15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/18/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 37d (id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32011 L 0018: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/18/UE tal-1 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/18/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.

(2)   ĠU L 57, 2.3.2011, p. 21.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.