IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.7.2024
COM(2024) 931 final
2024/0185(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2024
Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti f'xi aġenziji deċentralizzati
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
–ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, kif adottat fit-22 ta’ Novembru 2023,
–il-baġit emendatorju Nru 1/2024, adottat fil-25 ta’ April 2024,
–il-baġit emendatorju Nru 2/2024, adottat fil-25 ta’ April 2024,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, adottat fil-9 ta’ April 2024,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-baġit tal-2024.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima Individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex (
https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm
).
Werrej
1.
Introduzzjoni
2.
Aġġornament tad-dħul
2.1
Impatt ġenerali tal-ABE 4/2024 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
2.2
Reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet tal-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING
2.3
Kontribuzzjoni tar-Renju Unit
2.4
Multi u pagamenti ta’ penali
2.5
Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2024
3.
Aġġornament ta’ elementi tan-nefqa
3.1
Rinforz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
3.2
It-tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
3.3
Tnaqqis fil-persunal u fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
3.4
Internalizzazzjoni ta’ karigi kritiċi sensittivi fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA)
3.5
Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
3.6
Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
3.7
Tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“EU-LISA”)
4.
Finanzjament
5.
Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-iskop ewlieni tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2024 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi fir-rigward ta’:
–it-tbassir aġġornat tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-2024 li ġie approvat mill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) fit-23 ta’ Mejju 2024. Dan l-aġġornament tipikament jiġi ppreżentat ftit wara l-laqgħa dwar it-tbassir tal-KKRP, f’konformità mal-aspettattivi tal-Istati Membri li l-aġġornamenti tal-KKRP jiġu bbaġitjati malajr kemm jista’ jkun;
–l-aġġornament ta’ dħul ieħor bħall-kontribuzzjoni tar-Renju Unit u multi.
Barra minn hekk, l-ABE 4/2024 jinkludi l-elementi speċifiċi li ġejjin relatati man-nefqa:
–tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) fir-rigward tal-adozzjoni tal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika li huwa propost li jiġi kkumpensat mill-Programm Ewropa Diġitali;
–tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) fir-rigward tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva riveduta għar-regoli riveduti tad-disinn tas-suq tal-elettriku;
–tnaqqis ta’ darba fil-persunal u l-kontribuzzjoni tal-UE lill-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) b’kont meħud tad-dewmien fit-twaqqif tagħha;
–tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) biex jiġu internalizzati l-kompiti kritiċi tal-inġinerija;
–tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) wara l-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja tal-fajl tal-bini li jirrigwarda l-uffiċċji preċedenti tal-EMA f’Londra;
–tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) minħabba pressjoni inflazzjonarja qawwija;
–tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) biex tipprovdi għal bidliet fil-mandat tal-aġenzija wara Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi ġodda jew riveduti. Dan għandu wkoll impatt fuq il-FRONTEX.
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 4/2024 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 12,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
2.Aġġornament tad-dħul
2.1
Impatt ġenerali tal-ABE 4/2024 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
It-tbassir rivedut għall-2024 ġie miftiehem fil-191 laqgħa tal-KKRP fit-23 ta’ Mejju 2024. L-aġġustamenti tan-naħa tad-dħul tal-baġit huma meħtieġa biex jiġu aġġornati l-istimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Value Added Tax, VAT), l-Iskart mhux irriċiklat mill-Imballaġġ tal-Plastik (Plastic Packaging Waste, PPW) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), filwaqt li jitqies it-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa (ara t-Taqsima 2.2).
Barra minn hekk, l-ammont ta’ dħul ieħor huwa aġġornat biex iqis il-kontribuzzjoni riveduta tar-Renju Unit u l-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa definittivament sa Ġunju 2024 (ara t-Taqsimiet 2.3 u 2.4, rispettivament).
L-impatt globali tal-aġġustamenti tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella sommarja hawn taħt. Din it-tabella turi wkoll id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji fost l-Istati Membri kif ibbaġitjat fil-baġit inizjali tal-2024, kif inkluż fl-AB 1/2024, AB 2/2024, ABE 2/2024 u fl-aħħar nett kif inkluż f’dan l-ABE 4/2024.
Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji skont l-Istati Membri (f’miljun EUR)
|
|
Baġit 2024
|
BE 1/2024
|
BE 2/2024
|
ABE 2/2024
|
ABE 4/2024
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
(4)
|
(5)
|
|
BE
|
6 235.0
|
6 376.5
|
6 376.6
|
6 355,0
|
6 495,0
|
|
BG
|
867,5
|
890,6
|
890,6
|
887,1
|
856,6
|
|
CZ
|
2 670,4
|
2 747,6
|
2 747,7
|
2 735,9
|
2 564,8
|
|
DK
|
2 692,7
|
2 786,8
|
2 786,9
|
2 772,5
|
2 743,5
|
|
DE
|
30 152,4
|
31 185,0
|
31 185,9
|
31 028,2
|
31 522,1
|
|
EE
|
357,3
|
366,9
|
366,9
|
365,5
|
318,8
|
|
IE
|
3 329,8
|
3 430,4
|
3 430,5
|
3 415,1
|
3 314,6
|
|
EL
|
1 899,9
|
1 954,5
|
1 954,6
|
1 946,2
|
1 924,2
|
|
ES
|
12 632,3
|
12 980,8
|
12 981,1
|
12 927,9
|
13 200,1
|
|
FR
|
23 427,6
|
24 129,5
|
24 130,1
|
24 022,9
|
24 255,7
|
|
HR
|
597,5
|
615,6
|
615,7
|
612,9
|
681,9
|
|
IT
|
17 240,8
|
17 740,4
|
17 740,8
|
17 664,5
|
17 852,8
|
|
CY
|
232,7
|
239,3
|
239,3
|
238,3
|
252,5
|
|
LV
|
378,5
|
389,0
|
389,0
|
387,4
|
351,7
|
|
LT
|
684,9
|
702,7
|
702,7
|
700,0
|
632,6
|
|
LU
|
413,1
|
426,7
|
426,7
|
424,6
|
408,7
|
|
HU
|
1 870,0
|
1 919,6
|
1 919,7
|
1 912,1
|
1 840,8
|
|
MT
|
151,9
|
156,1
|
156,1
|
155,5
|
163,0
|
|
NL
|
8 391,8
|
8 635,6
|
8 635,8
|
8 598,6
|
8 630,8
|
|
AT
|
3 095,3
|
3 214,1
|
3 214,2
|
3 196,0
|
3 229,7
|
|
PL
|
7 215,9
|
7 400,2
|
7 400,4
|
7 372,3
|
7 183,4
|
|
PT
|
2 203,3
|
2 265,3
|
2 265,4
|
2 255,9
|
2 348,0
|
|
RO
|
2 716,6
|
2 798,0
|
2 798,1
|
2 785,7
|
2 803,8
|
|
SI
|
733,6
|
749,4
|
749,4
|
747,0
|
638,5
|
|
SK
|
990,5
|
1 020,4
|
1 020,5
|
1 015,9
|
994,5
|
|
FI
|
2 109,8
|
2 177,3
|
2 177,3
|
2 167,0
|
2 194,8
|
|
SE
|
3 208,0
|
3 344,3
|
3 344,4
|
3 323,6
|
3 627,3
|
|
UE
|
136 499,2
|
140 642,8
|
140 646,4
|
140 013,7
|
141 030,1
|
2.2
Reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet tal-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING
F’konformità mal-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ tbassir ekonomiku aktar reċenti. Skont il-prattika stabbilita, it-tbassir rivedut tad-dħul huwa miftiehem mal-Istati Membri fil-proċedura ta’ tbassir tal-KKRP.
Ir-reviżjoni tikkonċerna t-tbassir tar-RPT li jrid jitħallas lill-baġit fl-2024 kif ukoll it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT, PPW u tal-ING għall-2024. It-tbassir inkluż fil-baġit tal-2024 ġie miftiehem fil-188 laqgħa tal-KKRP li saret fil-25 ta’ Mejju 2023. Ir-reviżjoni fl-ABE 4/2024 attwali tikkunsidra t-tbassir miftiehem fil-191 laqgħa tal-KKRP tat-23 ta’ Mejju 2024. L-użu ta’ tbassir aġġornat tar-riżorsi proprji jtejjeb il-preċiżjoni tat-tbassir tad-dħul u konsegwentement tal-pagamenti li l-Istati Membri huma mitluba jagħmlu għall-baġit tal-UE matul is-sena baġitarja.
Il-projezzjonijiet tad-dħul tal-Kummissjoni huma bbażati fuq it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2024 tal-Kummissjoni, li wera li l-ekonomija tal-UE fil-bidu tas-sena, wara perjodu twil ta’ staġnar, bdiet tirkupra. Għalkemm ir-rata ta’ tkabbir ta’ 0,3 % stmata għall-ewwel trimestru tal-2024 għadha taħt il-potenzjal stmat, hija qabżet l-aspettattivi. L-attività fiż-żona tal-euro kibret bl-istess pass, u dan juri li r-reċessjoni ħafifa esperjenzata fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet waslet fi tmiemha. Sadanittant, l-inflazzjoni fl-UE kompliet tonqos fl-ewwel trimestru.
It-tbassir tar-rebbiegħa jipprojetta tkabbir tal-PDG fl-2024 ta’ 1,0 % fl-UE u 0,8 % fiż-żona tal-euro. Dan huwa kemxejn ogħla mit-tbassir interim tax-xitwa 2024 għall-UE, iżda ma nbidilx għaż-żona tal-euro. Aktar importanti, kważi l-Istati Membri kollha huma mistennija li jerġgħu lura għat-tkabbir fl-2024. It-tkabbir tal-PDG tal-UE huwa mbassar li jitjieb għal 1,6 % fl-2025, b’reviżjoni ’l isfel ta’ 0,1 pps mix-xitwa ’l hemm. Fiż-żona tal-euro, it-tkabbir tal-PDG fl-2025 huwa pprojettat li jkun kemxejn aktar baxx, b’1,4 % - anke marġinalment rivedut ’l isfel.
Ir-riskji negattivi għall-prospettiva ekonomika li joriġinaw minn barra l-UE żdiedu f’dawn l-aħħar xhur fil-kuntest taż-żewġ gwerer li għaddejjin fil-viċinat tagħna u t-tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jiżdiedu. Il-kummerċ globali u s-swieq tal-enerġija jidhru partikolarment vulnerabbli.
