|
5.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 117/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ April 2007
dwar l-irtirar mis-suq ta’ prodotti derivati minn GA21xMON810 (MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6) qamħirrun
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1810)
(It-testijiet Olandiżi u Franċiżi biss huma awtentiċi)
(2007/308/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(6) u 20(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-prodotti derivati minn GA21xMON810 (MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6) qamħirrun ġew innotifikati bħala l-prodotti eżistenti minn Monsanto Europe S.A (minn issa ‘il quddiem “in-notifkant”) taħt l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (minn issa ‘il quddiem “ir-Regolament”) u tniżżlu fir-Reġistru Komunitarju dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament. L-ambitu tan-notifika jkopri addittivi ta’ l-ikel, materjali ta’ l-għalf u addittivi ta’ l-għalf prodotti minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun. |
|
(2) |
Ma ngħata l-ebda kunsens għat-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun fil-Komunità. In-notifikant ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun, f’ittra lill-Kummissjoni ddatata l-1 ta’ Marzu 2007, indika li l-2005 kienet l-aħħar sena ta’ bejgħ kummerċjali approvat ta’ żrieragħ ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun fuq bażi globali. |
|
(3) |
In-notifikant indika wkoll lill-Kummissjoni li ma għandu l-ebda intenzjoni li jibgħat applikazzjoni għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti derivati minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun taħt ir-Regolament skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11, it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 20(4), u l-Artikolu 23 rispettivament. Għalhekk prodotti derivati minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun ma jistgħux jitpoġġew fis-suq fil-Komunità wara t-18 ta’ April 2007. |
|
(4) |
Miżuri sabiex jiġi assigurat l-irtirar effettiv mis-suq ta’ żrieragħ ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun mhumiex meħtieġa minħabba li dawn iż-żrieragħ ma jistgħu qatt jitpoġġew legalment fis-suq fil-Komunità. Minħabba li n-notifikant waqaf ibigħ iż-żrieragħ ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun wara l-istaġun tat-tħawwil ta’ l-2005, ħażniet ta’ prodotti derivati minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun intużaw u mhumiex mistennija li jkunu preżenti fis-suq wara t-18 ta’ April 2007. Madankollu, traċċi żgħar ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun jistgħu jibqgħu preżenti fi prodotti ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf għal ċertu perjodu ta’ żmien. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm perjodu tranżitorju ta’ żmien li tulu prodotti ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf jista’ jkollhom tali materjal mingħajr ma jiġu kkunsidrati li jiksru l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 16(2) tar-Regolament fejn din il-preżenza hija aċċidentali jew teknikament inevitabbli. |
|
(6) |
Il-livell ittollerat u l-perjodu ta’ żmien għandhom jiġu stabbiliti waqt li jitqies iż-żmien meħtieġ sakemm in-nuqqas ta’ disponibbiltà taż-żrieragħ jipproduċi l-effetti tiegħu f’kull parti tal-katina ta’ l-ikel u ta’ l-għalf. Fi kwalunkwe każ, il-livell ittollerat għandu jibqa’ taħt il-limitu ta’ l-ittikkettjar u ta’ traċċabilità ta’ mhux aktar minn 0.9 % stipulat bir-Regolament għall-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli fil-materjal modifikat ġenetikament fl-ikel u fl-għalf. |
|
(7) |
L-iskrizzjonijiet fir-Reġistru Komunitarju dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament, fir-rigward ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun għandhom jiġu mmodifikati sabiex iqisu din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
In-notifikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-preżenza ta’ materjal prodott minn MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun fi prodotti ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf innotifikati taħt l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament għandha tiġi ttollerata sa 5 snin wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
dan sakemm din il-preżenza tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; kif ukoll |
|
(b) |
fi proporzjon ta’ mhux aktar minn 0.9 %. |
Artikolu 2
L-iskrizzjonijiet fir-Reġistru Komunitarju dwar l-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament, fir-rigward ta’ MON-ØØØ21-9xMON-ØØ81Ø-6 qamħirrun għandhom jiġu mmodifikati sabiex titqies din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Scheldelaan 460, Haven 627, B - 2040 Antwerp, il-Belġju, li tirrapreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).