<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-44/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0044</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:309">EU:C:2020:309</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C-44/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Repsol Petróleo</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑44/19</HT></P><P>Repsol Petróleo, SA</P><P>vs</P><P>Administración General del Estado</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (il‑Qorti Suprema, Spanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21(3)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-prodotti tal-enerġija użati fl-impjant li jimmanifattura prodotti tal-enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Manifattura simultanja ta’ prodotti tal-enerġija u ta’ prodotti oħra</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jarmonizza r-regoli bażiċi ta’ tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija filwaqt li jistabbilixxi wkoll livell minimu ta’ tali tassazzjoni. Madankollu din it-tassazzjoni ma tapplikax għall-użu ta’ prodotti tal-enerġija għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija oħra. Id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà kienu s-suġġett ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Turbogás</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑90/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Petrotel‑Lukoil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑68/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:933">EU:C:2019:933</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu la dawn id-dispożizzjonijiet u lanqas l-imsemmija ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jagħtu risposta għad-domanda dwar kif għandhom jiġu ttrattati prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija oħra f’każijiet fejn fil-kuntest ta’ din il-manifattura jinkisbu wkoll prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija. Il-kawża preżenti titratta din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas‑<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Flimkien mad-disposizzjonijiet ġenerali li jiddefinixxu l-att li jwassal għal ħlas u d-disposizzjonijiet imniżżla f’Direttiva [tal-Kunsill] 92/12/KEE [tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, u r-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="051M" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 51M, p. 90</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 210, p. 39</REF.DOC.OJ>)], l-ammont ta’ tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija għandha tiġi dovuta fl-okkorrenza ta’ wieħed mill-atti li jwassal għal ħlas msemmija fl-Artikolu 2(3).</ALINEA><?PAGE NO="2"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija f’żona tmiss ma stabilliment li jipproduċi prodotti ta’ enerġija ma għandux jiġi kkunsidrat bħala l-att li jwassal għal ħlas li jagħti lok għall-tassazzjoni, jekk il-konsum jikkonsisti fi prodotti ta’ enerġija magħmula fiż-żona ta’ l-isatbbiliment. Stati membri jistgħu jikkonsidraw ukoll il-konsum ta’ l-elettriku u prodotti oħra ta’ enerġija li ma jiġux magħmula fiż-żona ta’ stabbiliment bħal dan u l-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriku fiż-żona tmiss ma stabbbiliment fejn issir produzzjoni ta’ karburanti biex jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ elettriku li ma jagħtux lok għal l-att li jwassal għal ħlas. Fejn il-konsum isir għall-skopijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija u b’mod partikolari għall-propulsjoni ta’ vetturi, dan għandu jiġi kkonsidrat bħala l-att li jwassal għal ħlas, li jagħti lok għall-tassazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 47(1)(b) tal-Ley 38/1992, de Impuestos Especiales (il-Liġi 38/1992 fuq id-Dazji tas-Sisa) tat‑<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE> jipprevedi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>BOE Nru 312 tad-<DATE ISO="19921229">29 ta’ Diċembru 1992</DATE>, p. 44305.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ma humiex suġġetti għad-dazju l-awtokonsum li jinvolvi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-użu ta’ żjut minerali bħala kombustibbli fil-proċess ta’ manifattura ta’ żjut minerali taħt sistema ta’ sospensjoni ta’ ġbir tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandapreliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Repsol Petróleo SA, kumpannija rreġistrata taħt id-dritt Spanjol (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Repsol<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), topera, fost oħrajn, fil-qasam tal-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija fil-proċess ta’ raffinazzjoni taż-żejt naturali. F’dan il-proċess, minbarra prodotti tal-enerġija, jirriżultaw numru ta’ prodotti oħra bħall-kubrit, frazzjonijiet tqal ta’ żejt naturali jew idrokarbur aromatiku, kif ukoll fwar tal-ilma. Sussegwentement dawn il-prodotti