabbiltà kreditizja assenjati għal elementi tal-istess kategorija tal-klassifikazzjoni jistgħu jintużaw, sa fejn ikun xieraq, biex jikkumplimentaw l-informazzjoni pprovduta mill-fatturi kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 fejn dawn ikunu ta' min jorbot fuqhom u rilevanti għall-immappjar.

Artikolu 12

Stima mogħtija mill-ECAI tar-rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni

L-istima pprovduta mill-ECAI tar-rata tal-inadempjenza fuq medda twila ta' żmien assoċjata mal-elementi kollha assenjati għall-istess kategorija tal-klassifikazzjoni għandha titqies għall-finijiet tal-immappjar sakemm tkun ġiet iġġustifikata b'mod adegwat.

Artikolu 13

Immappjar intern ta' kategorija tal-klassifikazzjoni stabbilita mill-ECAI

L-iskaluna korrispondenti ta' kwalità kreditizja ta' kategoriji tal-klassifikazzjoni oħra magħmula mill-istess ECAI li għalihom ikun jeżisti mmappjar intern skont il-punt (f) tal-Artikolu 7 għandha tintuża bħala indikazzjoni rilevanti tal-livell ta' riskju tal-kategorija tal-klassifikazzjoni li tkun qed tiġi mmappjata.



KAPITOLU 3

Tqabbil u referenzi relatati

Artikolu 14

Punt ta' riferiment

Il-punt ta' riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 136(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jkun distint f'dawn li ġejjin:

(a) rata ta' inadempjenza fuq medda twila ta' żmien ta' referenza għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(b) punt ta' riferiment tar-rata ta' inadempjenza fuq medda qasira ta' żmien għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja kif stipulata fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 15

Tifsira ta' referenza tal-kategorija tal-klassifikazzjoni għal kull skaluna tal-kwalità kreditizja

It-tifsira ta' referenza tal-kategorija tal-klassifikazzjoni li tikkorrispondi ma' kull skaluna tal-kwalità kreditizja hija stabbilita fl-Anness II.



TITOLU II

TABELLI TAL-IMMAPPJAR

Artikolu 16

Tabelli tal-immappjar

Il-korrispondenza tal-kategoriji ta' klassifikazzjoni ta' kull ECAI mal-iskaluni tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness III.



TITOLU III

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Parametri referenzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 14



Tabella 1

Parametru referenzjarju fit-tul

(perjodu ta' tliet snin)

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Parametru referenzjarju fit-tul

Valur medju

Livell inferjuri

Livell superjuri

1

0,10 %

0,00 %

0,16 %

2

0,25 %

0,17 %

0,54 %

3

1,00 %

0,55 %

2,39 %

4

7,50 %

2,40 %

10,99 %

5

20,00 %

11,00 %

26,49 %

6

34,00 %

26,50 %

100,00 %



Tabella 2

Parametri referenzjarji fit-tul

(perjodu ta' tliet snin)

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Parametri referenzjarji fil-qosor

Livell ta' monitoraġġ

Livell tal-iskattar

1

0,80 %

1,20 %

2

1,00 %

1,30 %

3

2,40 %

3,00 %

4

11,00 %

12,40 %

5

28,60 %

35,00 %

6

mhux applikabbli

mhux applikabbli




ANNESS II

It-tifsira ta' referenza tal-kategorija ta' klassifikazzjoni għal kull skala tal-kwalità kreditizja għall-iskopijiet tal-Artikolu 15



Skala tal-Kwalità Kreditizja

Tifsira tal-kategorija tal-klassifikazzjoni

1

L-entità kklassifikata għandha kapaċità estremanent qawwija/qawwija ħafna biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu minimu/baxx ħafna.

2

L-entità kklassifikata għandha kapaċità qawwija biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu baxx iżda hija kemxejn aktar suxxettibli għall-effetti kuntrarji ta' bidliet f'ċirkostanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi milli huma l-entitajiet ikklassifikati fis-CQS 1.

3

L-entità kklassifikata għandha kapaċità adegwata biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu moderat.

Madankollu, kundizzjonijiet ekonomiċi kuntrarji jew tibdil fiċ-ċirkostanzi huma aktarx li aktar iwasslu għal kapaċità mdgħajjfa tal-entità kklassifikata sabiex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

4

L-entità kklassifikata għandha l-kapaċità biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha iżda hija suġġetta għal riskju ta' kreditu sostanzjali.

