<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-131/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0131</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:91">EU:T:2019:91</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190214">14.2.2019</DATE> – Kawżi T-131/16 u T-263/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija fiskali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi T‑131/16 u T‑263/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, inizjalment irrappreżentat minn C. Pochet, M. Jacobs u J.-C. Halleux, sussegwentement minn C. Pochet u J.‑C. Halleux, bħala aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán u M. Clayton, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fil-Kawża T‑131/16,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda</HT>, inizjalment irrappreżentata minn E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, sussegwentement minn K. Duggan, M. Browne u M. Joyce u finalment minn A. Joyce u J. Quaney, bħala aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, B. Doherty u S. Kingston, barristers,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fil-Kawża T‑131/16,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Magnetrol International</HT>, stabbilita f’Zele (il-Belġju,) irrappreżentata minn H. Gilliams u J. Bocken, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fil-Kawża T‑263/16,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn P.‑J. Loewenthal u B. Stromsky, sussegwentement minn P.‑J. Loewenthal u F. Tomat, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandhom bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-<DATE ISO="20160111">11 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="61" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 260, p. 61</REF.DOC.OJ>),</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla Estiża),</P><P>komposta minn M. van der Woude, President, V. Tomljenović (Relatur), E. Bieliūnas, A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest ġuridiku</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-Kodiċi tat-Taxxi fuq id-Dħul tal-1992</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fil-Belġju, ir-regoli dwar it-tassazzjoni tad-dħul huma kkodifikati fil-code des impôts sur les revenus de 1992 (il-Kodiċi tat-Taxxi fuq id-Dħul tal-1992, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>CIR 92<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Skont l-Artikolu 1(1) taċ-CIR 92, hija stabbilita bħala taxxa fuq id-dħul, b’mod partikolari, taxxa fuq id-dħul globali tal-kumpanniji residenti, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>taxxa fuq il-kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod speċifiku, tal-bażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji, l-Artikolu 185 taċ-CIR 92 jipprevedi li l-kumpanniji għandhom jiġu ntaxxati fuq l-ammont totali tal-profitti tagħhom, inklużi d-dividendi mqassma.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE> ġiet adottata l-loi modifiant le régime des sociétés en matière d’impôts sur les revenus et instituant un système de décision anticipée en matière fiscale (il-Liġi li Temenda s-Sistema tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Kumpanniji u li Tistabbilixxi Sistema ta’ Deċiżjoni bil-Quddiem fil-Qasam Fiskali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). L-Artikolu 20 ta’ din il-liġi jipprevedi li s-service public fédéral des finances (id-Dipartiment Pubbliku Federali tal-Finanzi, il-Belġju) għandu jieħu pożizzjoni permezz ta’ deċiżjoni bil-quddiem dwar kwalunkwe talba li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-liġijiet fiskali. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni bil-quddiem<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> huwa ddefinit bħala l-att legali li permezz tiegħu d-Dipartiment Pubbliku Federali tal-Finanzi jiddetermina, konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, kif il-liġi ser tiġi applikata għal sitwazzjoni jew għal tranżazzjoni partikolari li ma jkunx għadhom kellhom effetti fiskali. Barra minn hekk, huwa indikat li d-deċiżjoni bil-quddiem ma tistax tagħti eżenzjoni mit-taxxa jew tnaqqis tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE> jipprevedi li deċiżjoni bil-quddiem ma tistax tingħata, b’mod partikolari, meta t-talba tikkonċerna sitwazzjonijiet jew tranżazzjonijiet identiċi għal dawk li diġà kellhom effetti fiskali fir-rigward tal-persuna li tressaq it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 23 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE> jipprovdi li, ħlief fil-każijiet fejn dan ikun iġġustifikat mis-suġġett tat-talba, id-deċiżjoni bil-quddiem għandha tingħata għal perijodu li ma jistax jaqbeż il-ħames snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE> li temenda ċ-CIR 92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tal-loi du 21 juin 2004, modifiant le CIR 92 et la loi du 24 décembre 2002 (il-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE> li Temenda ċ-CIR 92 u l-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), ir-Renju tal-Belġju introduċa dispożizzjonijiet fiskali ġodda dwar it-tranżazzjonijiet transkonfinali ta’ entitajiet assoċjati fi grupp multinazzjonali, li jipprevedu b’mod partikolari aġġustament tal-profitti suġġetti għat-taxxa, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>aġġustament korrelattiv<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Espożizzjoni tal-motivi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-espożizzjoni tal-motivi fl-abbozz ta’ liġi ppreżentat mill-Gvern tar-Renju tal-Belġju lix-Chambre des députés (il-Kamra ta’ Deputati, il-Belġju), minn naħa, l-imsemmija liġi hija intiża li temenda ċ-CIR 92 sabiex jiġi inkluż fih, b’mod espliċitu, il-prinċipju ta’ distakkament, li huwa aċċettat b’mod ġenerali fuq livell internazzjonali. Min-naħa l-oħra, din il-liġi hija intiża li temenda l-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE> sabiex tagħti lis-service des décisions anticipées (is-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem, il-Belġju), il-kompetenza li jadotta dawn id-deċiżjonijiet. Il-prinċipju ta’ distakkament huwa introdott fil-leġiżlazzjoni fiskali Belġjana biż-żieda tal-paragrafu 2 fl-Artikolu 185 taċ-CIR 92, li huwa bbażat fuq it-test tal-Artikolu 9 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiku (OCDE) fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u fuq il-kapital. L-għan tal-Artikolu 185(2) taċ-CIR 92 huwa li jiġi żgurat li l-bażi taxxabbli tal-kumpanniji li huma suġġetti għat-taxxa fil-Belġju tkun tista’ tiġi aġġustata permezz ta’ aġġustamenti fir-rigward tal-profitti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet transkonfinali fi ħdan il-grupp, meta l-prezzijiet tat-trasferiment applikati ma jirriflettux il-mekkaniżmi tas-suq u l-prinċipju ta’ distakkament. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>aġġustament xieraq<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> introdott permezz tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 huwa ġġustifikat sabiex tiġi evitata jew imwaqqfa taxxa doppja (possibbli). Barra minn hekk, huwa indikat li dan l-aġġustament għandu jitwettaq każ b’każ fuq il-bażi tal-elementi disponibbli ppreżentati, b’mod partikolari, mill-persuna taxxabbli u li aġġustament korrelattiv għandu jitwettaq biss jekk l-amministrazzjoni fiskali tqis li l-aġġustament primarju magħmul fi Stat ieħor huwa ġġustifikat kemm bħala prinċipju u kemm fir-rigward tal-ammont tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Artikolu 185(2) taċ-CIR 92</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 185(2) taċ-CIR 92 jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[…] Għal żewġ kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali ta’ kumpanniji assoċjati u fir-rigward tar-relazzjonijiet transkonfinali reċiproċi tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta ż-żewġ kumpanniji jkunu marbuta, fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom, minn kundizzjonijiet miftiehma jew imposti fuqhom li huma differenti minn dawk li kienu jkunu miftiehma bejn kumpanniji indipendenti, il-profitti li, f’dawn il-kundizzjonijiet, kienu jkunu ġġenerati minn waħda minn dawn il-kumpanniji, iżda li ma setgħux jiġu ġġenerati minħabba dawn il-kundizzjonijiet, jistgħu jiġu inklużi fil-profitti ta’ din il-kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta, fil-profitti ta’ kumpannija jkunu inklużi profitti li jkunu inklużi wkoll fil-profitti ta’ kumpannija oħra, u meta l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu jiġu ġġenerati minn din il-kumpannija l-oħra li kieku l-kundizzjonijiet miftiehma bejn iż-żewġ kumpanniji kienu dawk li kienu jiġi miftiehma bejn kumpanniji indipendenti, il-profitti tal-ewwel kumpannija għandhom jiġu aġġustati b’mod xieraq.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq iċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Iċ-circulaire du <DATE ISO="20060704">4 juillet 2006</DATE> sur l’application du principe de pleine concurrence (iċ-Ċirkolari tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipju ta’ Distakkament, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) intbagħtet lill-uffiċjali tal-amministrazzjoni ġenerali fiskali, f’isem il-ministre des Finances (il-Ministru għall-Finanzi, il-Belġju), sabiex tingħata gwida dwar, b’mod partikolari, l-introduzzjoni tal-paragrafu 2 fl-Artikolu 185 taċ-CIR 92 u l-emendi korrispondenti fl-istess kodiċi. Din iċ-ċirkolari tenfasizza li dawn l-emendi, li daħlu fis-seħħ fid-<DATE ISO="20040719">19 ta’ Lulju 2004</DATE>, huma intiżi li jittrasponu fid-dritt fiskali Belġjan il-prinċipju ta’ distakkament u jikkostitwixxu l-bażi legali li tippermetti, fid-dawl tal-imsemmi prinċipju, l-aġġustament tal-profitt taxxabbli li jirriżulta minn relazzjonijiet transkonfinali fl-istess grupp bejn kumpanniji assoċjati li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, iċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> tindika li l-aġġustament pożittiv previst fl-Artikolu 185(2)(a) taċ-CIR 92 jippermetti żieda fil-profitti tal-kumpannija residenti li tagħmel parti minn grupp multinazzjonali sabiex jiġu inklużi l-profitti li l-kumpannija residenti kienet tiġġenera li kieku tranżazzjoni partikolari twettqet f’kuntest ta’ distakkament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din iċ-ċirkolari tosserva li l-aġġustament korrelattiv negattiv, previst fl-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, huwa intiż li tiġi evitata jew imwaqqfa taxxa doppja (possibbli). Huwa indikat li ebda kriterju ma jista’ jiġi stabbilit għal dan il-għan sa fejn dan l-aġġustament għandu jitwettaq każ b’każ fuq il-bażi tal-elementi disponibbli ppreżentati, b’mod partikolari, mill-persuna taxxabbli. Barra minn hekk, huwa indikat li għandu jitwettaq aġġustament korrelattiv biss jekk l-amministrazzjoni fiskali jew is-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem iqis li l-aġġustament huwa ġġustifikat bħala prinċipju u fir-rigward tal-ammont tiegħu. Huwa speċifikat ukoll li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 ma japplikax jekk il-profitt iġġenerat fl-Istat