31998R0758



Official Journal L 105 , 04/04/1998 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 758/98

tat-3 ta’April 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2300/97 dwar ir-regoli dettaljati biex jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing ta’ l-għasel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex titjieb il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-għasel [1], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 [2], jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ miżuri biex titjieb il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-għasel;

Billi r-Regolament (KE) Nru 1221/97 jistabbilixxi l-limiti tad-data tal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena sa meta l-ispiża li tikkonċerna l-miżuri inklużi fil-programmi nazzjonali għandha sseħħ; billi, mit-tieni sena u sabiex jitħallew l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati minn kull Stat Membru li fir-rigward ta' dan il-limitu taż-żmien, disposizzjoni għandha ssir biex tkun imqarrba d-data tan-notifikazzjoni tal-programmi u biex tistabbilixxi l-limitu tad-data għat-twettiq tal-miżuri tal-programm;

Billi, bid-Deċiżjoni 94/805/EC [3], il-Kunsill adotta programm speċifiku ta’ riċerka fil-qasam ta’ l-agrikoltura u s-sajd (inkluż fl-agro-industrija, it-teknoloġiji ta’ l-ikel, l-afforestar, l-akwakultura u l-iżvilupp rurali); billi bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Anness III tal-programm, dwar regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tiegħu, azzjoni magħquda Nru FAIR5-PL97-3686, intitolat "Koordinazzjoni fl-Ewropa tar-riċerka fuq kontroll integrat tad-dud Varroa fil-kolonji tan-naħal ta’ l-għasel", kienet ġiet implimentata; billi r-riżultati tar-riċerka applikata fil-qasam tal-kontroll tal-varroasis (id-dud tal-Varroa) iffinanzjat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 għandhom għalhekk jintbagħtu lill-Kummissjoni ħalli jkunu inkorporati f’din l-azzjoni magħquda.

Billi konsistenza bejn miżuri ta’ programmi nazzjonali u miżuri oħra li jidħlu fl-istrateġiji varji tal-Komunità, partikolarment ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 950/97 ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar it-titjieb fl-effiċjenza ta’ l-istrutturi agrikoli [4], (KE) Nru 951/97 ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta’ l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli [5] u (KE) Nru 952/97 ta’ l-20 ta’ Mejju 1997 dwar gruppi ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom [6], għandhom ikunu assigurati waqt l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali; billi, partikolarment, xi kumpens żejjed b'riżultat ta’ l-għaqda ta' l-għajnuna u xi inkonsistenzi oħra fid-definizzjoni tal-miżuri għandu jkun evitat;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi tagħhom qabel il-15 ta’ April ta’ kull sena. Għall-ewwel sena din id-data għandha tkun il-15 ta’ Diċembru 1997. Għat-tieni sena din id-data għandha tkun il-15 ta’ Mejju 1998.

2. Mit-tieni sena, il-miżuri tal-programm għandhom ikunu mwettqa kompletament qabel il-31 ta’Awissu tas-sena li ssegwi n-notifika tal-programm. Il-pagamenti jridu jsiru qabel il-15 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena.

3. Ir-riżultati ta’ l-istudji tar-riċerka applikata fil-prevenzjoni tal-varroasis trid tintbagħat lill-Kummissjoni xahrejn wara d-data stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 ħalli jkunu inklużi fl-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar l-azzjoni kkonċentrata Nru FAIRS-PL97-33686 billi jkun applikat il-punt 3 ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/805/KE tat-23 ta’ Novembru 1994 li tadotta programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u demostrazzjoni fis-settur ta’ l-agrikoltura u s-sajd, inklużi l-agro-industrija, it-teknoloġiji ta’ l-ikel, l-aforesterija, l-akwakultura u l-iżvilupp rurali (1994 sa 1998) [7].";

2. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu segwenti huwa miżjud:

"3. L-istess miżura ma tistax tkun is-suġġett ta’ pagamenti simultanji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 u permezz ta' skema oħra ta’ għajnuna tal-Komunità fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 950/97 [*] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 1., (KE) Nru 951/97 [9] u (KE) 952/97 [10]."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 3 ta’ April 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tal-1.7.1997, p. 1.

[2] ĠU L 319, tal-21.11.1997, p. 4.

[3] ĠU L 334, tat-22.12.1994, p. 73.

[4] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 1.

[5] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 22.

[6] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 30.

[7] ĠU L 334, tat-22.12.1994, p. 73.

[9] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 22.

[10] ĠU L 142, tat-2.6.1997, p. 30.

--------------------------------------------------