|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/367 |
20.2.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/367
tad-19 ta’ Frar 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2030 fir-rigward tal-bidliet amministrattivi għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Novembru 2019, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2030 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0020463-0000, lil Pal Hygiene Products Limited għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “Pal IPA Product Family”. L-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal dik il-familja ta’ prodotti bijoċidali. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, Pal Hygiene Products Limited ippreżentat notifiki lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (3), ta’ bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY”, kif imsemmi fit-Titolu 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. In-notifika ġiet irreġistrata fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali (“ir-Reġistru”) bin-numru tal-każ BC-KT100508-25. Il-bidliet proposti notifikati f’dik l-awtorizzazzjoni jikkonċernaw iż-żieda tal-ismijiet kummerċjali u bidla fl-indirizz tal-post tal-manifattura tal-prodott bijoċidali u tal-manifattur. |
|
(3) |
Fil-11 ta’ Novembru 2024, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni opinjoni (4) dwar il-bidliet amministrattivi notifikati fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY”, flimkien ma’ sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott. Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija kkonkludiet li l-bidliet proposti huma bidliet amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 50(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 1, it-Taqsima 1, tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidliet, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħu jiġu ssodisfati. |
|
(4) |
Fil-11 ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY” bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkopri l-bidliet amministrattivi kollha li saret applikazzjoni għalihom, f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY” biex tintroduċi l-bidliet amministrattivi mitluba minn Pal Hygiene Products Limited. |
|
(6) |
Ħlief għall-emendi rigward il-bidliet amministrattivi proposti, l-informazzjoni l-oħra kollha inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ “PAL IPA PRODUCT FAMILY”, kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2030, tibqa’ l-istess. |
|
(7) |
Biex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali li għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2030 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. Minħabba bidla fil-format użat biex jiġi ġġenerat is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali fir-Reġistru fi Frar 2024, jenħtieġ li s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali f’dak l-Anness jinkludi wkoll xi bidliet minuri editorjali u fit-tqassim. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2030 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2030 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2030 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Pal IPA Product Family”. (ĠU L 313, 4.12.2019, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2030/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
(4) L-Opinjoni tal-ECHA Nru UAD-C-1775477-16-00/F tal-11 ta’ Novembru 2024 dwar il-bidla amministrattiva fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “PAL IPA PRODUCT FAMILY”, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali
Pal IPA Product Family
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf
Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0020463-0000
Numru tal-assi R4BP EU-0020463-0000
PART I.
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
Pal IPA Product Family |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Pal Hygiene Products Limited |
|
Indirizz |
Unit 5B & Unit 5H Fingal Bay Business Park K32 NY57 Balbriggan IE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0020463-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0020463-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
24.12.2019 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
30.11.2029 |
1.4. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Pal International Limited |
|
Indirizz tal-manifattur |
Unit 3 Mountpark, Victoria Road, Ellistown LE67 1FA Coalville, Leicestershire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Pal International Limited site 1 Unit 3 Mountpark, Victoria Road, Ellistown LE67 1FA Coalville, Leicestershire Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq |
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
Brenntag GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Messeallee 11 45131 Essen Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Brenntag GmbH site 1 Baton Rouge Chemical Plant (BRCP), Exxon Mobil Chemical Plant, 4999 Scenic Highway 70897 Baton Rouge, Louisiana L-Istati Uniti |
|
Sustanza attiva |
Propan-2-ol |
|
Isem tal-manifattur |
Brenntag GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Messeallee 11 45131 Essen Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Brenntag GmbH site 1 Haven 3222, Vondelingenweg 601 3196 KK Vondelingenplaat In-Netherlands |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
62,9 - 62,9 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL (kull likwidu ieħor) - Imsiħ RTU |
PART II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)
1. META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 1 identifikatur
|
Identifikatur |