assoċjat ikun miżjud b’tali mod li jkun ikbar mill-profitt li kien jiġi ġġenerat li kieku kien applikat il-prinċipju ta’ distakkament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, bi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, il-Ministru għall-Finanzi, l-ewwel nett, ikkonferma li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 jikkonċerna s-sitwazzjoni fejn tkun ittieħdet deċiżjoni bil-quddiem dwar metodu intiż li jinkiseb profitt ta’ distakkament. It-tieni nett, huwa kkonferma li l-profitti indikati fir-rapporti finanzjarji Belġjani ta’ grupp internazzjonali li għandu preżenza fil-Belġju u li jaqbżu l-profitti ta’ distakkament ma kellhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli fil-Belġju. Fl-aħħar nett, huwa approva l-pożizzjoni li ma kienx il-kompitu tal-awtoritajiet fiskali Belġjani li jiddeterminaw liema kienu l-kumpanniji barranin li fil-profitti tagħhom kellu jiġi inkluż dan il-profitt eċċessiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE>, fil-kuntest ta’ sensiela ġdida ta’ mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(a) u (b) taċ-CIR 92, il-Ministru għall-Finanzi ddikjara li sa dak l-istadju kienu waslu biss talbiet għal aġġustament negattiv. Barra minn hekk, huwa speċifika li, għad-determinazzjoni tal-metodu intiż li jiġi stabbilit il-profitt ta’ distakkament tal-entità Belġjana, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet bil-quddiem, kienu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-funzjonijiet imwettqa, ir-riskji assunti u l-assi allokati għal attivitajiet li ma kienx għad kellhom impatt fiskali fil-Belġju. B’hekk, il-profitt irreġistrat fil-Belġju permezz tar-rapporti finanzjarji Belġjani tal-grupp multinazzjonali u li jaqbeż il-profitt ta’ distakkament ma kellux jiġi inkluż fil-profitt taxxabbli bil-Belġju. Fl-aħħar nett, il-Ministru għall-Finanzi indika li, sa fejn ma kienx il-kompitu tal-awtorità fiskali Belġjana li tiddetermina lil liema kumpannija barranin kellu jiġi attribwit dan il-profitt supplimentari, ma kienx possibbli li tiġi skambjata informazzjoni ma’ amministrazzjonijiet fiskali barranin f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fis-<DATE ISO="20150106">6 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Ministru għall-Finanzi kkonferma li l-prinċipju li fuqu kienu bbażati d-deċiżjonijiet bil-quddiem kien li jiġi ntaxxat il-profitt li jikkorrispondi għal profitt ta’ distakkament għall-impriża kkonċernata u kkonferma t-tweġibiet mogħtija mill-predeċessur tiegħu, fil-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE>, dwar il-fatt li l-awtorità fiskali Belġjana ma kellhiex il-kompitu li tistabbilixxi lil liema kumpannija barranija kellu jiġi attribwit il-profitt eċċessiv li ma jkunx intaxxat fil-Belġju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1699 tal-<DATE ISO="20160111">11 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="260" PAGE.FIRST="61" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 260, p. 61</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li l-eżenzjonijiet mogħtija mir-Renju tal-Belġju permezz ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem, ibbażati fuq l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, kienu jikkostitwixxu skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li kienet inkompatibbli mas-suq intern u li kienet ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija b’dan il-mod mingħand il-benefiċjarji, li l-lista definittiva tagħhom kellha tiġi stabbilita fi stadju iktar tard mir-Renju tal-Belġju. Fl-Anness tad-deċiżjoni kkontestata ġew identifikati, b’mod indikattiv u fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija mir-Renju tal-Belġju fil-kuntest tal-proċedimenti amministrattivi, 55 benefiċjarju, fosthom Magnetrol International, li hija r-rikorrenti fil-Kawża T‑263/16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna (premessi 94 sa 110 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni qieset li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna, li hija bbażata fuq l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, kif applikat mill-amministrazzjoni fiskali Belġjana. Din l-applikazzjoni hija spjegata fl-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, fiċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u fit-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għall-Finanzi għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92. Dawn l-atti kienu jikkostitwixxu, skont il-Kummissjoni, il-bażi li fuqha kienu ngħataw l-eżenzjonijiet inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li dawn l-eżenzjonijiet kienu ngħataw mingħajr ma kienu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet bażiċi, sa fejn id-deċiżjonijiet bil-quddiem jikkostitwixxu biss modalitajiet tekniċi ta’ implimentazzjoni tal-iskema inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-benefiċjarji tal-eżenzjonijiet kienu ddefiniti b’mod ġenerali u astratt mid-dispożizzjonijiet bażiċi tal-iskema. Fil-fatt, dawn kienu jkopru l-entitajiet li kienu jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali ta’ kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE (premessi 111 sa 117 tad-deċiżjoni kkontestata), l-ewwel nett, il-Kummissjoni indikat li l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi kienet intervent tal-Istat, attribwibbli lill-Istat, u kienet tagħti lok għal telf ta’ riżorsi tal-Istat, sa fejn din l-eżenzjoni kienet timplika tnaqqis tat-taxxa dovuta fil-Belġju mill-impriżi li jibbenefikaw mill-iskema. It-tieni nett, hija qieset li l-iskema inkwistjoni setgħet taffettwa l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa fejn kienu bbenefikaw minnha kumpanniji multinazzjonali li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f’diversi Stati Membri. It-tielet nett, il-Kummissjoni enfasizzat li l-iskema inkwistjoni kienet teħles lill-impriżi benefiċjarji minn piż li normalment kien ikollhom iġorru u li, għalhekk, din l-iskema kienet toħloq distorsjoni jew kienet thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi ssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja ta’ dawn l-impriżi. Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni qieset li l-iskema inkwistjoni kienet tagħti vantaġġ selettiv lill-entitajiet Belġjani billi kienu jibbenefikaw minnha biss il-gruppi multinazzjonali ta’ impriżi li jagħmlu parti minnhom dawn l-entitajiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod speċifiku, tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, il-Kummissjoni qieset li l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi kienet tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza, identifikata bħala s-sistema komuni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji fil-Belġju, sa fejn it-taxxa ma kinitx applikata fuq il-profitt verament irreġistrat mill-kumpannija kkonċernata iżda fuq profitt ta’ distakkament aġġustat (premessi 118 sa 134 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u b’mod prinċipali (premessi 135 sa 143 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni qieset li l-iskema inkwistjoni kienet selettiva, l-ewwel nett, minħabba li kienet aċċessibbli biss għall-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali, u ma kinitx aċċessibbli għall-entitajiet awtonomi jew li jagħmlu parti minn gruppi nazzjonali ta’ kumpanniji. It-tieni nett, l-iskema inkwistjoni kienet ikkawżat selettività bejn il-gruppi multinazzjonali li jemendaw il-mudell tan-negozju tagħhom billi jintroduċu attivitajiet ġodda fil-Belġju u l-operaturi ekonomiċi l-oħra kollha li jkomplu jsegwu mudelli ta’ negozju eżistenti fil-Belġju. Fl-aħħar nett, l-iskema inkwistjoni kienet selettiva <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, għaliex kienu biss l-entitajiet Belġjani li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali ta’ daqs kbir jew ta’ daqs medju li setgħu jibbenefikaw effettivament mill-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, u mhux l-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali ta’ daqs żgħir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sussidjarjament (premessi 144 sa 170 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni indikat li, anki jekk jiġi aċċettat li s-sistema tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji fil-Belġju kienet tinkludi regola li tipprojbixxi li jiġi ntaxxat il-profitt tal-entitajiet ta’ grupp multinazzjonali li jaqbeż profitt fuq il-bażi ta’ distakkament, li ma huwiex il-każ, l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi inkwistjoni tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza sa fejn ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni u l-metodu użat sabiex jiġi stabbilit il-profitt eċċessiv jiksru l-prinċipju ta’ distakkament. Skont il-Kummissjoni, dan il-metodu jinkludi żewġ stadji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel stadju, il-prezzijiet ta’ distakkament applikati għat-tranżazzjonijiet konklużi bejn l-entità Belġjana ta’ grupp u l-kumpanniji li magħhom tkun assoċjata jiġu ffissati fuq il-bażi ta’ rapport dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment ipprovdut mill-persuna taxxabbli. Dawn il-prezzijiet ta’ trasferiment jiġu ddeterminati b’applikazzjoni tal-metodu tranżazzjonali ta’ marġni nett (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>MTMN<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). B’hekk jiġi stabbilit profitt residwali jew ta’ distakkament li, skont il-Kummissjoni, jikkorrispondi għall-profitt realment irreġistrat mill-entità Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul it-tieni stadju, u fuq il-bażi ta’ rapport ieħor ippreżentat mill-persuna taxxabbli, il-profitt ta’ distakkament aġġustat tal-entità Belġjana jiġi stabbilit billi jiġi ddeterminat il-profitt li impriża awtonoma komparabbli kienet tiġġenera f’ċirkustanzi komparabbli. Id-differenza bejn il-profitt miksub skont l-ewwel u t-tieni stadji (jiġifieri l-profitt residwali li minnu jitnaqqas il-profitt ta’ distakkament aġġustat) tikkostitwixxi l-ammont tal-profitt eċċessiv li l-awtoritajiet fiskali Belġjani jqisu li jirriżulta minn sinerġiji jew minn ekonomiji ta’ skala minħabba l-affiljazzjoni ma’ grupp ta’ impriżi u li, għaldaqstant, ma huwiex attribwibbli lill-entità Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Taħt l-iskema inkwistjoni, dan il-profitt eċċessiv ma jiġix intaxxat. Issa, skont il-Kummissjoni, dan in-nuqqas ta’ tassazzjoni ta lill-benefiċjarji tal-iskema vantaġġ selettiv, b’mod partikolari sa fejn il-metodu tal-kalkolu tal-profitt eċċessiv ma jimxix ma’ metodu li jwassal għal stima affidabbli ta’ profitt ibbażat fuq is-suq, u għalhekk mal-prinċipju ta’ distakkament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-iskema inkwistjoni, il-Kummissjoni qieset li din ma setgħetx tiġi ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali Belġjana (premessi 173 sa 181 tad-deċiżjoni kkontestata). Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li kien sostna r-Renju tal-Belġju, l-iskema inkwistjoni ma kellhiex l-għan li tevita t-taxxa doppja sa fejn ma kienx meħtieġ, sabiex tinkiseb l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, li jiġi pprovat li dawn il-profitti kienu ser jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli ta’ kumpannija oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkostitwixxu għajnuna operatorja u kienu, għalhekk, inkompatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, peress li ma kinux ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE, dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali (premessi 189 sa 194 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna (premessi 195 sa 211 tad-deċiżjoni kkontestata), il-Kummissjoni osservat li r-Renju tal-Belġju ma jistax jinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji, u lanqas ma jista’ jinvoka l-prinċipju ta’ ċertezza legali, sabiex jaħrab mill-obbligu tiegħu li jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija b’mod illegali u li l-ammonti li kellhom jiġu rkuprati setgħu jiġu kkalkolati, għal kull benefiċjarju, fuq il-bażi tad-differenza bejn it-taxxa li kien imissha kienet dovuta, fuq il-bażi tal-profitt verament irreġistrat, u t-taxxa effettivament imħallsa bis-saħħa tad-deċiżjoni bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA>L-iskema ta’ eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv, li hija bbażata fuq l-Artikolu 185(2)(b) [taċ-CIR 92], li skontu [r-Renju tal-]Belġju ħareġ deċiżjonijiet bil-quddiem favur entitajiet Belġjani ta’ gruppi ta’ impriżi multinazzjonali, li permezz tagħhom huwa jagħti lil dawn l-entitajiet il-benefiċċju ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji għal parti mill-qligħ li huma jagħmlu, hija għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE li hija inkompatibbli mas-suq intern u li l-Belġju implimenta b’mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jirkupra l-għajnuna inkompatibbli u illegali msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull somma li tkun għadha ma ġietx irkuprata mingħand il-benefiċjarji wara l-irkupru deskritt fl-ewwel paragrafu għandha tinġabar mingħand il-grupp ta’ impriżi li l-benefiċjarju jappartjeni għalih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu magħhom l-imgħaxijiet mid-data meta tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sad-data meta ġew irkuprati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-imgħax fuq l-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jtemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u jħassar il-pagamenti kollha li għadhom ma sarux taħt l-imsemmija għajnuna mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jirrifjuta kull talba għal deċiżjoni bil-quddiem imressqa lis-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem relatata mal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jew pendenti fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata għalkollox fi żmien erba’ xhur minn dakinhar li tiġi nnotifikata d-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="8"?><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, [ir-Renju tal‑]Belġju jrid jippreżenta l-informazzjoni segwenti lill-Kummissjoni:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-lista tal-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali li ħa kull wieħed minnhom taħt din l-għajnuna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ammont totali (interessi prinċiali u ta’ rkupru [is-somma prinċipali u l-interessi tal-irkupru]) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>dokumenti li juru li l-benefiċjarji kienu ordnati jħallsu lura l-għajnuna.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>[Ir-Renju tal-]Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata rigward il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex jimplimenta din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Huwa għandu jipprovdi immedjatament, fuq sempliċi talba min-naħa tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u l-miżuri ppjanati biex jikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax li l-benefiċjarji jkunu diġà ħallsu lura.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet fil-Kawża T‑131/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160322">22 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ppreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20160426">26 ta’ April 2016</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ressaq talba għal miżuri provviżorji fejn talab lill-President tal-Qorti Ġenerali jissospendi l-eżekuzzjoni tal-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sakemm il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi r-rikors fuq il-mertu. Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, dan tal-aħħar ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji u rriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160711">11 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Qorti Ġenerali talbet lir-Renju tal-Belġju jwieġeb għal mistoqsija. Ir-Renju tal-Belġju wieġeb għal din it-talba permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20160711">11 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-Irlanda talbet li tintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Belġju. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160825">25 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ t-talba għal intervent imressqa mill-Irlanda. L-Irlanda ppreżentat in-nota tagħha u l-partijiet prinċipali ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din in-nota fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li fil-<DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE> kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lis-Seba’ Awla, li lilha għalhekk ġiet assenjata din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, ir-Renju tal-Belġju talab li l-kawża tiġi deċiża minn kulleġġ ġudikanti ikbar. Fil-<DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28(5) tar-Regoli tal-Proċedura, ħadet nota tal-fatt li l-kawża kienet intbagħtet quddiem is-Seba’ Awla Estiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minħabba l-impediment ta’ Membru tas-Seba’ Awla Estiża, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE> il-President tal-Qorti Ġenerali nnomina lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-President tas-Seba’ Awla Estiża ddeċieda, fit-<DATE ISO="20171212">12 ta’ Diċembru 2017</DATE>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 67(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-kawża għandha tinqata’ bi prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, stiednet lir-Renju tal-Belġju u lill-Kummissjoni jwieġbu bil-miktub għal numru ta’ mistoqsijiet. Il-partijiet wieġbu għal dawn it-talbiet fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, wara li nstemgħu l-partijiet, il-President tas-Seba’ Awla Estiża tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li jgħaqqad il-Kawżi T‑131/16, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, u T‑263/16, Magnetrol International vs Il-Kummissjoni, għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 68(2) tar-Regoli tal-Proċedura, u laqa’ t-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Magnetrol International fil-konfront tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Irlanda titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif jitlob ir-Renju tal-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet fil-Kawża T‑263/16</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, Magnetrol International ippreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160620">20 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni talbet is-sospensjoni tal-proċedura sakemm tinqata’ l-Kawża T‑131/16, Il-Belġju vs Il‑Kummissjoni, talba li għaliha r-rikorrenti oġġezzjonat fis-<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>. Permezz ta’ deċiżjoni kkomunikata lill-partijiet prinċipali fid-<DATE ISO="20160809">9 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal sospensjoni mressqa mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li fil-<DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE> kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura, lis-Seba’ Awla, li lilha għalhekk ġiet assenjata din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fuq proposta tas-Seba’ Awla, fit-<DATE ISO="20180312">12 ta’ Marzu 2018</DATE> il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li tibgħat il-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minħabba l-impediment ta’ Membru tas-Seba’ Awla Estiża, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE> il-President tal-Qorti Ġenerali nnomina lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-President tas-Seba’ Awla Estiża ddeċieda, fis-<DATE ISO="20180416">16 ta’ April 2018</DATE>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 67(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-kawża għandha tinqata’ bi prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, stiednet lil Magnetrol International u lill-Kummissjoni jwieġbu bil-miktub għal numru ta’ mistoqsijiet. Il-partijiet wieġbu għal dawn it-talbiet fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, wara li nstemgħu l-partijiet, il-President tas-Seba’ Awla Estiża tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li jgħaqqad il-Kawżi T‑131/16, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, u T‑263/16, Magnetrol International vs Il-Kummissjoni, għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura, konformement mal-Artikolu 68(2) tar-Regoli tal-Proċedura, u laqa’ t-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Magnetrol International fil-konfront tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Kif indikat fil-punt 39 iktar ’il fuq, is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Magnetrol International titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn l-artikoli, minn naħa, jeżiġu l-irkupru tal-għajnuna mingħand entitajiet li ma humiex entitajiet li kienu rċevew deċiżjoni bil-quddiem u, min-naħa l-oħra, jordnaw l-irkupru ta’ ammont daqs it-tnaqqis fl-ammont tat-taxxa miksub mill-benefiċjarju, mingħajr ma jippermettu lir-Renju tal-Belġju jieħu inkunsiderazzjoni aġġustament effettiv fil-forma ta’ żieda mwettaq minn amministrazzjoni fiskali oħra;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Magnetrol International għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Wara li l-partijiet instemgħu dwar dan il-punt matul is-seduta, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tgħaqqad il-kawżi ineżami anki għall-finijiet tad-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza, konformement mal-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-Renju tal-Belġju jqajjem ħames motivi. L-ewwel wieħed huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(6) TFUE u tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni indaħħlet fil-kompetenza fiskali tar-Renju tal-Belġju. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat il-miżuri bħala skema ta’ għajnuna. