European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4093

16.7.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1435 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1434 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova

(C/2025/4093)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1435 (2) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1434 (4).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fir-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u dawk l-entitajiet jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni l-entitajiet għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/888, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-3 ta' Novembru 2025.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.

(2)   ĠU L, 2025/1435, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1435/oj.

(3)   ĠU L 114, 2.5.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1434, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1434/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4093/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)