|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4243 |
29.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(C/2026/4243)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1877 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1880 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni koperti mill-miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2026/1877 u r-Regolament (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2026/1880.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005.
Id-data personali pproċessata tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta mar-raġunijiet għall-elenkar.
Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1), punt (a), u għall-konformità mal-obbligi legali stipulati fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1), punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali f'konformità mal-Artikolu 10(2), punt (g), tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-deżinjazzjonijiet u l-aġġornamenti tad-deżinjazzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kumitati tas-Sanzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt (e), tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; |
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali. |
L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew b'mod komplet id-data tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jista' jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.
Tapplika d-Deċiżjoni Nru 2/2026 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-fini ta' miżuri restrittivi
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu ittra elettronika lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.
Mehmuż mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
Qabel ma jagħmlu dan, huwa rakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/oj.
(3) ĠU L, 2026/1877, 28.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1877/oj.
(4) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1183/oj.
(5) ĠU L, 2026/1880, 28.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1880/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4243/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)