19.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8636 — Abellio/Mitsui/EJR/West Midlands Passenger Rail Franchise)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 351/07)

1.

Fl-10 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Abellio Transport Group Limited (“Abellio”, ir-Renju Unit), li tappartjeni lil NV Nederlandse Spoorwegen (“NS Group”, in-Netherlands),

—

Mitsui & Co., Ltd u Mitsui & Co. Europe Plc (flimkien, il-“Kumpaniji ta’ Mitsui”, il-Ġappun)

—

East Japan Railway Company (“EJR”, il-Ġappun),

—

West Midlands Passenger Rail Franchise (il-“Franchise”, ir-Renju Unit).

Abellio, il-Kumpaniji ta’ Mitsui u EJR jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ West Midlands Franchise kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ konċessjoni mogħtija fid-9 ta’ Awwissu 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Abellio: it-tħaddim kummerċjali ta’ għadd ta’ konċessjonijiet jew kuntratti tal-franchise tal-ferroviji tal-passiġġieri fir-Renju Unit u l-Ġermanja.

—   għall-Kumpaniji ta’ Mitsui: dar tal-kummerċ involuta f’għadd ta’ negozji tal-komoditajiet u negozji ohra madwar id-dinja, inklużi l-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’oqsma ta’ negozju bħall-ħadid u l-azzar, il-faħam u l-metalli li ma fihomx ħadid, makkinarju, elettronika, kimiċi, komoditajiet relatati mal-enerġija, il-loġistika u l-investiment fi proġetti infrastrutturali.

—   għal EJR: il-kumpanija ferrovjarja li tiġġestixxi ċentri kummerċjali, binjiet ta’ uffiċini u lukandi minbarra li tmexxi u tħadem netwerks ferrovjarji.

—   Għal West Midlands Passenger Rail Franchise: servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri madwar il-West Midlands, kif ukoll ferroviji bejn London Euston u Crewe u bejn Liverpool u Birmingham.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8636 — Abellio/Mitsui/EJR/West Midlands Passenger Rail Franchise

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.