Ix-xenarju ekonomiku li fuqu huwa bbażat il-baġit tal-2024 huwa tradott fl-aħħar stimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali u l-bażijiet tar-riżorsi proprji l-oħra:
·Id-dazji doganali totali li għandhom jinġabru fl-2024, nett minn 25 % tal-kostijiet tal-ġbir, huma mbassra għal EUR 20 119,0 miljun, u dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 18,3 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ EUR 24 620,4 miljun inklużi fil-baġit tal-2024. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu ta’ previżjoni tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq ir-rati ta’ tkabbir imbassra ta’ importazzjonijiet barra l-UE) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni (ibbażat fuq l-aħħar data tal-eżitu għad-dazji doganali miġbura, jiġifieri Jannar – April 2024). Bħal fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni tieħu approċċ konservattiv li jiżgura ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-UE f’kuntest ta’ inċertezzi ekonomiċi u finanzjarji. Barra minn hekk, matul is-sena jistgħu jseħħu rimborżi addizzjonali fuq pagamenti preċedenti tal-RPT relatati ma’ każijiet speċjali. Għalhekk, intgħażel li tiġi applikata diviżjoni 1/3–2/3 dwar l-eżitu tal-metodi tradizzjonali u ta’ estrapolazzjoni għar-reviżjoni tat-tbassir tar-RPT tal-2024, li jirriżulta fi dħul aktar baxx ta’ EUR 4,5 biljun meta mqabbel mal-ABE 2/2024.
·Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata tal-UE għall-2024 issa hija prevista li tkun EUR 7 864 305,3 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta’ 0,6 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2023 ta’ EUR 7 909 213,8 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata tal-UE għall-2024 hija prevista li tkun EUR 7 820 900,1 miljun, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 0,6 % meta mqabbla mal-previżjoni ta’ Mejju 2023 ta’ EUR 7 872 045,75 miljun.
·It-tbassir tal-PPW mhux riċiklat fl-UE jammonta għal 9 813 692,0 tunnellata fl-2024, li huwa żieda żgħira ta’ 0,6 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2023 ta’ 9 756 010,6 tunnellata. Il-kontribuzzjonijiet korrispondenti tal-Istati Membri li ġejjin mir-riżorsa proprja bbażata fuq il-PPW mhux irriċiklat huma ppreżentati fit-Tabella 3 tal-anness baġitarju mehmuż.
·Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2024 hija prevista għal EUR 17 775 997,4 miljun, jiġifieri żieda żgħira ta’ 0,3 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2023 ta’ EUR 17 727 479,4 miljun.
Ir-rati tal-kambju tad-29 ta’ Diċembru 2023 intużaw biex it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT u l-ING jinqalbu mill-muniti nazzjonali għal EUR, għas-seba’ Stati Membri li mhumiex membri fiż-żona tal-euro. Dan jevita d-distorsjonijiet billi din hija r-rata li tintuża sabiex il-pagamenti bbaġitjati tar-riżorsi proprji jinqalbu minn EUR għall-muniti nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru, kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill 609/2014.
It-tbassir rivedut tar-RPT, tal-bażijiet tal-VAT mhux limitati, tal-bażijiet tal-PPW mhux irriċiklat u tal-bażijiet tal-ING għall-2024, kif adottati fil-191 laqgħa tal-KKRP, huma ppreżentati fit-tabella li ġejja:
Tbassir rivedut tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING għall-2024
|
|
Dwana
(75 %)
|
Bażijiet tal-VAT mhux limitati
|
Bażijiet tal-PPW mhux irriċiklat
|
Bażijiet tal-ING
|
PAK
Bażijiet tal-VAT
|
|
|
Miljun EUR
|
tunnellati
|
f’miljuni ta’ EUR
|
|
BE
|
2 168,7
|
241 457,3
|
192 903,3
|
617 576,6
|
241 457,3
|
|
BG
|
124,1
|
44 707,9
|
101 104,6
|
96 632,6
|
44 707,9
|
|
CZ
|
397,9
|
129 804,7
|
167 894,6
|
300 119,2
|
129 804,7
|
|
DK
|
351,2
|
150 389,9
|
169 703,7
|
402 684,8
|
150 389,9
|
|
DE
|
4 197,7
|
1 813 299,6
|
1 721 971,7
|
4 445 450,9
|
1 813 299,6
|
|
EE
|
32,9
|
19 429,8
|
26 082,5
|
37 984,4
|
18 992,2
|
|
IE
|
422,9
|
133 045,2
|
271 796,3
|
407 531,6
|
133 045,2
|
|
EL
|
215,2
|
100 779,3
|
202 001,5
|
228 947,6
|
100 779,3
|
|
ES
|
1 897,9
|
703 292,8
|
996 842,5
|
1 529 209,9
|
703 292,8
|
|
FR
|
1 896,1
|
1 431 209,9
|
1 873 074,6
|
2 967 744,6
|
1 431 209,9
|
|
HR
|
57,0
|
49 052,0
|
55 980,5
|
83 755,8
|
41 877,9
|
|
IT
|
2 126,6
|
977 799,4
|
1 190 583,1
|
2 153 932,9
|
977 799,4
|
|
CY
|
42,6
|
21 021,0
|
12 288,2
|
28 669,2
|
14 334,6
|
|
LV
|
43,6
|
18 999,3
|
30 044,2
|
41 764,1
|
18 999,3
|
|
LT
|
88,7
|
32 341,8
|
56 106,3
|
73 625,3
|
32 341,8
|
|
LU
|
14,1
|
42 032,4
|
13 482,3
|
54 191,3
|
27 095,65
|
|
HU
|
260,4
|
80 14,.4
|
289 422,3
|
203 919,5
|
80 142,4
|
|
MT
|
20,0
|
9 978,6
|
13 843,9
|
18 826,8
|
9 413,4
|
|
NL
|
3 178,3
|
489 144,3
|
294 135,6
|
1 075 690,3
|