jinbiegħu u jintużaw fl-industrija kimika, u jintużaw ukoll parzjalment mill-ġdid fil-proċess ta’ manifattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE> l-awtoritajiet tat-taxxa Spanjoli taw deċiżjoni kontra Repsol fejn ordnatha tħallas id-dazju tas-sisa għaż-żjut minerali għas-snin ta’ taxxa 2007 u 2008 minħabba l-użu minn din il-kumpannija taż-żjut minerali mmanifatturati minnha nnifisha bħala kombustibbli fil-proċess ta’ manifattura, fejn f’dan il-proċess irriżultaw prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija. L-awtoritajiet tat-taxxa qiesu li ż-żjut minerali użati fil-proċess ta’ manifattura għandhom effettivament ikunu suġġetti għal tassazzjoni proporzjonalment għall-kwantità tal-prodotti l-oħra li ma humiex prodotti tal-enerġija li jirriżultaw f’dan il-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-kontestazzjoni ta’ Repsol għal din id-deċiżjoni ġiet miċħuda, fil-proċedimenti amministrattivi kif ukoll fl-ewwel istanza tal-proċeduri ġudizzjarji. Id-deċiżjonijiet kienu bbażati, b’mod partikolari, fuq il-ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), li skontha l-awto‑konsum ta’ prodotti tal-enerġija ma huwiex suġġett għat-taxxa biss sa fejn iservi għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija oħra. Din il-ġurisprudenza ġiet iffurmata fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li kienu jikkostitwixxu t-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad‑<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE> dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq żjut minerali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>). Id-direttiva ġiet imħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2003/96.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Repsol ippreżentat appell fil-kassazzjoni mis-sentenza fl-ewwel istanza tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Artikolu 21.3 tad-Direttiva 2003/96 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġu suġġetti għat-taxxa speċjali fuq iż-żjut minerali, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ awto-konsum ta’ prodotti tal-enerġija, imwettqa fl-impjanti tal-produttur, fil-proporzjon li fih jinkisbu prodotti mhux tal-enerġija.</P><P>Jew inkella, għall-kuntrarju, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li jiġi eskluż mit-tassazzjoni l-użu ta’ prodotti tal-enerġija li huma meqjusa neċessarji sabiex jinkisbu l-prodotti tal-enerġija finali jimpedixxi t-tassazzjoni tal-istess awto-konsum sa fejn dan iwassal għall-kisba ta’ prodotti oħra mhux tal-enerġija, anki jekk din il-produzzjoni tkun residwa u sseħħ b’mod inevitabbli bħala konsegwenza tal-proċess ta’ produzzjoni nniffsu?<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>. Saru osservazzjonijiet bil-miktub minn Repsol, il-Gvern Spanjol, il-Gvern Ċek kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea. Repsol, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni ġew irrappreżentati fis-seduta li nżammet fl‑<DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari f’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija jinkisbu wkoll, inevitabbilment, prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija, il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għal tali manifattura ma għandux jitqies bħala fatt li jagħti lok għal xi tip ta’ obbligu fiskali, sew jekk kompletament jew proporzjonalment biss, għall-parti ta’ dak il-proċess li minnu jirriżultaw prodotti tal-enerġija b’esklużjoni tal-partijiet li jikkorrispondu għal prodotti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Qabel kollox jeħtieġ li jiġi osservat li l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu struttura kumplessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tiegħu tiddikjara li ma għandux jiġi rrikonoxxut bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali l-hekk imsejjaħ awto-konsum ta’ prodotti tal-enerġija, jiġifieri l-konsum ta’ prodotti fl-impjant li jkun ipproduċihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>It-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Istati Membri ma jirrikonoxxux bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali anki l-konsum ta’ prodotti tal-enerġija (kif ukoll l-elettriku) fl-impjant ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija, li ma jkunux ġew prodotti fl-istess impjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett it-tielet sentenza tistipula li r-regolamentazzjoni msemmija iktar ’il fuq ma hijiex applikabbli f’sitwazzjonijiet fejn il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija jservi għal skopijiet oħra minbarra għall-manifattura ta’ tali prodotti, bħal pereżempju għall-propulsjoni ta’ vetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Mit-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 jista’ <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> jinsilet li huwa biss il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għall-manifattura ta’ tali prodotti li ma jitqiesx (jew li jista’ ma jitqiesx) bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-formulazzjoni tad-dispożizzjoni ekwivalenti li tippreċedi dik inkwistjoni, jiġifieri l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81, li kienet tipprovdi li l-konsum ta’ żjut minerali fl-impjant ta’ manifattura ta’ żjut minerali ma huwiex meqjus bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>jekk isir għall-finijiet [ta’ din] il-manifattura<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Din id-dispożizzjoni kienet tinkludi wkoll id-dispożizzjoni ekwivalenti<?PAGE NO="4"?