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet, fejn l-ewwel parti tikkontesta l-identifikazzjoni tal-atti li fuqhom hija bbażata l-allegata skema inkwistjoni filwaqt li t-tieni parti tikkontesta l-kunsiderazzjoni dwar l-assenza ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Kummissjoni qieset li s-sistema ta’ profitti eċċessivi kienet tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna mill-Istat. Ir-raba’ wieħed huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-allegata għajnuna. Il-ħames motiv, invokat b’mod <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru mingħand il-gruppi multinazzjonali li lilhom jappartjenu l-entitajiet Belġjani li kisbu deċiżjoni bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Magnetrol International tqajjem erba’ motivi. L-ewwel wieħed huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkonstata l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika l-iskema allegata bħala miżura selettiva. It-tielet wieħed huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tindika li l-iskema allegata toħloq vantaġġ. Ir-raba’ motiv, invokat b’mod <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sussidjarju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna ordnat fid-deċiżjoni kkontestata, tal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kif ukoll tal-ammont li għandu jiġi rkuprat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-espożizzjoni tal-motivi kollha magħmula iktar ’il fuq jirriżulta li r-Renju tal-Belġju u Magnetrol International qegħdin iqajmu, għalkemm f’ordni differenti, motivi bbażati, essenzjalment:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, fuq l-indħil mill-Kummissjoni, li tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, fil-kompetenzi esklużivi tar-Renju tal-Belġju fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (l-ewwel motiv fil-Kawża T‑131/16 u l-ewwel parti tat-tielet motiv fil-Kawża T‑263/16);</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, fuq il-konklużjoni żbaljata dwar l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna f’dan il-każ, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, b’mod partikolari minħabba l-identifikazzjoni żbaljata tal-atti li fuq il-bażi tagħhom hija bbażata l-allegata skema u minħabba l-kunsiderazzjoni żbaljata li l-iskema ta’ għajnuna ma teħtieġx miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni (it-tieni motiv fil-Kawża T‑131/16 u l-ewwel motiv fil-Kawża T‑263/16);</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet nett, fuq il-kunsiderazzjoni żbaljata tad-deċiżjonijiet bil-quddiem dwar il-profitti eċċessivi bħala għajnuna mill-Istat, fid-dawl b’mod partikolari tal-assenza ta’ vantaġġ u tal-assenza ta’ selettività (it-tielet motiv fil-Kawża T‑131/16 u t-tielet motiv fil-Kawża T‑263/16);</P></ITEM><ITEM><P>ir-raba’ nett, fuq ksur, b’mod partikolari, tal-prinċipji ta’ legalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn l-irkupru tal-għajnuna allegata kien ordnat b’mod żbaljat, inkluż mingħand gruppi li lilhom jappartjenu l-benefiċjarji tal-imsemmija għajnuna (ir-raba’ u l-ħames motiv fil-Kawża T‑131/16 u r-raba’ motiv fil-Kawża T‑263/16).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ser teżamina l-motivi fl-ordni msemmi fil-punt 57 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat indħil mill-Kummissjoni fil-kompetenzi esklużivi tar-Renju tal-Belġju fil-qasam tat-tassazzjoni diretta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International isostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tal-kompetenzi tagħha meta użat id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat sabiex tiddetermina b’mod unilaterali elementi li jaqgħu fil-kompetenza fiskali esklużiva ta’ Stat Membru. Fil-fatt, id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli għadha kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, bħalma għadu wkoll il-mod kif jiġu ntaxxati l-profitti ġġenerati minn tranżazzjonijiet transkonfinali fi ħdan gruppi ta’ impriżi, anki jekk dan iwassal għal nuqqas doppju ta’ tassazzjoni. Issa, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li tqis li d-deċiżjonijiet bil-quddiem dwar il-profitti eċċessivi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat minħabba li ma jimxux ma’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ distakkament li fil-fehma tagħha hija korretta, hija ekwivalenti għal armonizzazzjoni forzata tar-regoli dwar il-kalkolu tad-dħul taxxabbli, li ma huwiex suġġett li jaqa’ fil-kompetenza tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-Irlanda ssostni, essenzjalment, li d-deċiżjoni kkontestata tippreġudika b’mod gravi t-tqassim ibbilanċjat tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha stabbilit, b’mod partikolari, fl-Artikolu 3(6) TUE u fl-Artikolu 5(1) u (2) TFUE u kkonfermat minn ġurisprudenza stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li, għalkemm l-Istati Membri għandhom awtonomija fiskali fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, kwalunkwe miżura fiskali adottata minn Stat Membru għandha tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, minkejja li t-tassazzjoni diretta taqa’, fl-istat attwali tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni, fil-kompetenza tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar għandhom xorta waħda jeżerċitaw din il-kompetenza b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:439">EU:C:2012:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Mill-banda l-oħra, huwa paċifiku li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiżgura l-osservanza tal-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>B’hekk, l-interventi tal-Istati Membri fl-oqsma li ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni, bħat-tassazzjoni diretta, ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tikklassifika miżura fiskali bħala għajnuna mill-Istat fil-każ li jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet meħtieġa għal tali klassifikazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, L-<NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>173/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:71">EU:C:1974:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-<NAME.CASE>Belġju u Forum 187 vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑182/03 u C‑217/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:416">EU:C:2006:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Belġju vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑538/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:188">EU:T:2015:188</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam fiskali konformement mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:310">EU:C:2010:310</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, huma għandhom jastjenu milli jieħdu, f’dan il-kuntest, kwalunkwe miżura li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, l-identifikazzjoni tal-bażijiet taxxabbli u tat-tqassim tal-oneru fiskali fuq id-diversi fatturi ta’ produzzjoni u d-diversi setturi ekonomiċi jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/09 P u C‑107/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:732">EU:C:2011:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jimplikax li kull miżura fiskali, li taffettwa b’mod partikolari l-bażi taxxabbli meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet fiskali, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE. Fil-fatt, jekk tali miżura tagħmel, fil-prattika, diskriminazzjoni bejn kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-għan imfittex minn din il-miżura fiskali u għalhekk tagħti lill-benefiċjarji tal-miżura vantaġġi selettivi li jiffavorixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ċerti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> impriżi jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ċerti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> produtturi,<?PAGE NO="13"?> din il-miżura tkun tista’ titqies li hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/09 P u C‑107/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:732">EU:C:2011:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi trattament fiskali vantaġġuż li, minkejja li ma jinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, iqiegħed lill-benefiċjarji f’sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli mill-persuni taxxabbli l-oħra tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Għall-kuntrarju, vantaġġi li jirriżultaw minn miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs World Duty Free Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/15 P u C‑21/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:981">EU:C:2016:981</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, peress li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza tiżgura l-osservanza tal-Artikolu 107 TFUE, hija ma tistax tiġi kkritikata li marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha meta eżaminat il-miżuri li jikkostitwixxu l-allegata skema inkwistjoni sabiex tivverifika jekk kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, fl-affermattiv, jekk kinux kompatibbli mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata permezz tal-argumenti tar-Renju tal-Belġju bbażati, minn naħa, fuq l-assenza ta’ kompetenza fiskali sabiex jiġu ntaxxati l-profitti eċċessivi u, min-naħa l-oħra, fuq il-kompetenza tiegħu stess li jadotta miżuri intiżi li tiġi evitata t-taxxa doppja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni li, peress li l-profitti eċċessivi ma kellhomx jiġu attribwiti lill-entitajiet Belġjani suġġetti għat-taxxa fil-Belġju, dawn il-profitti ma kinux jaqgħu taħt il-kompetenza fiskali Belġjana. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax iddaħħal inkwistjoni n-nuqqas ta’ tassazzjoni ta’ dawn il-profitti fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Sa fejn dawn l-argumenti għandhom jinftiehmu fis-sens li qegħdin jikkontestaw il-kompetenza tal-Kummissjoni li teżamina l-miżuri inkwistjoni, għandu jiġi osservat li dawn il-miżuri jikkonċernaw deċiżjonijiet bil-quddiem, meħuda mill-awtoritajiet fiskali Belġjani fil-kuntest tal-kompetenza tagħhom fil-qasam tat-taxxa diretta. F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 65 iktar ’il fuq, li minnha joħroġ li kull miżura fiskali li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni, fil-kompetenza tagħha taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, għandha tkun tista’ teżamina l-miżuri inkwistjoni sabiex tivverifika jekk jissodisfawx l-imsemmija kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti bbażati fuq il-kompetenza tar-Renju tal-Belġju li jadotta miżuri sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja, huwa minnu li mill-ġurisprudenza jirriżulta li huma l-Istati Membri li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati s-sitwazzjonijiet ta’ taxxa doppja, bl-użu, b’mod partikolari, tal-kriterji ta’ tqassim segwiti fil-prassi fiskali internazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061114">14 ta’ Novembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kerckhaert u Morres</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑513/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:713">EU:C:2006:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, kif ġie osservat fil-punt 63 iktar ’il fuq, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi fiskali tagħhom inkonformità mad-dritt tal-Unjoni u għandhom jastjenu milli jieħdu kwalunkwe miżura li tikkorrispondi għal għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Għaldaqstant, ir-Renju tal-Belġju ma jistax jinvoka l-ħtieġa li tiġi evitata t-taxxa doppja bħala għan imfittex mill-prassi tal-awtoritajiet fiskali Belġjani fir-rigward tal-profitti eċċessivi, sabiex jiġġustifika kompetenza esklużiva, f’dan ir-rigward, li ma taqax taħt il-kontroll mill-Kummissjoni tal-osservanza tal-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li, f’dan il-każ, in-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-profitti eċċessivi, kif applikat mill-awtoritajiet fiskali Belġjani, ma jidhirx li jsegwi għanijiet intiżi li tiġi evitata t-taxxa doppja. Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-miżuri kkontestati ma kinitx suġġetta<?PAGE NO="14"?> għall-kundizzjoni li jiġi pprovat li dawn il-profitti kienu ġew inklużi fil-profitti ta’ kumpannija oħra. Lanqas ma kien meħtieġ li jiġi pprovat li dawn il-profitti eċċessivi kienu effettivament is-suġġett ta’ tassazzjoni f’pajjiż ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 jipprevedi aġġustament negattiv tal-profitti ta’ kumpannija fil-każ biss li dawn il-profitti kienu ġew inklużi fil-profitt ta’ kumpannija oħra. Issa, ir-Renju tal-Belġju ma oġġezzjonax għall-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-premessi 173 sa 181 tad-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza tal-prassi tal-awtoritajiet fiskali tiegħu kif spjegata, b’mod partikolari, fit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi, indikati fil-punti 12 sa 14 iktar ’il fuq, u li skontha l-aġġustament negattiv tal-bażi taxxabbli ta’ kumpannija li titlob deċiżjoni bil-quddiem jitwettaq mingħajr ma jiġi vverifikat jekk il-profitt imnaqqas mill-bażi taxxabbli ta’ din il-kumpannija, bħala profitt eċċessiv, kienx effettivament inkluż fil-profitt ta’ kumpannija oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi miċħud bħala infondat il-motiv ibbażat fuq l-allegat indħil mill-Kummissjoni fil-kompetenza fiskali tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International isostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni identifikat b’mod żbaljat l-atti li fuq il-bażi tagħhom is-sistema tal-profitti eċċessivi tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna u qieset, b’mod żbaljat, li dawn l-atti ma kinux jeħtieġu miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589. Barra minn hekk, il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna hija bbażata fuq motivazzjoni kontradittorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li hija segwiet raġunament koerenti matul id-deċiżjoni kkontestata kollha, sa fejn qieset li l-iskema ta’ eżenzjoni tal-profitti eċċessivi kienet ibbażata fuq l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, kif applikata mis-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem, fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija fl-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, fiċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u fit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu. Dawn l-atti juru approċċ sistematiku u koerenti li permezz tiegħu, mingħajr ma kienu meħtieġa miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, l-awtoritajiet fiskali Belġjani eżentaw mit-taxxa l-profitti msejħa eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kwalunkwe dispożizzjoni li fuq il-bażi tagħha, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, għajnuna tista’ tingħata b’mod individwali lil impriżi, iddefiniti b’mod ġenerali u astratt fl-imsemmija dispożizzjoni, u kwalunkwe dispożizzjoni li fuq il-bażi tagħha għajnuna li ma tkunx marbuta ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil impriża waħda jew iktar fuq perijodu indeterminat jew f’ammont indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ teżamina biss il-karatteristiċi tal-iskema inkwistjoni sabiex tevalwa, fil-motivi tad-deċiżjoni inkwistjoni, jekk, minħabba l-modalitajiet previsti minn din l-iskema, din tal-aħħar tiżgurax vantaġġ notevoli għall-benefiċjarji meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom u jekk hijiex ta’ natura li tagħti vantaġġ essenzjalment lil impriżi li jipparteċipaw fil-kummerċ bejn l-Istati Membri. B’hekk, il-Kummissjoni, f’deċiżjoni dwar tali skema, ma hijiex meħtieġ twettaq analiżi tal-għajnuna mogħtija f’kull każ individwali fuq il-bażi ta’ tali skema. Huwa biss fl-istadju tal-irkupru tal-għajnuna li jkun meħtieġ li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Comitato <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Venezia vuole vivere<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/09 P, C‑73/09 P u C‑76/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:368">EU:C:2011:368</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġie deċiż li, fil-kuntest tal-eżami ta’ skema ta’ għajnuna u fl-assenza ta’ identifikazzjoni ta’ att legali li jistabbilixxi tali skema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq sett sħiħ ta’ ċirkustanzi ta’ natura li jiżvelaw l-eżistenza fil-fatt ta’ skema ta’ għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940413">13 ta’ April 1994</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja u Pleuger Worthington vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/90 u C‑342/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:129">EU:C:1994:129</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, l-ewwel nett, fil-premessa 97 tagħha, huwa indikat li l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi kienet ingħatat fuq il-bażi tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR. It-tieni nett, fil-premessa 98 tal-istess deċiżjoni, huwa indikat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 mill-amministrazzjoni fiskali Belġjana hija spjegata fl-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, fiċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u fit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari magħmula dwar din l-applikazzjoni. Fl-aħħar nett, fil-premessa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa konkluż li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, l-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, iċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u t-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 jikkostitwixxu l-atti li fuq il-bażi tagħhom ingħatat l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fil-premessa 125 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa indikat li ebda dispożizzjoni taċ-CIR 92 ma tippreskrivi eżenzjoni b’mod unilaterali u astratt ta’ parti fissa jew ta’ perċentwali fissa tal-profitt verament irreġistrat minn entità Belġjana li tappartjeni lil grupp. Barra minn hekk, huwa indikat li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 jippermetti aġġustamenti negattivi tal-prezzijiet ta’ trasferiment bil-kundizzjoni li l-profitt li għandu jiġi eżentat, iġġenerat mit-tranżazzjoni jew mill-arranġament internazzjonali inkwistjoni, ikun ġie inkluż fil-profitt tal-kontroparti barranija għal din it-tranżazzjoni jew għal dan l-arranġament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Huwa minnu li mir-raġunament tal-Kummissjoni jidher li toħroġ ċerta ambivalenza sa fejn, minn naħa, tikkunsidra l-atti kollha elenkati fil-premessa 99 tad-deċiżjoni kkontestata bħala d-dispożizzjonijiet bażiċi tal-iskema kontenzjuża, filwaqt li, min-naħa l-oħra, meta tanalizza s-sistema ta’ referenza, fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, hija ssostni li ebda dispożizzjoni taċ-CIR 92 ma tippreskrivi eżenzjoni bħal dik applikata mill-awtoritajiet fiskali Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, minn qari tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, jirriżulta li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, kif applikat mill-awtoritajiet fiskali Belġjani, jikkostitwixxi l-bażi tal-allegata skema ta’ għajnuna inkwistjoni u li tali applikazzjoni tista’ tiġi dedotta mill-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, miċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u mit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi analizzat jekk l-allegata skema ta’ għajnuna, li hija allegatament ibbażata fuq l-atti identifikati mill-Kummissjoni, teħtieġx miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet segwenti jistgħu jinstiltu mid-definizzjoni ta’ skema ta’ għajnuna prevista fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, imfakkra fil-punt 77 iktar ’il fuq, kif interpretata mill-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>L-ewwel nett, sa fejn l-għajnuna individwali tingħata mingħajr l-intervent ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, l-elementi essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni għandhom jirriżultaw neċessarjament mid-dispożizzjonijiet identifikati bħala l-bażi tal-imsemmija skema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tieni nett, meta l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw l-imsemmija skema, dawn l-awtoritajiet ma għandux ikollhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-elementi essenzjali tal-għajnuna inkwistjoni u fir-rigward tal-opportunità tal-għoti tagħha. Fil-fatt, sabiex l-eżistenza ta’ tali miżuri ta’ applikazzjoni tiġi eskluża, is-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali għandha tkun limitata għal<?PAGE NO="16"?