Meta SPC: Meta SPC 1 - Pal IPA Product Family Wipes |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
62,9 - 62,9 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AL (kull likwidu ieħor) - Imsiħ RTU |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr. H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. P102: Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. P210: Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. Tpejjipx. P233: Żomm il-kontenitur magħluq sew. P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar. P264: Aħsel idejk sew wara li tużah. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. P303+P361+P353: JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew fuq ix-xagħar): Neħħi minnufih l-ilbies kontaminat kollu. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jekk tħossok ma tiflaħx. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. P370+P378: F’każ ta’ nar: Uża ragħwa reżistenti għall-alkoħol għat-tifi. P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut /kontenitur b’konformità mar-regolamenti lokali. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Table 1
Użu Professjonali
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
||||||||
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Bacteria Isem komuni: Bacteria Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Yeast Isem komuni: Yeast Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Mycobacteriaceae Isem komuni: Mycobacteria Istadju iżvilupp: - |
||||||||
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfettant ta’ ġewwa għall-użu kontra bakterja, mikobakterja u ħmira fuq uċuħ iebsa, mhux porużi fi kmamar bojod għal bijoteknoloġija, farmaċija, għall-produzzjoni ta’ tagħmir mediku mhux invażiv, industriji fil-qasam tal-kura tas-saħħa u applikazzjonijiet xjentifiċi kritiċi oħrajn marbuta mal-ħajja, u f’żoni industrijali tal-ikel u tat-tħejjija tal-għalf. |
||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Imsieħ Deskrizzjoni dettaljata: - |
||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: - Numru u ħin tal-applikazzjoni: Minuta 1 ta’ ħin ta’ kuntatt għal bakterja Minuta 1 ta’ kuntatt għal mikobakterja 3 minuti ta’ ħin ta’ kuntatt għal ħmira |
||||||||
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
||||||||
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Mesħiet impregnati b’100% polypropylene fi:
Mesħiet impregnati b’100% polyester fi:
|
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara taqsima 5.1
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara taqsima 5.2
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara taqsima 5.3
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara taqsima 5.4
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara taqsima 5.5
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
M’għandekx tuża fuq uċuħ sensittivi għall-alkoħol.
Temperatura tal-użu aċċettabbli (10-20°C)
F’uċuħ maħmuġin, naddaf il-wiċċ sew qabel tapplika
|
1. |
Segwi l-politika ta’ stima tar-riskju maqbul dwar l-użu ta’ PPE (Tagħmir Personali Protettiv). |
|
2. |
Agħżel it-tip ta’ dispenser u ddispensa l-mesħa. |
|
3. |
Imsaħ il-wiċċ f’għamla ta’ ‘S’ billi tgħaddi min-nadif għal maħmuġ. Uża l-mesħa b’mod ċatt u mhux mgħaffġa. M’għandekx tgħaddi fuq l-istess parti darbtejn bl-istess mesħa. |
|
4. |
Uża mesħa friska jekk il-mesħa titħammeġ jew tixxotta. |
|
5. |
Kun żgur li xxarrab l-uċuħ sew |
|
6. |
Msiħ użat għandu jintrema f’reċipjent magħluq. |
|
7. |
Ħalli l-wiċċ jinxef qabel tuża. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Aħsel l-idejn u l-ġilda esposta qabel l-ikliet u wara l-użu.
Evita l-kuntatt ma’ l-għajnejn.
Meta ssir diżinfezzjoni f’żoni fejn membri tal-pubbliku jistgħu jkunu preżenti, il-persuni għandhom jiġu evitati milli jidħlu fil-kamra sakemm il-kamra tkun ivventilata sew.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Kuntatt mal-għajn: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni ta’ l-għajnejn tibqa’: Ikkonsulta tabib.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi l-kontenut/kontenitur b’konformità mar-regolamenti lokali.
M’għandekx tifflaxxja l-mesħiet fit-tojlit. M’għandekx timmaċera.
Alkoħol residwali għandu jiġi żvojtat qabel ir-rimi tal-kontenitur.
Armi l-imsiħ użat fir-reċipjent xieraq tal-iskart skont l-linji gwida miftehma.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Żomm f’post frisk, xott bil-kurrenti għadejjin fil-kontenitur oriġinali.
Żomm il-kontenitur magħluq sew.
Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: Sentejn
6. INFORMAZZJONI OĦRA
Mesħiet tal-polypropylene jew polyester, 20-45 gsm, li fihom 1.7 – 7.5 ml tal-prodott (0.93 – 4.12 g propan-2-ol)
Il-prodott fih propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih valur ta’ riferiment Ewropew ta’ 129.28 mg/m3 għall-utent professjonali ġie maqbul u użat għall-istima ta’ riskju ta’ dan il-prodott.
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
Sirafan Alco Wipes |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
Alcodes GF maxi wipes |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Medipal Alcohol Disinfectant Wipes |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Pal Tech Precision 70% IPA Wipes |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Pal TX IPA Surface Disinfectant Wipes |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0020463-0001 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
Propan-2-ol |
|
Sustanza attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
62,9 % (w/w) |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/367/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)