European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/944

6.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Każ M.11845 – INFRAVIA / ILIAD / OP CORE

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/944)

1.   

Fit-30 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Iliad S.A. (“ Iliad ”), ikkontrollata minn Niel Family Group (“ NFG ”), Franza,

—

InfraVia VI Invest S.a.r.l. (“ InfraVia ”) ikkontrollata minn InfraVia Capital Partners SAS u l-affiljati kkontrollati tagħha (“ InfraVia Capital Partners ”), il-Lussemburgu.

Iliad u InfraVia se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ OP Core (“ OP Core ” jew “ il-Mira ”, Franza), bħalissa kkontrollata minn Iliad.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Iliad tipprovdi servizzi ta’ telefonija fissa u mobbli, aċċess għall-internet u servizzi ta’ hosting,

—

InfraVia hija kumpanija ta’ investiment, li taġixxi bħala kumpanija ta’ ġestjoni ta’ tali fondi ta’ investiment li huma speċjalizzati fis-setturi tal-infrastruttura u tat-teknoloġija.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża OP Core huma dawn li ġejjin: servizzi ta’ pjattaforma ta’ ċentri tad-data, inkluż il-konċepiment, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, kif ukoll aċċess għar-riżorsi tan-network u għall-infrastruttura taċ-ċentri tad-data, inklużi l-proċessi tal-enerġija u tat-tkessiħ, u s-sigurtà taċ-ċentru tad-data.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11845 – INFRAVIA / ILIAD / OP CORE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/944/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)