> għal dik li tinsab fit-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Min-naħa l-oħra d-Direttiva 92/81 ma kinitx tinkludi awtorizzazzjoni għall-Istati Membri bħal dik fl-attwali tieni sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà spjegajt fl-introduzzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 ma jipprevedix jekk u sa fejn, għall-finijiet ta’ proċess ta’ manifattura li minnu jirriżultaw simultanjament prodotti tal-enerġija u prodotti oħra, il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għandu jiġi kkunsidrat bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Jidher li huwa possibbli li jiġu aċċettati żewġ tipi differenti ta’ raġunament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Minn naħa, kif ġustament jinnota l-Gvern Ċek fl-osservazzjonijiet tiegħu, interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 tista’ twassal għall-konklużjoni li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha ssir applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-prodotti tal-enerġija kollha użati fil-proċess ta’ manifattura applikat minn Repsol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-fatt din id-dispożizzjoni ssemmi biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[i]l-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija f’żona tmiss ma stabilliment li jipproduċi prodotti ta’ enerġija<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, filwaqt li t-tielet sentenza tagħha teskludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-konsum […] għall-skopijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-informazzjoni li tinsab fid-digriet tar-rinviju kif ukoll fl-osservazzjonijiet tal-partijiet, fil-proċess ta’ raffinazzjoni taż-żejt naturali l-prodotti tal-enerġija li jintużaw għat-tisħin tiegħu għat-temperatura meħtieġa f’dan il-proċess jintużaw kollha kemm huma għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija. Il-kisba simultanja ta’ prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija hija sempliċement riżultat residwu u inevitabbli ta’ dan il-proċess. Il-kisba ta’ dawn il-prodotti hija element inerenti għall-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija u għaldaqstant għandu jitqies li l-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw f’dan il-proċess teknoloġiku jservu għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija. Il-formulazzjoni litterali tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 tkun tindika li ġaladarba l-prodotti tal-enerġija msemmija iktar ’il fuq jintużaw fl-intier tagħhom għall-finijiet ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija, dawn għandhom ukoll jitqiesu li huma koperti fl-intier tagħhom mir-regolamentazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni ġustament Repsol, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 tista’ tiġi kkorroborata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>jista’ jiġi dedott mill-formulazzjoni negattiva tat-tielet sentenza ta’ din id-dispożizzjoni li din hija intiża biss sabiex teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eċċezzjoni l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi li <HT TYPE="ITALIC">ma għandhom ebda rabta mal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> kif ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-konsum ta’ prodotti enerġetiċi ma jistax, mis-sempliċi fatt tal-modalitajiet tiegħu, jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-imsemmija eċċezzjoni, <HT TYPE="ITALIC">sa fejn dan jikkontribwixxi għall-proċess teknoloġiku tal-manifattura ta’ prodotti enerġetiċi</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Petrotel‑Lukoil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑68/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:933">EU:C:2019:933</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> (enfasi miżjuda minni)).