489 144,3
|
|
AT
|
235,5
|
234 655,9
|
220 314,7
|
497 483,7
|
234 655,9
|
|
PL
|
968,1
|
413 390,4
|
729 965,8
|
811 633,1
|
405 816,55
|
|
PT
|
221,1
|
142 647,3
|
278 807,1
|
273 232,0
|
136 616,0
|
|
RO
|
242,9
|
125 907,6
|
405 789,6
|
343 656,2
|
125 907,6
|
|
SI
|
157,8
|
31 419,3
|
31 650,2
|
65 814,8
|
31 419,3
|
|
SK
|
105,7
|
51 311,1
|
50 246,8
|
127 477,7
|
51 311,1
|
|
FI
|
151,2
|
123 931,7
|
112 744,4
|
283 303,4
|
123 931,7
|
|
SE
|
500,8
|
253 114,4
|
304 911,7
|
605 139,1
|
253 114,4
|
|
UE
|
20 119,0
|
7 864 305,3
|
9 813 692,0
|
17 775 997,4
|
7 820 900,1
|
2.3
Kontribuzzjoni tar-Renju Unit
Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha titħallas f’konformità mal-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”)
u tkopri b’mod partikolari s-sehem tar-Renju Unit fl-impenji pendenti ta’ qabel l-2021 li għandhom jitħallsu fl-2024 kif ukoll sehem ir-Renju Unit fl-obbligazzjonijiet tal-Unjoni (bħal pensjonijiet) u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tar-Renju Unit tinkludi wkoll l-ammonti dovuti lir-Renju Unit relatati mal-korrezzjonijiet tar-riżorsi proprji u l-aġġustamenti għas-snin finanzjarji sal-2021.
Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit hija bbażata fuq is-sehem tar-Renju Unit
, li huwa kkalkulat bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi proprji li saru disponibbli mir-Renju Unit fis-snin bejn l-2014 u l-2020 u r-riżorsi proprji li saru disponibbli matul dak il-perjodu mill-Istati Membri kollha u r-Renju Unit. Is-sehem tar-Renju Unit ġie aġġustat fl-2022 f’konformità mal-Artikolu 139 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Is-sehem definittiv tar-Renju Unit ġie stabbilit għal 12,431681219587700 %.
It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit għall-baġit tal-2024. Dan jinkludi l-elementi li r-Renju Unit diġà ħallas f’Jannar-Mejju 2024 bħala parti mill-fattura ta’ Settembru 2023, l-elementi inklużi fil-fattura ta’ April 2024, u stimi għall-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-fattura ta’ Settembru 2024 li huma magħrufa f’dan l-istadju. L-aġġornament jirriżulta f’kontribuzzjoni tar-Renju Unit ferm aktar baxxa meta mqabbla mal-istima inkluża fil-baġit tal-2024, prinċipalment minħabba sottoimplimentazzjoni tar-RAL tal-Brexit fl-2023 u l-ammonti rrapportati ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, korrezzjonijiet finanzjarji netti u multi. L-ammont rivedut tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit inkluż fl-ABE 4/2024 huwa kkalkulat billi jitqiesu l-modalitajiet ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
Għaldaqstant qed jiġi propost li l-istima introdotta fil-baġit tal-2024 tiġi aġġornata skont dan. B’mod ġenerali, dan se jnaqqas il-kontribuzzjoni stmata tar-Renju Unit għall-baġit tal-2024 b’EUR 1 519 miljun, li minnhom EUR 1 518 miljun huma dħul ġenerali.
Kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit fl-2024 (f’EUR)
|
|
Referenza għall-Artikolu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ
|
2024
|
|
Kontribuzzjoni totali tar-Renju Unit fl-2024, li minnha:
|
|
2 383 779 493
|
|
1. Impenji pendenti qabel l-2021 (inkluż korrezzjonijiet finanzjarji netti) - dovuti għal pagament fl-2023
|
Art. 140
|
3 752 776 625
|
|
2. Obbligazzjonijiet tal-Unjoni/pensjonijiet*
|
Art.142
|
309 083 761
|
|
3. Korrezzjonijiet u aġġustamenti tar-riżorsi proprji, li minnhom:
|
|
-1 327 709 221
|
|
3.1 Surplus/defiċit tal-2020
|
Art.136(3)(a)
|
mhux applikabbli
|
|
3.2 Aġġornamenti tal-korrezzjonijiet ta-Renju Unit (2018-2019)
|
Art.136
|
mhux applikabbli
|
|
3.3. VAT u ING
|
Art.136
|
-1 408 455 094
|
|
3.4. RPT
|
Art.136, Art. 140(4)
|
80 745 873
|
|
4. Multi
|
Art.141
|
-26 575 093
|
|
5. Obbligazzjonijiet kontinġenti, li minnhom:
|
|
-280 942 721
|
|
5.1 ELM, FEIS, EFSD, self (Fondi ta’ garanzija)
|
Art.143
|
-233 253 380
|
|
5.2 Strumenti finanzjarji
|
Art.144
|
-59 429 645
|
|
5.3 Każijiet legali (inkluż multi)
|
Art.147
|
11 740 305
|
|
6. Assijiet netti tal-ECSC
|
l-Artikolu 145
|
-36 874 795
|
|
7. Investiment tal-FEI
|
Art.146
|
-6 648 463
|
|
8. Aċċess għan-networks/sistemi/bażijiet ta’ data**
|
Art.34(2), Art. 50 u 53, Art. 62(2), Art. 63(1)(e), Art. 63(2), Art.99(3), Art.100(2)
|
669 399
|
|
* - l-ammont ta’ EUR 280 miljun se jiddaħħal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat
** - għandu jiddaħħal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat
|
2.4
Multi u pagamenti ta’ penali
Meta wieħed iqis il-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2024, qed jiġi propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2024:
a)EUR 257 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.
