Official Journal L 336 , 26/11/1987 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0264
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0264
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3534/87 ta' l-24 ta' Novembru 1987 dwar il-klassifikazzjoni ta' prodotti fl-intestatura 16.04 E tat-Tariffa Komuni Doganali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-applikazzjoni uniformi tan-nomneklatura tat-Tariffa Komuni Doganali ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2055/84 ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali, dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati dwar il-klassifikazzjoni tat-tariffa għal bċejjeċ ta' tonn bla ġilda iffriżati (ġnub tan-naħa t'isfel tat-tonn') li jkunu ssajjru minn qabel kemm bl-istijm u l-ilma, partikolarment sabiex tiġi faċilitata t-tneħħija tal-ġilda, u li jirriżulta li l-proteini jiġu parzjalment koaġulati; Billi l-intestatura tat-Tariffa Komuni Doganali Nru 03.01 annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 ([3]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2184/87 ([4]), tirreferi għal ħut frisk (sew ħaj jew mejjet) refriġerat jew iffriżat; billi l-intestatura Nru 16.04 tirreferi għal ħut ippreparat jew ippreservat; Billi, minħabba t-trattament tas-sħana li jkun għadda minnu, l-ħut in kwistjoni jitlef il-karatteristiċi tiegħu ta' prodott li jaqa' taħt l-intestatura Nru 03.01, u konsegwentement jaqa' fl-intestatura Nru 16.04; billi f'dik l-intestatura, s-subintestatura 16.04 E għandha tingħażel; Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Komuni Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Bċejjeċ tat-tonn iffriżati bla ġilda (ġnub tan-naħa ta' isfel tat-tonn') li jkunu ssajru minn qabel kemm bl-istijm u l-ilma, b'mod partikolari sabiex tiġi faċilitata t-tneħħija tal-ħilda, u li jirriżulta f'li l-proteini jiġi parzjalment koaġulati għandhom jiġu klassifikati fit-Tariffa Komuni Doganali taħt l-intestatura: 16.04 Ħut preparat jew ippriservat, inkluż il-kavjar u s-sostituti tiegħu: E. Tunny. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jkollu effett mit-tmien jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Novembru 1987. Għall-Kummissjoni COCKFIELD Viċi-President [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 191, tas-16.7.1984, p. 1. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [4] ĠU L 203, ta' l-24.7.1987, p. 16.