> applikazzjoni teknika tad-dispożizzjonijiet meqjusa bħala li jikkostitwixxu l-iskema inkwistjoni, jekk ikun il-każ wara li jiġi vverifikat li l-applikanti jissodisfaw il-kundizzjonijiet preliminari sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tielet nett, mill-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 jirriżulta li l-atti li fuqhom tkun ibbażata l-iskema ta’ għajnuna għandhom jiddefinixxu l-benefiċjarji b’mod ġenerali u astratt, anki jekk l-għajnuna mogħtija lilhom tibqa’ indeterminata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi analizzat sa fejn l-elementi identifikati iktar ’il fuq joħorġu mill-atti li fuqhom hija bbażata l-iskema ta’ għajnuna identifikati mill-Kummissjoni, b’tali mod li l-allegati miżuri ta’ għajnuna, jiġifieri l-eżenzjonijiet tal-profitti eċċessivi, jistgħu jingħataw fuq il-bażi tal-imsemmija atti mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu adottati miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-elementi essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-premessi 13 sa 22 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tiddeskrivi l-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni bħala skema li tikkonsisti f’eżenzjoni tal-profitti eċċessivi u tesponi l-elementi li, essenzjalment, jikkostitwixxu l-elementi essenzjali għall-għoti tal-imsemmija eżenzjoni, li huma deskritti fil-premessa 102 tad-deċiżjoni kkontestata. B’hekk, l-ewwel nett, jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-entitajiet Belġjani kkonċernati huma entitajiet integrati fi grupp multinazzjonali. It-tieni nett, jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li tkun inkisbet deċiżjoni bil-quddiem mis-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem, li hija marbuta ma’ sitwazzjoni ġdida, bħalma hija riorganizzazzjoni li twassal għall-istabbiliment tal-imprenditur ċentrali bil-Belġju, il-ħolqien ta’ impjiegi jew investimenti. It-tielet nett, hija kkonstatata l-eżistenza ta’ profitti li jaqbżu l-profitti li entitajiet awtonomi komparabbli kienu jiġġeneraw f’ċirkustanzi simili. Ir-raba’ nett, għall-kuntrarju, ma hijiex meħuda inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ aġġustament pożittiv primarju mwettaq fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi analizzat jekk l-elementi essenzjali tal-allegata skema ta’ għajnuna, imsemmija iktar ’il fuq, joħorġux mill-atti li l-Kummissjoni qieset li jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema ta’ eżenzjoni tal-profitti eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat, qabel kollox, li l-Kummissjoni indikat, fil-premessi 101 u 139 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-elementi essenzjali tal-allegata għajnuna kienu ġew ikkonstatati fuq il-bażi tal-eżami ta’ kampjun ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem. B’hekk, il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li dawn l-elementi essenzjali ma joħorġux mill-atti li fuqhom hija sostniet li l-iskema kienet ibbażata, iżda mid-deċiżjonijiet bil-quddiem stess jew, b’mod iktar speċifiku, minn kampjun tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għalkemm huwa minnu li wħud mill-elementi essenzjali tal-iskema kkunsidrati mill-Kummissjoni jistgħu joħorġu mill-atti identifikati fil-premessi 97 sa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, dan madankollu ma huwiex il-każ għal dawn l-elementi essenzjali kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, la l-metodu tal-kalkolu tal-profitti eċċessivi fuq żewġ stadji u lanqas ir-rekwiżit ta’ investimenti, tal-ħolqien ta’ impjiegi, taċ-ċentralizzazzjoni jew taż-żieda tal-attivitajiet fil-Belġju ma joħorġu, lanqas b’mod impliċitu, mill-atti kkunsidrati mill-Kummissjoni, fil-premessi 97 sa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, bħala li jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema inkwistjoni. Issa, jekk dawn l-elementi li, skont il-Kummissjoni stess, jagħmlu parti mill-elementi essenzjali tal-allegata skema ta’ għajnuna, ma jinsabux fl-atti li huma meqjusa li jikkostitwixxu l-bażi ta’ din l-iskema, l-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti u, għalhekk, l-għoti tal-allegata għajnuna jiddependu neċessarjament mill-adozzjoni ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, b’tali mod li ma jistax jingħad li hemm skema ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn naħa, l-atti identifikati fil-premessi 97 sa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, imsemmija fil-punt 80 iktar ’il fuq, ma jsemmux il-metodu f’żewġ stadji, li jinkludi l-MTMN għall-kalkolu tal-profitti eċċessivi. Issa, mid-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari mill-punt 6.3.2 tagħha (premessi 133, 144 u 152 sa 168 tal-imsemmija deċiżjoni), jirriżulta li dan il-metodu ġie applikat b’mod sistematiku u jikkostitwixxi element essenzjali tal-iskema, sa fejn hija preċiżament l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu li tagħmel l-imsemmija skema selettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u mingħajr ma tingħata deċiżjoni dwar jekk id-determinazzjoni tal-profitti eċċessivi skont il-metodu fuq żewġ stadji, deskritt fid-deċiżjoni kkontestata, tistax twassal għal vantaġġ selettiv, għandu jiġi osservat li dan l-element kostitwenti tal-iskema inkwistjoni ma joħroġx, madankollu, mill-atti bażiċi tal-imsemmija skema u għalhekk ma jistax jiġi applikat fl-assenza ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-investimenti, tal-ħolqien ta’ impjiegi, taċ-ċentralizzazzjoni jew taż-żieda ta’ attivitajiet fil-Belġju mill-applikanti għal deċiżjonijiet bil-quddiem, għandu jiġi osservat li, fil-punt 6.3.2.1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li, minkejja li dawn l-elementi ma kinux elenkati bħala kundizzjonijiet għall-għoti tal-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, fuq il-bażi tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, huma kienu essenzjali sabiex tkun tista’ tingħata deċiżjoni bil-quddiem li kienet obbligatorja sabiex tingħata l-eżenzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni stess, b’mod partikolari fil-punt 139 tad-deċiżjoni kkontestata, dawn l-elementi ma joħorġux mill-atti li fuq il-bażi tagħhom hija bbażata l-iskema inkwistjoni, iżda mid-deċiżjonijiet bil-quddiem stess, u dan skont il-kampjun analizzat minnha. Għaldaqstant, kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, jekk tali elementi ma jirriżultawx mill-atti li, skont il-Kummissjoni, jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema ta’ għajnuna, dawn tal-aħħar għandhom ikunu neċessarjament is-suġġett ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni. Fil-fatt, jekk, kif issostni l-Kummissjoni, tali investimenti jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet fiskali Belġjani sabiex jagħtu l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, tali teħid inkunsiderazzjoni jimplika neċessarjament it-twettiq ta’ analiżi u ta’ evalwazzjoni speċifika ta’ dawn l-investimenti proposti mill-entitajiet Belġjani kkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura tagħhom, tal-ammont tagħhom jew ta’ karatteristiċi oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tagħhom. Issa, tali analiżi tista’ titwettaq biss każ b’każ u teħtieġ, għalhekk, miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet fiskali Belġjani</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Kif tosserva ġustament il-Kummissjoni fil-premessa 100 tad-deċiżjoni kkontestata, l-eżistenza ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, timplika l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali mill-awtorità fiskali li tadotta l-miżuri inkwistjoni, li tippermettilha tinfluwenza l-karatteristiċi, l-ammont jew il-kundizzjonijiet li fihom tingħata l-għajnuna. Il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li s-sempliċi applikazzjoni teknika tal-att li jipprevedi l-għoti tal-għajnuna inkwistjoni ma tikkostitwixxix miżura supplimentari ta’ implimentazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-fatt li jkun meħtieġ li titressaq applikazzjoni għal approvazzjoni bil-quddiem quddiem l-awtoritajiet fiskali kompetenti sabiex jingħata l-benefiċċju ta’ għajnuna ma jimplikax li dawn l-awtoritajiet għandhom setgħa diskrezzjonali f’sitwazzjoni fejn sempliċement jivverifikaw jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji meħtieġa sabiex jibbenefika mill-għajnuna inkwistjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Koninklijke FrieslandCampina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑519/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:556">EU:C:2009:556</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li n-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-profitti eċċessivi huwa suġġett għall-kisba ta’ deċiżjoni bil-quddiem. F’dan ir-rigward, għandha titfakkar il-formulazzjoni tal-Artikolu 20 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jipprovdi li deċiżjoni bil-quddiem għandha tfisser l-att legali li permezz tiegħu<?PAGE NO="18"?> d-Dipartiment Pubbliku Federali tal-Finanzi jiddetermina, konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, kif il-liġi ser tiġi applikata għal sitwazzjoni jew għal tranżazzjoni partikolari li jkunu għadhom ma kellhomx effetti fuq livell fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk, meta jadotta tali deċiżjonijiet bil-quddiem, l-imsemmi dipartiment għandux setgħa diskrezzjonali li tippermettilu jinfluwenza l-ammont, l-elementi essenzjali u l-kundizzjonijiet li fihom tingħata l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE> li temenda ċ-CIR 92 (kif ippreżentata fil-qosor fil-punt 7 iktar ’il fuq) u miċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> (kif deskritta fil-punti 9 sa 11 iktar ’il fuq) jirriżulta li l-aġġustament negattiv previst fl-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 għandu jitwettaq każ b’każ fuq il-bażi tal-elementi disponibbli li jiġu ppreżentati, b’mod partikolari, mill-persuna taxxabbli. Barra minn hekk, huwa indikat li ebda kriterju ma jista’ jiġi stabbilit fir-rigward ta’ dan l-aġġustament sa fejn dan għandu jitwettaq każ b’każ. Madankollu, huwa speċifikat li għandu jitwettaq aġġustament korrelattiv biss jekk l-amministrazzjoni fiskali jew is-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem iqisu li l-aġġustament huwa ġġustifikat bħala prinċipju u fir-rigward tal-ammont tiegħu. Barra minn hekk, it-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 (kif ippreżentati fil-qosor fil-punti 12 sa 14 iktar ’il fuq) jirreferu biss b’mod ġenerali għall-pożizzjoni tal-amministrazzjoni fiskali Belġjana fir-rigward tal-profitti eċċessivi u tal-prinċipju ta’ distakkament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn qari flimkien ta’ dawn l-atti msemmija fil-punt 103 iktar ’il fuq jista’ jiġi dedott li, meta l-awtoritajiet fiskali Belġjani adottaw deċiżjonijiet bil-quddiem fuq il-profitti eċċessivi, huma ma wettqux applikazzjoni teknika tal-qafas regolamentari applikabbli iżda, għall-kuntrarju, wettqu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>każ b’każ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, evalwazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ kull applikazzjoni, fuq il-bażi tar-rapporti u tal-provi ppreżentati mill-entità kkonċernata, sabiex jiddeċiedu jekk kienx iġġustifikat li jingħata l-aġġustament negattiv previst fl-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92. Għaldaqstant, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-premessa 106 tad-deċiżjoni kkontestata, u fl-assenza ta’ istruzzjonijiet oħra li jillimitaw is-setgħa deċiżjonali tal-amministrazzjoni fiskali Belġjana, din tal-aħħar kellha neċessarjament tgawdi minn setgħa diskrezzjonali reali meta ddeċidiet li kien hemm lok li jingħataw tali aġġustamenti negattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>It-tieni nett, kif indikat fil-punt 73 iktar ’il fuq, l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 jipprevedi aġġustament negattiv tal-profitti ta’ kumpannija fil-każ biss li dawn ikunu ġew inklużi fil-profitt ta’ kumpannija oħra. Issa, fil-prattika, kif spjegata, b’mod partikolari, fiċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u fit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, l-aġġustament negattiv twettaq mis-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem mingħajr ma ġiet iddeterminata l-kwistjoni ta’ lil liema kumpanniji barranin kellu jiġi attribwit il-profitt eċċessiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessi 67 u 68 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-iskema kontenzjuża ma tkoprix id-deċiżjonijiet bil-quddiem kollha li kienu ġew adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92. Huma kkonċernati biss deċiżjonijiet bil-quddiem li jagħtu aġġustamenti