</P></NOTE>. Huwa diffiċli li wieħed jiċħad li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali l-prodotti tal-enerġija li jintużaw fil-proċess teknoloġiku ma humiex prodotti tal-enerġija li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ma għandhom ebda rabta mal-produzzjoni ta’ prodotti enerġetiċi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kif ukoll li jikkontribwixxu bis-sħiħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>għall-proċess teknoloġiku tal-manifattura ta’ prodotti enerġetiċi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra din l-interpretazzjoni, anki jekk hija aċċettabbli fid-dawl tal-formulazzjoni litterali tad-dispożizzjoni tad-direttiva inkwistjoni, ma tiħux inkunsiderazzjoni aspetti sistemiċi suffiċjenti għall-interpretazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>It-teħid inkunsiderazzjoni tal-aspetti sistemiċi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija meħtieġa mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, fir-rigward tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u tkun tagħti lok għal nuqqas ta’ tassazzjoni mhux iġġustifikat ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura ta’ prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’sitwazzjoni fejn fil-proċess ta’ manifattura jinħolqu kemm prodotti tal-enerġija kif ukoll prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija, tali proċess ta’ manifattura għandu jitqies bħala l-manifattura simultanja ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa irrilevanti li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali l-manifattura ta’ prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija tkun ta’ natura residwa u inevitabbli, jiġifieri dan ma huwiex l-għan tal-proċess ta’ manifattura inkwantu tali, iżda pjuttost l-effett inevitabbli tiegħu. Sa fejn prodotti li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura jkollhom valur fis-suq u jistgħu jinbiegħu mill-manifattur tagħhom dawn il-prodotti jsiru merkanzija għal dan tal-aħħar, jiġifieri sors potenzjali ta’ dħul. Għalhekk il-punt dwar jekk il-manifattura tagħhom issirx b’mod intenzjonali jew jekk isseħħx biss bħala effett inevitabbli tal-manifattura ta’ prodotti oħra ma huwiex rilevanti. Mill-perspettiva ta’ tassazzjoni dawn iż-żewġ każijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Dan huwa meħtieġ mill-prinċipju ta’ ugwaljanza u mill-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni mhux distorta. Ikun mod ieħor biss li kieku prodotti oħra li jirriżultaw mill-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija jkollhom biss valur fis-suq negliġibbli jew li kieku ma kellhom ebda valur u jkunu jikkostitwixxu biss spiża għall-manifattur. Għaldaqstant ma nikkondividix il-fehma ta’ Repsol li f’dan il-każ huwa deċiżiv l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>għan prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tal-attività ekonomika. L-attività ekonomika hija suġġetta għal dispożizzjonijiet legali, inklużi dispożizzjonijiet dwar tassazzjoni, mhux b’riżultat tal-għan ta’ din l-attività iżda pjuttost minħabba l-essenza reali u l-effetti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 jippermetti li l-konsum ta’ prodotti tal-enerġija ma jiġix ikkunsidrat bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali biss sa fejn dan il-konsum iservi għall-manifattura ta’ prodotti finali li sussegwentement ikunu suġġetti għal tassazzjoni taħt din id-direttiva bħala prodotti tal-enerġija intiżi għal użu bħala karburant jew bħala kombustibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madankollu l-użu ta’ prodotti tal-enerġija bħala kombustibbli fil-proċess ta’ manifattura jkun suġġett għal tassazzjoni jekk il-prodott finali ma jkunx prodott enerġetiku jew ma jkunx intiż għal użu bħala karburant jew bħala kombustibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija f’dan l-aħħar każ ikun joħloq lakuna fis-sistema ta’ tassazzjoni stabbilita bis-saħħa tad-Direttiva 2003/96 billi prodotti li bħala prinċipju għandhom ikunu suġġetti għal tali tassazzjoni ma jiġux intaxxati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-assenza ta’ tassazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma tiġix paċuta bit-tassazzjoni ta’ prodotti finali mmanifatturati b’tal-ewwel inkwantu dawn il-prodotti finali ma jkunux jagħtu lok għal tassazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għalhekk il-koerenza tas-sistema ta’ tassazzjoni stabbilita bis-saħħa tad-Direttiva 2003/96 tirrikjedi tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija użati fil-proċess ta’ manifattura sa fejn f’dan il-proċess jinkisbu prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa minnu li kif spjegajt fil-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’waħda mill-kawżi li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 li din id-dispożizzjoni ma tapplikax biss f’każijiet ta’ użu ta’ prodotti tal-enerġija għal skopijiet li ma jkollhom ebda rabta mal-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Petrotel‑Lukoil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑68/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:933">EU:C:2019:933</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, is-sitwazzjoni tkun differenti fil-każ ta’ manifattura simultanja, bħala parti mill-istess uniku proċess teknoloġiku, ta’ prodotti tal-enerġija kif ukoll prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih ingħatat l-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kawża Petrotel‑Lukoil kienet tirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għall-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ fwar tal-ilma li min-naħa tiegħu kien jintuża, fost oħrajn, fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija. Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li bl-applikazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni huma esklużi biss sitwazzjonijiet li fihom prodotti tal-enerġija jintużaw għal skopijiet li ma humiex relatati mal-manifattura ta’ tali prodotti. Madankollu jekk dawn jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti intermedji, li min-naħa tagħhom sussegwentement jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija, din id-dispożizzjoni tkun għal kollox applikabbli. Madankollu ma kienx hemm dubju li l-prodotti finali fil-proċess ta’ manifattura inkwistjoni fil-kawża Petrotel-Lukoil huma prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-kawża preżenti tittratta sitwazzjoni differenti, b’mod speċifiku, il-proċess ta’ manifattura simultanja ta’ prodotti tal-enerġija u prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija. Għalhekk il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Petrotel‑Lukoil ma jistgħux jiġu awtomatikament trasposti għall-kawża inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Analoġija iktar simili għall-kawża inkwistjoni tista’ tinsilet mill-kawża Cristal Union<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din il-kawża kienet tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk eżenzjoni mit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni tal-elettriku, prevista fl-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, tapplikax ukoll għall-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni simultanja ta’ elettriku u ta’ sħana fi proċess ta’ koġenerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Filwaqt li f’dik il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja ma interpretatx l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 din l-interpretazzjoni tifforma l-bażi għal analoġija utli għall-kawża preżenti minħabba li din kienet tirrigwarda eżenzjoni mit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura simultanja ta’ enerġija li tagħti dritt għal tali eżenzjoni (jiġifieri elettriku) u enerġija li ma tagħtix tali dritt (sħana). Din l-analoġija hija ulterjorment iġġustifikata inkwantu l-mekkaniżmu ta’ koġenerazzjoni huwa bbażat fuq l-idea ta’ użu b’mod effettiv u ekonomikament vijabbli tal-enerġija li tirriżulta mill-proċess ta’ manifattura ta’ tip ieħor ta’ enerġija li b’teknoloġija klassika ta’ manifattura ma kinitx tintuża u kienet tintilef. Bl-istess mod din il-kawża tirrigwarda prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija, li l-produzzjoni tagħhom hija effett residwu u inevitabbli tal-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija, li għandhom applikazzjoni ekonomika u li konsegwentement għandhom valur fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-kawża Cristal Union il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex dubji li l-eżenzjoni mit-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni tal-elettriku, li hija ta’ natura mandatorja, hija applikabbli fir-rigward tal-koġenerazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dispożittiv).</P></NOTE>. Madankollu barra minn hekk ma kienx hemm dubju li din l-eżenzjoni hija applikabbli biss għal dik il-parti ta’ prodotti tal-enerġija li tintuża fil-proċess ta’ koġenerazzjoni li sservi għall-produzzjoni ta’ elettriku proporzjonalment mal-ammont ta’ dan l-elettriku relattiv għall-produzzjoni simultanja ta’ sħana. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’dan il-mod minkejja li fil-proċess teknoloġiku ta’ koġenerazzjoni l-prodotti tal-enerġija kollha użati f’dan il-proċess iservu kemm għall-produzzjoni tal-elettriku kif ukoll tas-sħana. Ma huwiex possibbli li tiġi identifikata l-kwantità speċifika ta’ dawn il-prodotti li sservi għall-produzzjoni ta’ tip jew ieħor ta’ enerġija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja titratta l-kwistjoni dwar diffikultajiet eventwali fil-kalkolu tal-proporzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija għal kull wieħed mit-tipi ta’ enerġija prodotta.