European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2514

27.9.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2514

tat-3 ta’ Lulju 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-elementi tad-data li għandhom jiġu skambjati permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda dak ir-Regolament fir-rigward tal-lista ta’ formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni koperti mill-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) u (7) u l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2022/2399 jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (“l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana”). Jipprovdi wkoll qafas għall-kooperazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet doganali u mhux doganali permezz ta’ tliet komponenti ewlenin: Is-sistemi mhux doganali tal-Unjoni li jimmaniġġjaw formalitajiet mhux doganali speċifiċi elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, ambjenti nazzjonali ta’ tieqa unika għad-dwana, u s-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (CSW-CERTEX tal-UE).

(2)

Meta operatur ekonomiku jippreżenta dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni ta’ riesportazzjoni, li tirrikjedi t-twettiq tal-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet doganali u għall-awtoritajiet kompetenti sħab li jiskambjaw u jivverifikaw awtomatikament l-informazzjoni meħtieġa għall-proċess tal-iżdoganar tal-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2022/2399. Għalhekk huwa xieraq li jiġu speċifikati l-elementi tad-data li għandhom jiġu skambjati bejn l-ambjenti nazzjonali ta’ tieqa unika għad-dwana u s-sistemi mhux doganali tal-Unjoni rilevanti permezz tas-CSW-CERTEX tal-UE. Għal kull waħda mill-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni speċifikati fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399, huwa xieraq li jiġu identifikati d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għajr il-leġiżlazzjoni doganali li tistabbilixxi l-elementi tad-data rispettivi għal dawk il-formalitajiet.

(3)

Għall-proċeduri doganali u għar-riesportazzjoni li jirrikjedu t-twettiq tal-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li s-CSW-CERTEX tal-UE tiskambja l-elementi kollha tad-data stabbiliti fl-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) u l-Anness B tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

(4)

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 (4) tistabbilixxi l-elementi tad-data għad-dokumenti sanitarji komuni tad-dħul (CHEDs).

(5)

L-Annessi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (5) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 (6) jistabbilixxu l-elementi tad-data għaċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (COI).

(6)

L-Artikoli 16 u 17 u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxu l-elementi tad-data għal-liċenzji użati għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS).

(7)

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 (8) u l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistabbilixxu l-elementi tad-data għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-kwoti/tal-awtorizzazzjonijiet fil-Portal tal-gassijiet F.

(8)

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1079 (10) jistabbilixxi l-elementi tad-data għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-beni kulturali (ICG-L), id-dikjarazzjoni tal-importatur għall-beni kulturali (ICG-S) u d-deskrizzjoni ġenerali għall-beni kulturali (ICG-D).

(9)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jispeċifika l-elementi tad-data għall-awtorizzazzjonijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM).

(10)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 (12) jistabbilixxi l-elementi tad-data għal-liċenzji tal-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT).

(11)

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jistabbilixxu l-elementi tad-data għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju.

(12)

L-Annessi I sa V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (14) jistabbilixxu l-elementi tad-data għaċ-ċertifikati relatati mal-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi fil-periklu (CITES).

(13)

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2248 (15) jistabbilixxi l-elementi tad-data għall-informazzjoni skambjata bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq (ICSMS).

(14)

L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2104 (16) jistabbilixxi l-elementi tad-data għan-notifika tal-wasla (NOA).

(15)

Peress li l-leġiżlazzjoni settorjali l-ġdida li tistabbilixxi l-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni tipprevedi l-użu tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, huwa meħtieġ li jiżdiedu entrati ġodda fit-tabelli eżistenti fil-Partijiet A u B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399.

(16)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/2399 jiġi emendat skont dan.

(17)

Is-setgħat fl-Artikolu 5(6) u 5(7) tar-Regolament (UE) 2022/2399 li jemendaw il-Partijiet A u B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament huma marbuta mill-qrib mas-setgħa fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2022/2399 biex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tispeċifika l-elementi kollha tad-data rilevanti għall-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni elenkati f’dawk il-Partijiet. Għalhekk, huwa xieraq li s-setgħat kollha jiġu kkombinati f’att leġiżlattiv uniku għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva.

(18)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u ta opinjoni fil-31 ta’ Mejju 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Elementi tad-data li għandhom jiġu skambjati permezz tas-CSW-CERTEX tal-UE

1.   Għall-proċeduri doganali jew għar-riesportazzjoni, li jirrikjedu t-twettiq tal-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni, is-CSW-CERTEX tal-UE għandha tiskambja kwalunkwe element tad-data stabbilit fl-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-Anness B tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li huwa rilevanti għall-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni speċifikati fil-Parti A jew B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399.