b)EUR 341 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.
c)EUR 10 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.
d)EUR 6 miljun ta’ multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn, prinċipalment għal primjums għall-eċċess ta’ emissjonijiet.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 141 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit huwa intitolat li jirċievi s-sehem tiegħu fuq ammont ta’ EUR 49 miljun, inkluż fil-lista ta’ hawn fuq taħt l-entrati a) u c).
Għaldaqstant huwa propost li t-tbassir inizjali introdott fil-baġit tal-2024 ta’ EUR 101 miljun jiżdied b’EUR 513 miljun u b’hekk jammonta għal total ta’ EUR 614 miljun.
Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.
|
|
|
EUR
|
|
Linja tad-dħul
|
Isem
|
Baġit 2024
|
ABE 4/2024
|
Ammont ġdid
|
|
4 2 0
|
Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni
|
100 000 000
|
157 464 207
|
257 464 207
|
|
4 2 1
|
Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru
|
p.m.
|
340 653 167
|
340 653 167
|
|
4 2 4
|
Mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali
|
1 000 000
|
8 802 092
|
9 802 092
|
|
4 2 9
|
Multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn
|
p.m.
|
6 400 685
|
6 400 685
|
|
Total
|
101 000 000
|
513 320 151
|
614 320 151
|
2.5
Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2024
Meta jitqies it-tbassir rivedut għar-RPT, għall-bażi tal-VAT simplifikata u għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-PPW mhux irriċiklat, l-ammont ta’ riżorsi proprji għajr l-ING naqas b’EUR 4 608 680 934. Flimkien mat-tnaqqis ta’ dħul ieħor b’EUR 1 004 386 580 (bħala l-effett ikkombinat taż-żieda fid-dħul mill-multi b’EUR 513 miljun u t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit b’EUR 1 518 million) u ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 12 029 834, dan iżid il-kontribuzzjoni tal-ING b’EUR 5 625 097 348 meta mqabbla mal-ABE 2/2024.
Sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-ekwilibriju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea minqux fl-Artikolu 310(1) TFUE, ir-rata uniformi li għandha tiġi applikata għas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha trid tiġi kkalkulata mill-ġdid filwaqt li jitqies id-dħul l-ieħor kollu.
Ir-rata uniformi kkalkulata mill-ġdid għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING hija ffissata kif ġej:
Rata uniformi li għandha tiġi applikata fuq 1 % tal-ING = (nefqa totali – dħul ieħor – ammont nett totali tar-RPT – riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT – kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-PPW mhux irriċiklat) / 1 % tal-ING
Rata uniformi:
= (146 789 504 431 – 5 759 356 982 – 20 119 010 896 – 23 462 700 300 – 7 139 700 400) / 177 759 974 000
= 0,508037517225334
Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta titqies ir-rata uniformi l-ġdida huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
Sena baġitarja 2024 (f’EUR)
|
Stat Membru
|
1 % tal-bażi tal-ING użata għall-ABE 2/2024
|
Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (f’%) skont l-ABE 2/2024
|
1 % tal-bażi tal-ING (Tbassir tal-KKRP approvat)
|
Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (f’%) skont l-ABE 4/2024
|
Differenza fl-ING
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(3)
|
(4)
|
(5) = (3 x 4) - (1 x 2)
|
|
|
BE
|
6 053 077 000
|
|
6 175 766 000
|
|
245 984 060
|
|
|
BG
|
986 492 000
|
|
966 326 000
|
|
19 685 586
|
|
|
CZ
|
3 303 904 000
|
|
3 001 192 000
|
|
- 53 546 920
|
|
|
DK
|
4 024 834 000
|
|
4 026 848 000
|
|
123 138 705
|
|
|
DE
|
44 177 819 000
|
|
44 454 509 000
|
|
1 480 946 473
|
|
|
EE
|
411 271 000
|
|
379 844 000
|
|
- 3 487 923
|
|
|
IE
|
4 306 468 000
|
|
4 075 316 000
|
|
13 226 549
|
|
|
EL
|
2 337 353 000
|
|
2 289 476 000
|
|
46 593 171
|
|
|
ES
|
14 907 594 000
|
|
15 292 099 000
|
|
647 646 974
|
|
|
FR
|
30 027 033 000
|
|
29 677 446 000
|
|
733 432 191
|
|
|
HR
|
775 338 000
|
|
837 558 000
|
|
55 134 245
|
|
|
IT
|
21 373 179 000
|
|
21 539 329 000
|
|
732 883 590
|
|
|
CY
|
282 122 000
|
|
286 692 000
|
|
10 881 457
|
|
|
LV
|
450 918 000
|
0,4776970
|
417 641 000
|
0,5080375
|
- 3 224 882
|
|
|
LT
|
764 050 000
|
|
736 253 000
|
|
9 059 748
|
|
|
LU
|
583 760 000
|
|
541 913 000
|
|
- 3 548 270
|
|
|
HU
|
2 122 059 000
|
|
2 039 195 000
|
|
22 286 332
|
|
|
MT
|
179 697 000
|
|
188 268 000
|
|
9 806 488
|
|
|
NL
|
10 430 238 000
|
|
10 756 903 000
|
|
482 416 818
|
|
|
AT
|
5 082 933 000
|
|
4 974 837 000
|
|
99 301 957
|
|
|
PL
|
7 884 404 000
|
|
8 116 331 000
|
|
357 044 457
|
|
|
PT
|
2 651 464 000
|
|
2 732 320 000
|
|
121 524 652
|
|
|
RO
|
3 485 670 000
|
|
3 436 562 000
|
|
80 808 300
|
|
|
SI
|
676 624 000
|
|
658 148 000
|
|
11 142 616
|
|
|
SK
|
1 279 109 000
|
|
1 274 777 000
|
|
36 608 001