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-prinċipju li fil-każ ta’ manifattura simultanja ta’ prodotti li jagħtu dritt għal eżenzjoni użati għal tali manifattura ta’ prodotti tal-enerġija u ta’ prodotti li ma jagħtux lok għal dan id-dritt, l-eżenzjoni għandha tkun proporzjonali għall-ammont ta’ kull kategorija ta’ prodotti finali li jirriżultaw minn dan il-proċess ta’ manifattura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Inqis li għandu jiġi applikat prinċipju analogu għall-kawża inkwistjoni. F’sitwazzjoni ta’ manifattura simultanja ta’ prodotti tal-enerġija u ta’ prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija l-konsum ta’ prodotti tal-enerġija bil-għan ta’ din il-manifattura ma huwiex irrikonoxxut, fuq il-bażi tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali, iżda dan biss għal dak il-proporzjon li jikkorrispondi għall-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija mmanifatturati f’dan il-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-istess waqt jeħtieġ li jiġi osservat li l-manifattur ta’ prodotti tal-enerġija li jkun jinsab f’sitwazzjoni bħal Repsol b’ebda mod ma huwa ppreġudikat bit-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija użati minnu fil-proporzjon li jikkorrispondi għall-proporzjon ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija mmanifatturati simultanjament. Fil-fatt, sa fejn il-prodotti tal-enerġija jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija, dawn jibbenefikaw bis-sħiħ mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96. Madankollu, fl-ambitu tal-manifattura ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija, it-taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija użati għal din il-manifattura, inkwantu taxxa indiretta, tista’ tiġi kollha kemm hi paċuta mal-prezz ta’ dawk il-prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija mibjugħa fis-suq, bħalma huwa l-każ tal-prodotti l-oħra kollha li għall-manifattura tagħhom jintużaw prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Tali soluzzjoni hija barra minn hekk meħtieġa mill-perspettiva tar-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-fatt jista’ jirriżulta li l-prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija mmanifatturati simultanjament ma’ prodotti tal-enerġija fi proċess teknoloġiku wieħed ikunu jinsabu f’kompetizzjoni ma’ prodotti simili li ma jkunux immanifatturati f’tali proċess ta’ manifattura konġunta u li għall-manifattura tagħhom madankollu jintużaw prodotti tal-enerġija. Madankollu dawn il-prodotti tal-enerġija jiġu intaxxati skont il-prinċipji ġenerali u konsegwentement prodotti tal-enerġija użati fil-proċess ta’ manifattura konġunta għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Dan ma jgħoddx biss għall-prodotti effettivament immanifatturati fil-proċess teknoloġiku applikat minn Repsol iżda għall-prodotti kollha li fil-preżent jew fil-futur jiġu jew jistgħu jiġu mmanifatturati simultanjament ma’ kwalunkwe prodotti tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ma huwiex importanti li l-manifattura ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija tkun effett residwu u inevitabbli tal-manifattura ta’ din it-tieni kategorija ta’ prodotti u lanqas li l-manifattura tagħhom, bħal pereżempju l-estrazzjoni ta’ kubrit fil-proċess ta’ desulfurizzazzjoni, tiġi imposta permezz ta’ regolamentazzjoni li jkollha bħala għan il-protezzjoni tal-ambjent. Kull imprenditur li għandu attività ekonomika f’qasam speċifiku għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż u l-limitazzjonijiet ta’ din l-attività. Iċ-ċirkustanza li fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija speċifiċi inevitabbilment jinkisbu wkoll ċerti prodotti li ma jkunux prodotti tal-enerġija hija fatt ġeneralment magħruf li jikkundizzjona dan it-tip ta’ attività, u l-possibbiltà li dawn l-aħħar prodotti jinbiegħu fis-suq hija komponent mill-kalkolu ekonomiku ta’ din l-attività. Bl-istess mod dan il-kalkolu għandu jinkludi t-tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura fi proporzjon li jikkorrispondi għall-proporzjon ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija miksuba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk ma nikkondividix il-fehma ta’ Repsol li l-bidla fil-formulazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 fil-konfront tal-formulazzjoni tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81 tirrikjedi bidla fl-interpretazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81 kien jipprovdi li l-konsum ta’ żjut minerali fl-impjant ta’ manifattura ta’ tali żjut ma huwiex meqjus bħala fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jekk [dan il-konsum] isir għall-finijiet tal-manifattura<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ dawn iż-żjut. It-tieni subpragrafu ta’ dan il-paragrafu kien jispeċifika sussegwentement li l-konsum għal skopijiet mhux relatati ma’ din il-manifattura jitqies li huwa fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali. Din id-dispożizzjoni għamlet distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ konsum ta’ żjut minerali: dak għal skopijiet relatati mal-manifattura ta’ dawn iż-żjut u dak mhux għal skopijiet relatati ma’ din il-manifattura. Dawn il-kategoriji kienu fl-istess waqt skonnessi u eżawrjenti: ma kienu previsti la sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt iż-żewġ kategoriji u lanqas sitwazzjonijiet li ma jaqgħu taħt ebda waħda minnhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 ma jbiddilx dan. Huwa minnu li fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu 3, li huwa