2.   Għal kull waħda mill-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni speċifikati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399, is-CSW-CERTEX tal-UE għandha tiskambja l-elementi kollha tad-data stabbiliti fi:

(a)

il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 għad-dokumenti li ġejjin:

(i)

dokument sanitarju komuni tad-dħul għall-annimali (CHED-A);

(ii)

dokument sanitarju komuni tad-dħul għall-prodotti (CHED-P);

(iii)

dokument sanitarju komuni tad-dħul għall-għalf u għall-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali (CHED-D);

(iv)

dokument sanitarju komuni tad-dħul għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti (CHED-PP);

(b)

l-Annessi tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 għaċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (COI);

(c)

l-Artikoli 16 u 17 u l-Anness VII tar-Regolament (UE) 2024/590 għal-liċenzji użati għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS);

(d)

l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/661 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2024/573 għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (gass F);

(e)

l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1079 għal:

(i)

il-liċenzja tal-importazzjoni għall-beni kulturali (ICG-L);

(ii)

id-dikjarazzjoni tal-importatur għall-beni kulturali (ICG-S);

(iii)

id-deskrizzjoni ġenerali għall-beni kulturali (ICG-D);

(f)

l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-awtorizzazzjonijiet tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM).

3.   Għal kull waħda mill-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni speċifikati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399, is-CSW-CERTEX tal-UE għandha tiskambja l-elementi kollha tad-data stabbiliti fi:

(a)

l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1024/2008 għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT);

(b)

l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2021/821 għall-oġġetti b’użu doppju;

(c)

l-Annessi I sa V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 għaċ-ċertifikati tal-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi fil-periklu (CITES);

(d)

l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2248 dwar l-informazzjoni skambjata bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS);

(e)

l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/2104 għan-notifika tal-wasla (NOA)].

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) 2022/2399

L-Anness tar-Regolament (UE) 2022/2399 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13, ELI http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2306/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2307/oj).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 (ĠU L, 2024/590, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/661/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1079 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali (ĠU L 234, 2.7.2021, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1079/oj).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1024/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/792/oj).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2248 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jispeċifika d-dettalji tal-interfaċċa elettronika bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għas-sorveljanza tas-suq, u d-data li għandha tiġi trażmessa permezz ta’ dik l-interfaċċa (ĠU L 453, 17.12.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2248/oj).

(16)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2104 tas-27 ta’ Ġunju 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operaturi jinnotifikaw il-wasla ta’ ċerti oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L, 2024/2104, 25.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2104/oj).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).


ANNESS

L-Anness ghar-Regolament (UE) 2022/2399 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringieli “Liċenzja għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu”, “Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra”, “Liċenzja tal-importazzjoni għal beni kulturali”, “Dikjarazzjoni tal-importatur għall-beni kulturali” u “Deskrizzjoni ġenerali għall-beni kulturali” huma sostitwiti b’dan li ġej:

Formalità mhux doganali tal-Unjoni

Akronimu

Sistema mhux doganali tal-Unjoni

Leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni

Data ta’ applikazzjoni

“Liċenzji użati għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

ODS

Sistema ta’ Liċenzjar tal-ODS 2

Ir-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)

fit-3 ta’ Marzu 2025.

Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Gass F

Portal tal-gassijiet F

Ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2)

3 ta’ Marzu 2025.

Liċenzja tal-importazzjoni għall-beni kulturali

ICG-L

TRACES

Ir-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3)

fit-28 ta’ Ġunju 2025.

Dikjarazzjoni tal-importatur għall-beni kulturali

ICG-S

TRACES

Ir-Regolament (UE) 2019/880

fit-28 ta’ Ġunju 2025.

Deskrizzjoni ġenerali għall-beni kulturali

ICG-D

TRACES

Ir-Regolament (UE) 2019/880

fit-28 ta’ Ġunju 2025.

(b)

tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Formalità mhux doganali tal-Unjoni

Akronimu

Sistema mhux doganali tal-Unjoni

Leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni

Data ta’ applikazzjoni

“Awtorizzazzjonijiet fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

CBAM

Reġistru

tas-CBAM

Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4)

fl-1 ta’ Jannar 2026.

(2)

fil-Parti B, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Formalità tal-Unjoni mhux doganali

Akronimu

Sistema mhux doganali tal-Unjoni

Leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għajr il-leġiżlazzjoni doganali

Data ta’ applikazzjoni

“Notifika tal-wasla

NOA

TRACES

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2104 (*5)

Fit-3 ta’ Marzu 2025.


(*1)  Ir-Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 (ĠU L, 2024/590, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 (ĠU L, 2024/573, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/573/oj).

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/880/oj)’;

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).”;

(*5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2104 tas-27 ta’ Ġunju 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operaturi jinnotifikaw il-wasla ta’ ċerti oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (ĠU L, 2024/2104, 25.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2104/oj)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2514/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)