Hija tiffaċċja inċertezzi maġġuri kurrenti u espożizzjoni għal kundizzjonijiet kuntrarji ta' negozju, finanzi, jew kundizzjonijiet ekonomiċi, li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata tal-entità kklassifikata sabiex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

5

L-entità kklassifikata għandha l-kapaċità biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha iżda hija suġġetta għal riskju ta' kreditu għoli.

Kundizzjonijiet kuntrarji kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi x'aktarx li jxekklu l-kapaċità jew ir-rieda tal-entità kklassifikata biex tissoddisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

6

L-entità kklassifikata hija preżentament vulnerabbli jew vulnerabbli ħafna u hija suġġetta għal riskju ta' kreditu għoli ħafna, inkluż fi jew qrib ħafna ta' inadempjenza.

Hija dipendenti fuq kundizzjonijiet favorevoli kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi biex tkun tista' tissoddisfa l-impenji finanzjarji tagħha.

▼M1




ANNESS III

Tabelli tal-immappjar għall-finijiet tal-Artikolu 16



Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

AM Best Europe-Rating Services Ltd.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs

Skala ta' klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d

Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja

A++, A+

A, A-

B++, B+

B, B-

C++, C+

C, C-, D, E, F, S

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir

AMB-1+

AMB-1-

AMB-2,

AMB-3

AMB- 4

 

 

ARC Ratings S.A.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC/C, D

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A++

A

 

B, C, D

 

 

Axesor SA

Skala ta' klassifikazzjoni globali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

Banque de France

Skala ta' klassifikazzjoni globali tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

3++

3+, 3

4+

4, 5+

5, 6

7, 8, 9, P

BCRA – Credit Rating Agency AD

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu twil

iAAA, iAA

iA

iBBB

iBB

iB

iC, iD

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Capital Intelligence Ltd

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, RS, SD, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Cerved Rating Agency S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

A1.1, A1.2, A1.3

A2.1, A2.2, A3.1

B1.1, B1.2

B2.1, B2.2

C1.1

C1.2, C2.1

Credit reform Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

CRIF S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, D1, D2

Dagong Europe Credit Rating

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

A-1

 

A-2, A-3

B, C, D

 

 

DBRS Ratings Limited

Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir

R-1 H, R-1 M

R-1 L

R-2, R-3

R-4, R-5, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet

IC-1

IC-2

IC-3

IC-4

IC-5

D

Egan-Jones Ratings Co.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2

A-3, B, C, D

 

 

Euler Hermes klassifikazzjoni GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, SD, D

European Rating Agency, a.s.

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

 

AAA, AA

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

 

S1

S2

S3, S4, NS

 

 

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Il-klassifikazzjonijiet ta' Fitch

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, RD, D

Obbligi ta' finanzi korporattivi - skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C, RD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C

 

 

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitäts-beurteilung mbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

 

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

HR Ratings de México, S.A. de C.V.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

HR AAA(G)/HR AA(G)

HR A(G)

HR BBB(G)

HR BB(G)

HR B(G)

HR C(G)/HR D(G)

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

HR+1(G)/HR1(G)

HR2(G)

HR3(G)

HR4(G), HR5(G), HR D(G)

 

 

ICAP Group S.A

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

 

AA, A

BB, B

C, D

E, F

G, H

INC Rating Sp. z o.o.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, LD, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, LD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, D

 

 

Kroll Bond Rating Agency

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

K1+

K1

K2, K3

B, C, D

 

 

modeFinance S.r.l.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

A1,A2

A3

B1

B2

B3

C1, C2, C3, D

Moody's Investors Service

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

Aaa, Aa

A

Baa

Ba

B

Caa, Ca, C

Skala ta' klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds

Aaa-bf, Aa-bf

A-bf

Baa-bf

Ba-bf

B-bf

Caa-bf, Ca-bf, C-bf

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

P-1

P-2

P-3

NP

 

 

Rating-Agentur Expert RA GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni ta' kreditu internazzjonali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D, E

Skala ta' klassifikazzjoni dwar l-affidabbiltà internazzjonali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D, E

Scope Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC,C, D

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

S-1+

S-1

S-2

S-3, S-4

 

 

Spread Research

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Standard & Poor's Ratings Services

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, R, SD/D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, SD/D, R

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi

AAAf, AAf

Af

BBBf

BBf

Bf

CCCf

Skala ta' klassifikazzjoni għall-Evalwazzjoni ta' Nofs is-Suq

 

MM1

MM2

MM3, MM4

MM5, MM6

MM7, MM8, MMD

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, R, SD/D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

The Economist Intelligence Unit Ltd

Skala tal-marġini ta' klassifikazzjoni sovrana

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D