19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9754 — KII/INFOR)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 56/10)

1.   

Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Koch Industries, Inc. (“KII”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Infor, Inc. (“Infor”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn Koch Industries Inc. u Golden Gate Private Equity, Inc.

KII takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Infor.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

KII: korporazzjoni privata li hija s-sid ta’ grupp diversifikat ta’ kumpaniji involuti fir-raffinerija u l-kimiċi, tagħmir u teknoloġiji tal-ipproċessar u li jikkontrollaw t-tniġġis, minerali, fertilizzanti, kummerċ u servizzi fil-komoditajiet, polimeri u fibri, ħġieġ, prodotti tal-foresti u tal-konsumatur, komponenti elettroniċi, ranching, stampar u imballaġġ, software u għall-impriżi u investimenti.

—

Infor: fornitur internazzjonali mad-dinja kollha ta’ software għall-ippjanar ta’ riżorsi tal-impriżi u servizzi relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9754 — KII/INFOR

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.