European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1151

17.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11883 – CDPQ / DIGITALBRIDGE / YONDR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1151)

1.   

Fis-6 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

—

Fondi ġestiti u kkontrollati minn affiljati ta’ DigitalBridge Group, Inc. (“DigitalBridge”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Yondr Group Ltd (“Yondr”, in-Netherlands), li bħalissa hija ikkontrollata minn DigitalBridge.

CDPQ u DigitalBridge se jakkwistaw skont it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ Yondr.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CDPQ hija investitur istituzzjonali li jamministra l-fondi tad-depożitanti tiegħu, primarjament magħmula minn pjanijiet tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi minn Québec,

—

DigitalBridge hija ditta ta’ investiment fl-infrastruttura diġitali ddedikata u fuq skala dinjija li tinvesti f’ħames oqsma ewlenin: (i) ċentri tad-data; (ii) torrijiet ċellulari; (iii) networks tal-fibra; (iv) ċelloli żgħar; u (v) infrastruttura periferika.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Yondr huma li ġejjin: L-attivitajiet ta’ Yondr jiffukaw prinċipalment fuq il-forniment tal-kapaċità ta’ ċentru tad-data lil kumpaniji kbar tat-teknoloġija. Yondr bħalissa topera jew tiżviluppa l-kapaċità ta’ ċentru tad-data b’kuntratt f’Amsterdam, Londra, Frankfurt, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Indja u l-Malażja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11883 – CDPQ / DIGITALBRIDGE / YONDR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1151/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)