l-ekwivalenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81, titħalla barra r-riżerva li l-konsum għandu jseħħ għal skopijiet relatati mal-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija. Madankollu din ir-riżerva nżammet fit-tielet sentenza tad-dispożizzjoni inkwistjoni, li hija l-ekwivalenti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81 u l-formulazzjoni tagħha hija essenzjalment identika. Il-leġiżlatur tal-Unjoni qies b’mod ċar, fil-fehma tiegħi korrettament, li r-ripetizzjoni ta’ din l-istess riżerva fiż-żewġ sentenzi hija superfluwa. Peress li effettivament it-tielet sentenza teskludi l-każijiet ta’ konsum ta’ prodotti tal-enerġija għal skopijiet mhux marbuta ma’ manifattura, dan inevitabbilment ifisser li l-ewwel sentenza tirrigwarda biss każijiet ta’ konsum marbuta mal-imsemmija manifattura. Għalhekk it-tifsira tal-ewwel u tat-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 hija l-istess bħal tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ħlief, ovvjament, għall-estensjoni tal-portata tal-prodotti koperti mid-Direttiva 2003/96.</P></NOTE>. Barra minn hekk, xejn ma jinbidel bl-inklużjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, li sempliċement testendi l-elenku ta’ każijiet ta’ konsum ta’ prodotti tal-enerġija li ma humiex meqjusa li huma fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali. Dan ma jibdilx il-fatt li l-konsum għandu jkun bil-għan tal-manifattura ta’ tali prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk hawnhekk ma hemm ebda bidla fil-loġika li għaliha tagħmel riferiment Repsol fl-osservazzjonijiet tagħha. Skont l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 92/81 it-tassazzjoni tal-awto-konsum ta’ żjut minerali missha kienet ir-regola u n-nuqqas ta’ tassazzjoni tagħhom l-eċċezzjoni. Min-naħa l-oħra, fuq il-bażi tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96, in-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-awto-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għandha tkun ir-regola u t-tassazzjoni tagħhom – f’każijiet fejn il-konsum ma huwiex marbut mal-manifattura ta’ dawn il-prodotti – l-eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa diffiċli li wieħed jaqbel ma’ din il-pożizzjoni. Kemm fuq il-bażi tad-Direttiva 92/81 kif ukoll fuq dik tad-Direttiva 2003/96 il-loġika hija waħda, jiġifieri, li r-regola hija t-tassazzjoni, rispettivament, ta’ żjut minerali jew ta’ prodotti tal-enerġija, filwaqt li n-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-awto-konsum ta’ dawn il-prodotti hija eċċezzjoni li tapplika suġġett għall-kundizzjoni li dan il-konsum iseħħ għal skopijiet relatati mal-manifattura ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, b’mod partikolari l-koerenza tas-sistema ta’ tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija stabbilita bis-saħħa tad-Direttiva 2003/96, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi protetta l-kompetizzjoni mhux distorta fis-suq tal-merkanzija li għall-produzzjoni tagħha jintużaw prodotti tal-enerġija, fil-fehma tiegħi jirrikjedu interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva f’sens li jmur lil hinn mill-konklużjonijiet li jistgħu jinsiltu biss mill-formulazzjoni litterali ta’ din id-dispożizzjoni. Jeħtieġ li jiġi osservat li din il-formulazzjoni ma tagħtix tweġiba inekwivoka għall-mistoqsija dwar il-mod xieraq ta’ tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura simultanja ta’ prodotti tal-enerġija u prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija. Għalhekk hawnhekk ma hijiex kwistjoni ta’ interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>, iżda biss kwistjoni li jiġu pprovduti l-elementi ta’ interpretazzjoni sistemika tal-konklużjonijiet li jirriżultaw minn interpretazzjoni litterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija jinkisbu wkoll, inevitabbilment, prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija, il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għall-iskopijiet ta’ din il-manifattura ma għandux jitqies li huwa fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali b’rabta ma’ dak il-proporzjon ta’ dawn il-prodotti li miegħu jikkorrispondi l-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija mmanifatturati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi osservat ukoll li l-Artikolu 21(3) tad-direttiva kkonċernata japplika biss għall-prodotti tal-enerġija użati għall-manifattura ta’ prodotti tal-enerġija intiżi għal użu bħala karburant jew bħala kombustibbli. Għalhekk, prodotti tal-enerġija użati mhux biss għall-manifattura ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva iżda wkoll għall-manifattura ta’ prodotti li effettivament jissodisfaw id-definizzjoni li tinsab fl-artikolu msemmi, iżda li fir-rigward tagħhom id-Direttiva 2003/96 ma tapplikax, konformement mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tagħha peress li dawn ma humiex intiżi għal użu bħala karburant jew bħala kombustibbli. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Koppers Denmark</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:395">EU:C:2018:395</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dispożittiv).</P></NOTE>. Għaldaqstant bi prodotti tal-enerġija wieħed għandu jifhem biss prodotti suġġetti għas-sistema ta’ tassazzjoni stabbilita bis-saħħa tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96 li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija rregolati mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 din id-determinazzjoni tibqa’ taħt il-kompetenza tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, bl-istess mod, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu din il-kwistjoni kienet is-suġġett ta’ diskussjoni waqt is-seduta u għalhekk jeħtieġ li jsiru l-osservazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, sa fejn il-prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija miksuba fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija sussegwentement jerġgħu jintużaw f’dan il-proċess ta’ manifattura (bħal pereżempju fil-każ tal-fwar tal-ilma), dawn jitqiesu li huma prodott intermedju li l-manifattura tiegħu tiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Petrotel‑Lukoil</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑68/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:933">EU:C:2019:933</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv 1).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tieni nett nikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li l-iktar mod adegwat biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija li jibbenefikaw mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96 isir b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantità ta’ prodotti finali mmanifatturati għal kull kategorija, u mhux, pereżempju, għall-valur fis-suq tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Din hija l-fehma tiegħi iżda, kif issostni l-Kummissjoni, mhux minħabba li t-taxxa fuq il-prodotti tal-enerġija hija kkalkolata fuq il-kwantità ta’ dawn il-prodotti. Din it-taxxa effettivament tapplika għall-prodotti tal-enerġija li jintużaw bħala karburant fil-proċess ta’ manifattura u mhux għall-prodotti finali ta’ din il-manifattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu il-metodu bbażat fuq il-proporzjon ta’ kategoriji individwali ta’ prodotti finali jippermetti li jiġi rifless bl-aħjar mod is-sehem tal-prodotti tal-enerġija fil-proċess ta’ manifattura ta’ kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti finali. L-ammont ta’ prodotti tal-enerġija meħtieġa huwa pjuttost iktar marbut ma’ kull ammont ta’ prodotti finali individwali milli mal-valur tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif tenfasizza ġustament Repsol, peress li ma huwiex possibbli li jsir kalkolu eżatt tal-ammonti ta’ konsum ta’ prodotti tal-enerġija għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti finali, minħabba li fil-proċess ta’ raffinazzjoni ta’ żejt naturali kull prodott finali li jirriżulta jinkiseb taħt temperaturi differenti, fil-fehma tiegħi l-metodu kwantitattiv jippermetti approssimazzjoni raġonevoli tal-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija meħtieġa għall-kisba ta’ kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan il-metodu ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ limitu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> speċifiku fid-dritt nazzjonali li permezz tiegħu kwantità ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija użati fil-proċess ta’ manifattura ssir tant insinjifikanti li tista’ titħalla barra u l-prodotti tal-enerġija kollha użati f’dan il-proċess jistgħu jkunu suġġetti għall-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96. Madankollu l-limitu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> ma jsolvix il-problema tal-kalkolu tal-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija suġġetti għal din ir-regolamentazzjoni f’sitwazzjonijiet fejn il-kwantità mmanifatturata ta’ prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija teċċedi dan il-limitu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">I. Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq, nipproponi r-risposta li ġejja għad-domanda preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja):</TXT><P>L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas‑<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandu jiġi interpretat fis-sens li f’sitwazzjoni fejn fil-proċess ta’ manifattura ta’ prodotti tal-enerġija jinkisbu wkoll, inevitabbilment, prodotti li ma humiex prodotti tal-enerġija, il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija għall-iskopijiet ta’ din il-manifattura ma għandux jitqies li huwa fatt li jagħti lok għal obbligu fiskali b’rabta ma’ dak il-proporzjon ta’ dawn il-prodotti li miegħu jikkorrispondi l-proporzjon ta’ prodotti tal-enerġija mmanifatturati.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>