|
|
|
FI
|
2 886 018 000
|
|
2 833 034 000
|
|
60 645 399
|
|
|
SE
|
5 831 366 000
|
|
6 051 391 000
|
|
288 707 574
|
|
|
Total
|
177 274 794 000
|
|
177 759 974 000
|
|
5 625 097 348
|
|
3.Aġġornament ta’ elementi tan-nefqa
3.1
Rinforz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
Wara l-adozzjoni tal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Legali (LFS), ġew allokati kompiti ġodda lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), li jirrikjedu r-reklutaġġ ta’ aġent temporanju addizzjonali wieħed u esperti nazzjonali sekondat addizzjonali wieħed, li rriżultaw f’żieda ġenerali tan-nefqa relatata tal-persunal ta’ of EUR 0,139 miljun fl-2024. Iż-żieda tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-ENISA hija newtrali għall-baġit, peress li l-kost addizzjonali se jiġi ffinanzjat bi tnaqqis tal-istess ammont tan-nefqa fuq il-linja baġitarja 02 01 30 01 tal-Programm Ewropa Diġitali.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
02 10 04
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà
|
139 000
|
139 000
|
|
02 01 30 01
|
Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ewropa Diġitali
|
-139 000
|
-139 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
3.2
It-tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Bir-reviżjoni tal-LFS għad-Disinn il-ġdid tas-Suq tal-Elettriku, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tieħu f’idejha attivitajiet addizzjonali, li għalihom huwa meħtieġ persunal addizzjonali (ħdax-il aġent temporanju u erba’’ aġenti kuntrattwali), li jirriżultaw f’żieda ġenerali fin-nefqa tal-persunal ta’ EUR 3,34 miljun. Il-baġit tal-2024 diġà jinkludi erba’ postijiet ta’ aġenti temporanji għal dan il-għan, filwaqt li seba’ aġenti temporanji oħra u erba’ aġenti kuntrattwali huma inklużi f’dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju. Bl-istess mod, fir-rigward tan-nefqa relatata, ammont ta’ EUR 684 000 kien diġà inkluż fil-baġit tal-2024, filwaqt li ammont ieħor ta’ EUR 2,656 miljun huwa propost li jsir disponibbli permezz ta’ dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
02 10 06
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
|
2 656 000
|
2 656 000
|
|
Total
|
2 656 000
|
2 656 000
|
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
3.3
Tnaqqis fil-persunal u fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Awtorità Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
In-negozjati dwar l-istabbiliment tal-Awtorità l-ġdida Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) ħadu aktar żmien milli kien ippjanat inizjalment u għalhekk l-istabbiliment tal-aġenzija se jibda jseħħ biss fl-2024. Konsegwentement, il-LFS korrispondenti ġie rivedut, li wassal għal tnaqqis fl-għadd tal-persunal fl-2024 għal tmien karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (jiġifieri tnaqqis b’total ta’ 27 kariga fil-pjan ta’ stabbiliment għall-2024), disa’ aġenti kuntrattwali u żewġ esperti nazzjonali sekondati. Konsegwentement, qed jiġi propost ukoll li jitnaqqas l-ammont ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa fl-2024 b’EUR 3,812 miljun mir-riżerva (it-titolu “provvedimenti”) fejn EUR 5 107 785 huma iskritti skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju. Dan huwa pjuttost posponiment meta mqabbel mal-LFS oriġinali. Għaldaqstant, il-marġini fl-intestatura 1 ser jiżdied b’mod korrispondenti.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 05)
|
- 3 812 166
|
-3 812 166
|
|
Total
|
- 3 812 166
|
-3 812 166
|
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
3.4
Internalizzazzjoni ta’ karigi kritiċi sensittivi fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA)
Sabiex jiġi żgurat li l-kompiti kritiċi tal-inġinerija relatati mas-sigurtà jitwettqu minn persunal intern, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) teħtieġ tliet karigi ta’ aġenti temporanji u żewġ aġenti kuntrattwali biex tinternalizza l-aktar posts kritiċi fl-2024. Qed jiġi propost li l-finanzjament ta’ EUR 0,3 miljun meħtieġ għal dawn il-pożizzjonijiet jiġi kkumpensat bi tnaqqis korrispondenti fil-pakkett tal-Programm Spazjali. Tisħiħ simili huwa propost ukoll fl-Abbozz tal-Baġit għall-2025.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
04 10 01
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA)
|
308 000
|
308 000
|
|
04 02 01
|
Galileo / EGNOS
|
-308 000
|
-308 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
3.5
Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Bħala konsegwenza tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, f’Jannar 2 020 l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ġiet rilokata minn Londra għal Amsterdam. Sussegwentement, il-bini li ospita l-kwartieri ġenerali tal-EMA f’Londra ġie sottomikri lill-kumpanija WeWork. Wara d-diffikultajiet finanzjarji esperjenzati minn WeWork u n-negozjar mill-ġdid reċenti tal-kuntratt tal-kiri, il-kontribuzzjoni tal-ibbilanċjar tal-UE lill-EMA jeħtieġ li tiżdied biex tkopri t-tnaqqis tad-dħul li għandu jiġi riċevut mill-kera tal-bini.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