negattivi mingħajr il-verifika, mill-amministrazzjoni, ta’ jekk il-profitti kkonċernati kinux ġew inklużi fil-profitti ta’ kumpannija oħra tal-grupp stabbilita f’ġurisdizzjoni oħra. Għall-kuntrarju, id-deċiżjonijiet bil-quddiem li, konformement mal-formulazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, jagħtu aġġustament negattiv li jikkorrispondi għall-aġġustament pożittiv tal-profitti taxxabbli ta’ kumpannija oħra tal-grupp stabbilita f’ġurisdizzjoni oħra ma jagħmlux parti mill-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, jekk, fuq il-bażi tal-istess dispożizzjoni, l-amministrazzjoni fiskali Belġjana tista’ tadotta kemm deċiżjonijiet li, skont il-Kummissjoni, jagħtu għajnuna mill-Istat u kemm deċiżjonijiet li ma jagħtux tali għajnuna, ma jistax jiġi sostnut b’mod raġonevoli li r-rwol ta’ din l-amministrazzjoni huwa limitat għal applikazzjoni teknika tal-iskema inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>It-tielet nett, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mir-Renju tal-Belġju lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem, għandu jiġi eżaminat kif l-imsemmi servizz iddetermina, fil-kuntest tal-eżami individwali tiegħu tal-applikazzjonijiet għal deċiżjonijiet bil-quddiem, jekk kienx hemm sitwazzjoni li tagħti lok għal profitti eċċessivi, jekk kienx hemm lok li jitwettaq aġġustament negattiv skont l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 u liema kellhom ikunu l-karatteristiċi, l-ammont u l-kundizzjonijiet ta’ tali aġġustament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-kundizzjonijiet li fihom tingħata l-eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, huwa biżżejjed li jitfakkru l-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 90 sa 98 iktar ’il fuq, li minnhom joħroġ li ċerti elementi essenzjali tal-allegata skema ma jirriżultawx mill-atti li skont il-Kummissjoni jikkostitwixxu l-bażi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammont li għandu jiġi eżentat, għandu jiġi osservat li l-perċentwali tal-profitti meqjusa li huma eċċessivi ma hijiex iddefinita fl-atti li fuqhom hija bbażata l-allegata skema ta’ għajnuna. Fil-fatt, minn dawn l-atti la tista’ tiġi dedotta perċentwali speċifika, la tista’ tiġi dedotta firxa ta’ valuri u lanqas ma jista’ jiġi dedott valur massimu, u f’dawn l-atti ma jingħata ebda element konkret li jiddefinixxi l-metodu ta’ kalkolu li għandu jiġi applikat. Għall-kuntrarju, mid-deċiżjoni kkontestata (premessa 103 tal-imsemmija deċiżjoni) jirriżulta li l-fatti individwali, l-ammonti kkonċernati u t-tranżazzjonijiet li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni huma differenti minn deċiżjoni bil-quddiem għal oħra. Bl-istess mod, id-deskrizzjoni tal-profitti eċċessivi, fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata, turi li d-determinazzjoni tagħhom teħtieġ eżerċizzju ta’ evalwazzjoni, każ b’każ, tal-istudji ppreżentati mill-persuna taxxabbli fir-rigward, fl-ewwel stadju, tal-benefiċċju residwali tal-kumpannija, iġġenerat mit-tranżazzjonijiet tagħha ma’ kumpanniji integrati fl-istess grupp, u, fit-tieni stadju, il-profitti eċċessivi ġġenerati minħabba l-fatt li tkun tagħmel parti minn grupp, li jitnaqqsu mill-profitt residwali, kif ikun ġie kkalkolat fl-ewwel stadju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, il-parametri dwar il-kalkolu tal-profitti eċċessivi kif ukoll l-indikazzjonijiet meħtieġa għat-teħid inkunsiderazzjoni, meta jiġu adottati d-deċiżjonijiet bil-quddiem, tas-sinerġiji, tal-investimenti, taċ-ċentralizzazzjoni ta’ attivitajiet u tal-ħolqien ta’ impjiegi fil-Belġju ma humiex previsti fl-atti li skont il-Kummissjoni jikkostitwixxu l-bażi tal-iskema kontenzjuża. Għaldaqstant, huwa s-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem li, minn naħa, iddetermina l-elementi essenzjali li kienu meħtieġa sabiex jinkiseb aġġustament negattiv u, min-naħa l-oħra, ivverifika jekk dan ir-rekwiżit kienx issodisfatt fil-każ li jkun aċċetta li jingħata l-imsemmi aġġustament. Għalhekk, ma jistax jingħad li s-setgħa diskrezzjoni tal-awtoritajiet fiskali Belġjani kienet limitata għal sempliċi applikazzjoni teknika tad-dispożizzjonijiet identifikati fil-premessa 99 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-proċedura quddiem is-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem tinkludi fażi preliminari li matulha tiġi analizzata l-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem u li mal-konklużjoni tagħha wħud biss mill-applikazzjonijiet jittieħdu uffiċjalment inkunsiderazzjoni. Fil-fatt, mir-rapporti annwali tas-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem identifikati mir-Renju tal-Belġju, b’mod partikolari minn dak tas-sena 2014, jirriżulta li huma biss madwar 50 % tal-fajls miftuħa fil-fażi ta’ notifika preliminari li jwasslu għal deċiżjoni bil-quddiem. Dan jikkostitwixxu indizju tal-fatt li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, is-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem għandu setgħa diskrezzjonali li huwa jeżerċita effettivament meta jilqa’ jew jiċħad, inkluż fl-istadju tan-notifika preliminari, l-applikazzjonijiet dwar il-profitti eċċessivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li, fil-premessa 106 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tindika li s-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem għandu setgħa diskrezzjonali limitata sabiex jaċċetta r-rati preċiżi tal-aġġustament negattiv. Issa, mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 101 sa 112 iktar ’il fuq jirriżulta li l-awtoritajiet fiskali Belġjani kellhom, f’dan il-każ, setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-elementi essenzjali kollha tal-allegata skema ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-definizzjoni tal-benefiċjarji</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-definizzjoni tal-benefiċjarji, għandu jitfakkar li, fil-premessa 109 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92. Dan l-artikolu, li l-kontenut tiegħu huwa riprodott fil-punt 8 iktar ’il fuq, jipprevedi li japplika għall-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali fir-rigward tar-relazzjonijiet transkonfinali reċiproċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Huwa minnu li jista’ jitqies li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92 ikopri kategorija ġenerali u astratta ta’ entitajiet, jiġifieri l-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali fil-kuntest tar-relazzjonijiet transkonfinali reċiproċi tagħhom. Madankollu, il-benefiċjarji tal-iskema, kif imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata, ma jistgħux jiġu identifikati fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni biss, mingħajr miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan il-każ, il-benefiċjarji tal-iskema, kif ikkonstatata mill-Kummissjoni, jikkorrispondu għal kategorija ħafna iktar partikolari minn dik li tikkorrispondi għall-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali fil-kuntest tar-relazzjonijiet transkonfinali reċiproċi tagħhom. Skont l-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fil-premessa 102 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar l-elementi essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża, din l-iskema tapplika għal kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp multinazzjonali li, fuq il-bażi ta’ rapporti dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment u dwar l-eżistenza ta’ profitti eċċessivi kkalkolati permezz tal-imsemmija rapporti, jinvokaw l-eżenzjoni ta’ dawn il-profitti permezz tal-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem u li, barra minn hekk, jagħmlu investimenti, joħolqu impjiegi jew jiċċentralizzaw l-attivitajiet tagħhom fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-atti l-oħra li fuqhom hija bbażata l-iskema, kif identifikati mill-Kummissjoni, ma jipprovdux preċiżazzjonijiet addizzjonali dwar id-definizzjoni tal-benefiċjarji tal-iskema inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod speċifiku, tal-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE>, din tal-aħħar, sa fejn fl-Artikolu 20 tagħha tipprevedi r-rekwiżit dwar sitwazzjoni jew dwar tranżazzjoni partikolari li jkunu għadhom ma kellhomx effetti fuq il-livell fiskali, ma tipprevedix dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-benefiċjarji tal-allegata skema. Fir-rigward taċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u tat-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi tat-<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, tal-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE> u tas-<DATE ISO="20150106">6 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-kontenut ta’ dawn l-atti lanqas ma jipprovdi preċiżazzjonijiet dwar il-benefiċjarji tal-allegata skema. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li dawn l-atti tal-aħħar ġew adottati wara l-2004, is-sena li minnha, skont il-Kummissjoni, kienet applikata l-iskema inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li l-benefiċjarji tal-allegata skema ta’ għajnuna huma ddefiniti b’mod ġenerali u astratt permezz tal-atti li fuqhom hija bbażata l-iskema ta’ għajnuna identifikati mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, tali definizzjoni għandha neċessarjament titwettaq permezz ta’ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-iskema ta’ eżenzjoni tal-profitti eċċessivi, kif iddefinixxietha fid-deċiżjoni kkontestata, ma kinitx teħtieġ miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni u li għalhekk kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ approċċ sistematiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Il-konklużjoni magħmula fil-punt 120 iktar ’il fuq ma tistax tiddaħħal inkwistjoni bl-argumenti tal-Kummissjoni bbażati fuq l-eżistenza ta’ allegat approċċ sistematiku li hija identifikat permezz ta’ eżami ta’ kampjun ta’ 22 deċiżjoni bil-quddiem mis-66 deċiżjoni bil-quddiem eżistenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandha titfakkar il-ġurisprudenza, iċċitata fil-punt 79 iktar ’il fuq, li minnha joħroġ li, fil-kuntest tal-eżami ta’ skema ta’ għajnuna u fl-assenza ta’ identifikazzjoni ta’ att legali li jistabbilixxi skema ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’, madankollu, tibbaża ruħha fuq sett sħiħ ta’ ċirkustanzi ta’ natura li jiżvelaw l-eżistenza fil-fatt ta’ skema ta’ għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940413">13 ta’ April 1994</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja u Pleuger Worthington vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/90 u C‑342/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:129">EU:C:1994:129</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li teżisti skema ta’ għajnuna meta jirnexxielha turi, b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi, approċċ sistematiku li l-karatteristiċi tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex turi li l-approċċ identifikat minnha kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argumenti invokati mill-Kummissjoni b’mod partikolari matul is-seduta, fis-sens li tali approċċ jista’ jikkostitwixxi l-bażi