|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2244
tal-14 ta’ Novembru 2022
dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari”
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1639 tal-5 ta’ Novembru 2020 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 46(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), jekk Stat terz, li l-Istati Membri parteċipanti li qed jieħdu sehem fi proġett jixtiequ jistiednu biex jieħu sehem f’dak il-proġett, jissodisfax ir-rekwiżiti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill. |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (3) li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO. L-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi li proġett intitolat “Mobbiltà Militari” għandu jiġi żviluppat fi ħdan il-qafas ta’ dik il-lista minn 24 membru tal-proġett, inkluż in-Netherlands bħala koordinatur tal-proġett. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639, li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO. L-Artikolu 2(4) ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi li, abbażi ta’ notifika mill-koordinatur jew il-koordinaturi ta’ proġett tal-PESCO, u wara opinjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni f“konformità mal-Artikolu 46(6) TEU u l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 dwar jekk il-parteċipazzjoni tal-Istat terz f’dak il-proġett tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Lulju 2022, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) bagħat t-talba tiegħu għall-parteċipazzjoni fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” lill-koordinatur ta’ dak il-proġett, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. Il-membri tal-proġett imbagħad ivvalutaw, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit, jekk huwa jikkonformax mal-kondizzjonijiet ġenerali, skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. |
|
(5) |
Fis-7 ta’ Ottubru 2022, il-koordinatur tal-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” nnotifika lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, skont l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639, li l-membri tal-proġett ta’ dak il-proġett tal-PESCO kienu qablu b’mod unanimu: li jixtiequ jistiednu lir-Renju Unit biex jieħu sehem f’dak il-proġett; dwar l-ambitu, il-forma u l-istadji rilevanti tas-sehem tar-Renju Unit f’dak il-proġett; u li r-Renju Unit jikkonforma mal-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. |
|
(6) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2022, il-KPS qabel dwar opinjoni dwar in-notifika rigward it-talba mir-Renju Unit biex jipparteċipa fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari”. B’mod partikolari, il-KPS ħa nota tad-deskrizzjoni tal-Proġett PESCO “Mobbiltà Militari” kif ipprovduta fin-notifika, inkluż l-objettivi, l-organizzazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, kif ukoll l-oqsma ta’ prijorità tal-ħidma. Huwa nnota wkoll li l-ebda informazzjoni klassifikata jew sensittiva tal-UE ma tiġi kondiviża f’dak il-proġett u li dan mhuwiex implimentat bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fis-sens tal-Artikolu 3(g) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. Barra minn hekk, innota li l-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” ma jinvolvix l-akkwist ta’ armamenti, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, jew l-użu u l-esportazzjoni ta’ armi jew kapaċitajiet u teknoloġija. Huwa nnota wkoll li ma jinvolvix entitajiet, investimenti, finanzjament mill-Istati Membri parteċipanti tal-PESCO jew talbiet għal finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet tal-proġett. |
|
(7) |
Il-KPS qabel ukoll mal-ambitu, il-forma u l-firxa proposti tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” kif deskritti fin-notifika. Huwa rrikonoxxa li r-Renju Unit kien esprima li huwa jappoġġa bis-sħiħ l-ambitu ta’ dak il-proġett kif definit fin-notifika. |
|
(8) |
Fl-istess opinjoni, il-KPS ikkonferma l-fehma maqbula b’mod unanimu mill-membri tal-proġett li r-Renju Unit jikkonforma mal-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639, kif ġej:
|
|
(9) |
Fl-aħħar nett, fl-opinjoni tiegħu, il-KPS irrakkomanda li l-Kunsill jieħu deċiżjoni pożittiva dwar jekk il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. |
|
(10) |
Il-Kunsill għandu għalhekk jiddeċiedi li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. Ir-Renju Unit ser jingħaqad ma’ dak il-proġett fid-data speċifikata fl-arranġament amministrattiv li għandhom jidħlu fih ir-Renju Unit u l-membri tal-proġett, skont l-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639. Il-Kunsill ser jeżerċita s-sorveljanza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639 u jista’ jieħu deċiżjonijiet ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 6(2) u (3) tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fil-proġett PESCO “Mobbiltà Militari” tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1639.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
(2) ĠU L 371, 6.11.2020, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).
(4) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2540.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).