06 10 03 01
|
Agenzija Ewropea ghall-Medicini (EMA)
|
11 186 000
|
11 186 000
|
|
Total
|
11 186 000
|
11 186 000
|
3.6
Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
Matul dawn l-aħħar snin, in-nefqa tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) kienet taħt pressjoni partikolari minħabba inflazzjoni qawwija, li kellha impatt dirett notevoli fuq in-nefqa fuq is-salarji kif ukoll fuq il-kostijiet tal-bini u tal-manutenzjoni. Sabiex l-Eurojust tkun tista’ tkompli tiffinanzja n-nefqa operazzjonali tagħha, il-Kummissjoni għamlet disponibbli ammont ta’ EUR 2.46 miljun għall-aġenzija matul l-2023, filwaqt li l-Abbozz tal-Baġit 2025 fih ammont addizzjonali ta’ EUR 2 miljun għal dan l-għan. Għas-sena 2024, huwa propost li tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Eurojust b’ammont ta’ EUR 2 miljun, sabiex il-baġit tal-aġenzija jinżamm stabbli.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
07 10 07
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali
|
2 000 000
|
2 000 000
|
|
Total
|
2 000 000
|
2 000 000
|
3.7
Tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“EU-LISA”)
Għadd ta’ inizjattivi leġiżlattivi fil-kuntest tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil wessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (EU-LISA). Dan jeħtieġ tisħiħ xieraq tal-persunal allokat għall-attivitajiet il-ġodda u żieda fin-nefqa relatata. Dan jikkonċerna b’mod partikolari:
·Ir-raggruppament tal-attivitajiet relatati mal-Bażi tad-Data Ewropea tad-Dattiloskopija tal-Asil (EURODAC) inkluż fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fl-EU-LISA jeħtieġ tmien aġenti temporanji addizzjonali u seba’ aġenti kuntrattwali u żieda relatata ta’ EUR 13,685 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1,045 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. Din iż-żieda hija proposta li tiġi kkumpensata bis-sħiħ minn tnaqqis tal-approprjazzjonijiet fil-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) (40 % jew EUR 5,474 miljun f’impenji u EUR 0,42 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament) u fl-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI) (60 % jew EUR 8,211 miljun f’impenji u EUR 0,63 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament), li għalhekk huwa newtrali għall-baġit. Iż-żieda fil-persunal (karigi fil-pjan ta’ stabbiliment + aġenti kuntrattwali) fl-eu-LISA se tkun parzjalment paċuta kontra l-Frontex, f’konformità mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għall-EURODAC.
·L-LFS kien relatat mal-Iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni inklużi fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li jirrikjedi ħames aġenti temporanji addizzjonali u żewġ aġenti kuntrattwali. Il-kostijiet relatati ta’ EUR 10,494 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 0,884 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament huma proposti li jiġu kkumpensati mill-BMVI.
Il-bidliet relatati fit-tabella tal-persunal huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni
|
|
11 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja
|
24 179 000
|
1 929 000
|
|
10 02 01
|
Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF)
|
-5 474 000
|
-418 000
|
|
11 02 01
|
Strument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI)
|
-18 705 000
|
-1 511 000
|
|
Total
|
0
|
0
|
4.
Finanzjament
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 4/2024 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 12,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament. In-naħa tad-dħul tal-baġit hija proposta li tiġi aġġustata kif stabbilit f’dan l-ABE 4/2024.
Minħabba n-nuqqas ta’ marġini u spazju għar-riallokazzjoni taħt is-subintestatura 2b, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 13,2 miljun għall-intestatura 2b Reżiljenza u Valuri biex iżżid il-kontribuzzjoni tal-UE lill-EMA u lill-Eurojust.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2021 sa 2024 huma stmati għal EUR 1 751,2 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
Strumenti ta’ Flessibbiltà - profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Sena ta’ mobilizzazzjoni
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Total
|
|
2021
|
7,6
|
0,0
|
0,0
|
0,0
|
7,6
|
|
2022
|
49,8
|
36,7
|
0,0
|
0,0
|
86,5
|
|
2023
|
279,0
|
120,6
|
83,2
|
0,0
|
482,8
|
|
2024
|
1 414,7
|
107,6
|
83,7
|
46,3
|
1 652,3
|
|
2025
|
0,0
|
1 192,8
|
0,0
|
0,0
|
1 192,8
|
|
Total
|
1 751,2
|
1 457,8
|
166,9
|
46,3
|
3 422,1
|
5.
Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
|
|
|
|
|
|
|
|
F’EUR
|
|
|
Baġit 2024 (inkl. BA 1-2/2024, ABE 2/2024)
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 4/2024
|
Baġit 2024 (inkl. BA 1-2/2024, ABE 2/2024, ABE 4/2024)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
|
|
1
|
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
21 493 372 987
|
20 827 967 003
|
-1 156 166
|
-1 156 166
|
21 492 216 821
|
20 826 810 837
|
|
|
|
Limitu
|
21 598 000 000
|
|
|
|
21 598 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
104 627 013
|
|
1 156 166
|
|
105 783 179
|
|
|
|
2
|
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri
|
74 564 290 949
|
33 719 596 204
|
13 186 000
|
13 186 000
|
74 577 476 949
|
33 732 782 204
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 293 095 333
|
|
13 186 000
|
|
1 306 281 333
|
|
|
|
|
Limitu
|
73 289 000 000
|
|
|
|
73 289 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
|
2a.
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
64 665 195 616
|
24 155 654 152
|
|
|
64 665 195 616
|
24 155 654 152
|
|
|
|
Limitu
|
64 683 000 000
|
|
|
|
64 683 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
|
2b.
|
Reżiljenza u valuri
|
9 899 095 333
|
9 563 942 052
|
13 186 000
|
13 186 000
|
9 912 281 333
|
9 577 128 052
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 293 095 333
|
|
13 186 000
|
|
1 306 281 333
|
|
|
|
|
Limitu
|
8 606 000 000
|
|
|
|
8 606 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3
|
Riżorsi Naturali u Ambjent
|
57 338 630 839
|
54 151 402 941
|
|
|
57 338 630 839
|
54 151 402 941
|
|
|
|
Limitu
|
57 449 000 000
|
|
|
|
57 449 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
110 369 161
|
|
|
|
110 369 161
|
|
|
|
|
Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti
|
40 517 278 000
|
40 505 482 213
|
|
|
40 517 278 000
|
40 505 482 213
|
|
|
|
Sublimitu massimu tal-FAEG
|
41 649 000 000
|
|
|
|
41 649 000 000
|
|
|
|
|
Differenza dovuta għall-ittondjar eskluża mill-kalkolu tas-submarġni
|
722 000
|
|
|
|
722 000
|
|
|
|
|
Trasferimenti netti bejn il-FAEG u l-FAEŻR
|
-1 046 000 000
|
|
|
|
-1 046 000 000
|
|
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sublimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR)
|
40 603 000 000
|
|
|
|
40 603 000 000
|
|
|
|
|
Submarġni tal-FAEG
|
85 722 000
|
|
|
|
85 722 000
|
|
|
|
4
|
Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
|
3 892 705 671
|
3 248 967 443
|
|
|
3 892 705 671
|
3 248 967 443
|
|
|
|
Limitu
|
4 020 000 000
|
|
|
|
4 020 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
127 294 329
|
|
|
|
127 294 329
|
|
|
|
5
|
Sigurtà u Difiża
|
2 697 177 926
|
2 035 413 531
|
|
|
2 697 177 926
|
2 035 413 531
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
317 177 926
|
|
|
|
317 177 926
|
|
|
|
|
Limitu
|
2 380 000 000
|
|
|
|
2 380 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6
|
Viċinat u d-Dinja
|
16 731 000 000
|
15 315 050 313
|
|
|
16 731 000 000
|
15 315 050 313
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
28 828 204
|
|
|
|
28 828 204
|
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
371 171 796
|
|
|
|
371 171 796
|
|
|
|
|
Limitu
|
16 331 000 000
|
|
|
|
16 331 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7
|
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
|
11 988 000 603
|
11 988 000 603
|
|
|
11 988 000 603
|
11 988 000 603
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
215 000 603
|
|
|
|
215 000 603
|
|
|
|
|
Limitu
|
11 773 000 000
|
|
|
|
11 773 000 000
|
|
|
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 175 375 841
|
9 175 375 841
|
|
|
9 175 375 841
|
9 175 375 841
|
|
|
|
Sublimitu
|
9 006 000 000
|
|
|
|
9 006 000 000
|
|
|
|
|
Submarġni
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet għall-intestaturi
|
188 705 178 975
|
141 286 398 038
|
12 029 834
|
12 029 834
|
188 717 208 809
|
141 298 427 872
|
|
|
|
Limitu
|
186 840 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
186 840 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 639 101 463
|
1 737 992 297
|
13 186 000
|
13 186 000
|
1 652 287 463
|
1 751 178 297
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a)
|
586 172 399
|
|
|
|
586 172 399
|
|
|
|
|
Marġni
|
360 094 887
|
30 994 594 259
|
1 156 166
|
1 156 166
|
361 251 053
|
30 995 750 425
|
|
|
|
Strumenti speċjali tematiċi
|
6 517 600 432
|
5 491 076 559
|
|
|
6 517 600 432
|
5 491 076 559
|
|
|
Approprjazzjonijiet totali
|
195 222 779 407
|
146 777 474 597
|
12 029 834
|
12 029 834
|
195 234 809 241
|
146 789 504 431
|
|