stess tal-iskema ta’ għajnuna, huwa biżżejjed li jitfakkar li dan ma huwiex il-bażi tal-iskema li ġiet ikkonstatata fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, kif ingħad fil-punt 80 iktar ’il fuq, fil-premessi 97 sa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li l-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92, kif applikat mill-amministrazzjoni fiskali Belġjana, kien jikkostitwixxi l-bażi tal-allegata skema ta’ għajnuna inkwistjoni u li tali applikazzjoni setgħet tiġi dedotta mill-espożizzjoni tal-motivi tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE>, miċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> u mit-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għall-mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jekk jitqies li l-argumenti tal-Kummissjoni għandhom jinftiehmu fis-sens li l-elementi essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna joħorġu minn approċċ sistematiku li, min-naħa tiegħu, joħroġ mill-kampjun ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem eżaminati minnha, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex turi, b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi, l-eżistenza ta’ tali approċċ sistematiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, fil-premessi 65 u 103 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hija eżaminat kampjun ta’ 22 deċiżjoni bil-quddiem mis-66 deċiżjoni kkonċernati. Issa, kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, la speċifikat l-għażla ta’ dan il-kampjun u lanqas ir-raġunijiet għaliex dan il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tad-deċiżjonijiet bil-quddiem kollha. Fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub mill-Qorti Ġenerali, li kienet ukoll is-suġġett ta’ preċiżazzjonijiet matul is-seduta, il-Kummissjoni indikat li hija kienet talbet id-deċiżjonijiet bil-quddiem adottati fl-2005 (fl-2004 ma kienet adottata ebda deċiżjoni), fl-2007, fl-2010 u fl-2013 sabiex, bl-eżami tagħha, tkopri d-deċiżjonijiet adottati fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tal-perijodu li matulu s-Servizz tad-Deċiżjonijiet bil-Quddiem kien adottata tali deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata fiha, fil-punti 62 sa 64 u fin-nota ta’ qiegħ il-paġna numru 80 tagħha, referenzi għal 6 deċiżjonijiet bil-quddiem, mis-66 ikkonċernati, li ġew deskritti b’mod sommarju u li ġew ikklassifikati bħala eżempji li setgħu jintużaw bħala rappreżentazzjoni tad-deċiżjonijiet bil-quddiem kollha. Issa, fid-deċiżjoni kkontestata ma hemm ebda preċiżazzjoni dwar ir-raġunijiet għaliex intgħażlu dawn is-6 eżempji, għaliex dawn id-deċiżjonijiet bil-quddiem analizzati jikkostitwixxu bażi suffiċjentement rappreżentattiva tas-66 deċiżjoni bil-quddiem kollha u għaliex dawn is-6 eżempji huma biżżejjed sabiex iservu ta’ bażi għall-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ approċċ sistematiku mill-awtoritajiet fiskali Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandhom jitfakkru l-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 103 sa 112 iktar ’il fuq, fis-sens li l-awtoritajiet fiskali Belġjani eżaminaw każ b’każ kull applikazzjoni u kellhom setgħa diskrezzjonali li kienet tmur ferm lil hinn minn sempliċi applikazzjoni teknika tad-dispożizzjonijiet identifikati fil-premessa 99 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn adottaw kull deċiżjoni bil-quddiem wara dan<?PAGE NO="22"?> l-eżami, punt dan li, fih innifsu, idgħajjef in-natura sistematika tal-allegat approċċ meħud mill-awtoritajiet fiskali Belġjani. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ approċċ sistematiku hija kkontestata mill-konstatazzjoni magħmula fil-punt 98 iktar ’il fuq dwar il-miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex tiġi implimentata s-sistema dwar il-profitti eċċessivi kkontestata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International isostnu li diversi deċiżjonijiet bil-quddiem ma jinkludux l-elementi essenzjali tal-allegata skema ta’ għajnuna kkonstatati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari minħabba li ma jikkonċernawx kollha r-rwol ta’ imprenditur ċentrali kif meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, minħabba li mhux fil-każijiet kollha kien hemm ċentralizzazzjoni jew ċentralizzazzjoni mill-ġdid ta’ attivitajiet u minħabba li l-kalkolu tal-profitti eċċessivi twettaq każ b’każ u mhux dejjem skont il-metodu ta’ kalkolu fuq żewġ stadji kkritikat mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li n-nuqqasijiet identifikati fil-punti 127 u 128 iktar ’il fuq ma jistgħux jiġu rrimedjati bl-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, indikati fil-punt 49 iktar ’il fuq, dwar il-kampjun ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem li kienet analizzat. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma tistax, mingħajr ma taqbeż il-limiti tal-istħarriġ ta’ legalità tad-deċiżjoni kkontestata, tibbaża ruħha, sabiex tiċħad motiv ta’ annullament imressaq quddiemha, fuq raġunijiet li ma joħorġux mill-imsemmija deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, L-<NAME.CASE>Irlanda u Aughinish Alumina vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑50/06 RENV II u T‑69/06 RENV II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:227">EU:T:2016:227</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, u kif isostnu ġustament ir-Renju tal-Belġju u Magnetrol International, mill-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li d-deċiżjonijiet bil-quddiem li jagħmlu parti mill-kampjun eżaminat mill-Kummissjoni juru li l-awtoritajiet fiskali Belġjani taw tweġibiet individwali għas-sitwazzjonijiet differenti li tressqu quddiemhom. Fil-fatt, l-informazzjoni mogħtija dwar it-22 deċiżjoni turi li dawn tal-aħħar ġew adottati fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet differenti, bħalma huma l-amalgamazzjoni jew ir-ristrutturazzjoni ta’ attivitajiet ta’ produzzjoni, il-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet ġodda, iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ installazzjonijiet eżistenti jew l-internalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ akkwist ta’ provvisti. B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li joħroġ mill-premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata u mir-raġunament segwit mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi li l-allegata skema kontenzjuża tagħti lill-benefiċjarji vantaġġ selettiv (punt 6.3.2.2 tad-deċiżjoni kkontestata), id-deċiżjonijiet bil-quddiem li jagħmlu parti mill-kampjun eżaminat ma jikkonċernawx kollha sitwazzjonijiet fejn struttura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>imprenditur ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kienet użata mill-entità Belġjana inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, identifikati fil-punt 49 iktar ’il fuq, jirriżulta li l-approċċ fuq żewġ stadji għall-kalkolu tal-profitti eċċessivi, identifikat mill-Kummissjoni bħala wieħed mill-elementi essenzjali tal-allegata skema ta’ għajnuna u kif deskritt mill-Kummissjoni fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata, li jimplika b’mod partikolari l-użu ta’ rapporti dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment u l-MTMN, ma kienx adottat b’mod sistematiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minbarra n-nuqqasijiet identifikati fil-punti 127 u 128 iktar ’il fuq, li jdgħajfu l-argumenti dwar l-eżistenza ta’ approċċ sistematiku min-naħa tal-awtoritajiet fiskali Belġjan, il-kampjun li għalih tirreferi l-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma jistax jistabbilixxi neċessarjament li tali approċċ sistematiku kien effettivament eżista u li dan ġie segwit fid-deċiżjonijiet bil-quddiem ikkonċernati kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="23"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-miżuri kontenzjużi bħala skema ta’ għajnuna</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li s-sistema Belġjana dwar il-profitti eċċessivi inkwistjoni, kif ippreżentata fid-deċiżjoni kkontestata, kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandhom jintlaqgħu l-motivi invokati mir-Renju tal-Belġju u minn Magnetrol International, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, sa fejn hija kkonċernata l-konklużjoni magħmula fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna. Għaldaqstant, u mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra invokati kontra d-deċiżjoni kkontestata, din tal-aħħar għandha tiġi annullata fl-intier tagħha sa fejn hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni żbaljata dwar l-eżistenza ta’ tali skema.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Renju tal-Belġju, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, u minn Magnetrol International, konformement mat-talbiet ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li jintervjenu f’kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kawżi T‑131/16 u T‑263/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-<DATE ISO="20160111">11 ta’ Jannar 2016</DATE> dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Renju tal-Belġju, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, u ta’ Magnetrol International.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Van der Woude</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Bieliūnas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Marcoulli</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kornezov</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="24"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-Kodiċi tat-Taxxi fuq id-Dħul tal-1992</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-Liġi tal-<DATE ISO="20021224">24 ta’ Diċembru 2002</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-Liġi tal-<DATE ISO="20040621">21 ta’ Ġunju 2004</DATE> li temenda ċ-CIR 92</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Espożizzjoni tal-motivi</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-Artikolu 185(2) taċ-CIR 92</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq iċ-Ċirkolari Amministrattiva tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tweġibiet tal-Ministru għall-Finanzi għal mistoqsijiet parlamentari dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 185(2)(b) taċ-CIR 92</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet fil-Kawża T‑131/16</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet fil-Kawża T‑263/16</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegat indħil mill-Kummissjoni fil-kompetenzi esklużivi tar-Renju tal-Belġju fil-qasam tat-tassazzjoni diretta</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna, fis-sens tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-elementi essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet fiskali Belġjani</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-definizzjoni tal-benefiċjarji</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ approċċ sistematiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-miżuri kontenzjużi bħala skema ta’ għajnuna</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>