Proposta għal regolament (KE, Euratom) tal-Kunsill li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom /* KUMM/2009/0603 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.10.2009 KUMM(2009)603 finali Proposta għal REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Mottivi u għanijiet tal-proposta Bħal ma jsir kull sena, skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet proposti mill-Kummissjoni abbażi tar-rapport tal-Eurostat, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | 120 | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-poter ta’ akkwist tal-pagi pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali) u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-Istati Membri. Il-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI. L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. | 141 | Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Ġbir u użu kompetenzi | 229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ kompetenzi esterni. | 230 | Valutazzjoni tal-impatt - Il-proposta għandha l-għan li taġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Skont l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fil-poter ta’ akkwist fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu kkalkulati ż-żidiet fil-pagi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-poter ta’ akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal 2.7%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat hija ta’ 0.9%. B’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur tal-aġġustament hu ugwali għall-prodott tal-indikatur speċifiku u tal-indiċi internazzjonali ta’ Brussell iddeterminati mill-Eurostat. L-aġġustament propost fir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 3.6%. B’konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI, ebda piż differenzjat m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tal-pagi u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu bil-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Iż-żidiet applikabbli għar-rimunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-rimunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: - Piżijiet differenzjati għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu fl-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tar-rimunerazzjoni bejn Brussell u l-postijiet l-oħra tax-xogħol jew missjonijiet. Il-piżijiet differenzjati applikabbli għar-remunerazzjoni mħallsa lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra li jkunu qed jagħtu servizz fi Stati Membri barra l-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Piżijiet differenzjati għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-piżijiet differenzjati għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tal-pensjoni mħallsa fi Brussell ma’ dik imħallsa fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Il-piżijiet differenzjati kkalkulati għall-pensjonijiet ta’ persuni li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemuburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tal-proporzjon bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-piżijiet differenzjati japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-piżijiet differenzjati: Id-data ta’ dħul fis-seħħ hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-piż differenzjat jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda tal-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6% Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu, hu mkejjel bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi immultiplikat bil-varjazzjoni mill-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. | 310 | Bażi legali Il-bażi ġuridika hija l-Istatut u b’mod partikolari l-Anness XI tiegħu. | 329 | Il-Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. | 332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. | L-Għażla ta’ strumenti | 341 | Strument propost: Regolament. | 342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill. | IMPLIKAZZJONIJIET BAġETARJI | 401 | L-impatt tal-adattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu. | Proposta għal REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: 1. Sabiex jiggarantixxi li l-poter ta’ akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunità tikber b'mod parallel għal dik tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati skont il-verifika annwali tas-sena 2009, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, id-data tal-“1 ta' Lulju 2008” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“1 ta' Lulju 2009”. Artikolu 2 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet tiġi ssostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 3 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt. B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella li jmiss. B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella li jmiss. B'effett mis-16 ta' Mejju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella li jmiss. Id-data effettiva tal-aġġustament annwali għal dawk il-karigi ta’ impjieg għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2009. B'effett mill-1 ta' Mejju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 6 tat-tabella li jmiss. Id-data effettiva tal-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet tax-xogħol għandha tkun l-1 ta’ Mejju 2009. [pic] Artikolu 4 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont tal- allowance għal-liv tal-ġenituri msemmi fl-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 909.94 u EUR 1213.25 għal familji b'ġenitur wieħed. Artikolu 5 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 170.18. B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 371.88. B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff għandu jkun ta’ 252.32 EUR. B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff għandu jkun ta’ 90.85 EUR. B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont minimu ta' l-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 504.41. B'effett mill-14 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandu jkun ta' EUR 362,60 Artikolu 6 B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hija mibdula għal li ġej: EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km EUR 0.3782 għal kull kilometru bejn 201 u 1,000 km EUR 0.6304 għal kull kilometru bejn 1,001 u 2,000 km EUR 0.3782 għal kull kilometru bejn 2,001 u 3,000 km EUR 0.1260 għal kull kilometru bejn 3,001 u 4,000 km EUR 0.0607 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km. Ma' din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal: - EUR 189.11 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija bejn 725 km u 1,450 km, - EUR 378.18 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1,450 km, Artikolu 7 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta': - EUR 39.09 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall- allowance tal-familja, - EUR 31.52 għall-uffiċjali li m'għandhomx dritt għall-allowance tal-familja. Artikolu 8 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra huwa ta': - 1112.81 EUR għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja; - EUR 661.67 għal impjegat li mhux intitolat għall-allowance tal-familja. Artikolu 9 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-qgħad imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun ta' EUR 1334.56, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2669.14 u l-allowance standard għandha tkun ta' EUR 1213.25. Artikolu 10 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 11 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandu jkun ta': - 837.02 EUR għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja; - EUR 496.24 għal impjegat li mhux intitolat għall-allowance tal-familja. Artikolu 12 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, għandu jkun ta' EUR 1000.93, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2001.85 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 909.94. B’effett mit-13 ta’ Lulju 2009, allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 880,60 u l-limit massimu għandu jkun ta’ EUR 2072,00 Artikolu 13 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1] għandhom ikunu ta' EUR 381.42, EUR 575.71, EUR 629.45 u EUR 858.15. Artikolu 14 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5.50594. Artikolu 15 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 16 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, għall-finijiet tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta': - EUR 131.58 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5, - EUR 201.74 fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-Gradi C1, C2 jew C3. Artikolu 17 B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 18 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-piżijiet differenzjati applikati għalihom. 2. QAFAS ABM / ABB Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernati u attività/jiet assoċjati magħha/hom: L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati. 3. LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji baġitarji (il-linji operattivi u l-linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (eks-linji B. A)) inklużi l-Intestaturi: Nefqa: XX.01.01.01 Il-Kummissjoni u l-Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenza Parlamentari. Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni. 3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: Indefinit 3.3. Karatteristiċi baġitarji: Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Partiċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja | XX.01.01.01, Kapitoli 11, 42 | Nefqa mhux obbligatorja | NDA[3] | LE | LE | LE | Nru 5 | 4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji 4.1.1. Ġabra fil-qosor tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali) Tip ta’ nfiq | Taqsima Nru | Is-sena 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | L-2014 u wara | Totali | Nefqa operattiva[4] | Approprazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1. | a | Approprazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[5] | Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] | Riżorsi umani u nfiq assoċjat (AMD) | 8.2.5. | d | 94.5 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | mhux applikabbli | Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | Total indikattiv tan-nefqa tal-azzjoni | AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 94.5 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | mhux applikabbli | TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 94.5 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | 189.4 | mhux applikabbli | Dettalji dwar ko-finanzjament Mhux applikabbli 4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (jiġifieri, strument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta ’għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu dan li ġej: EUR miljun (sa tliet punti deċimali) Qabel l-azzjoni 2009 | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Linja tal-baġit |Dħul | | |2009 |2010 |2011 |2012 |2013 |2014 | | 410 kontribut tal-Pensjoni |a) Id-dħul f’termini assoluti | 351.2 | | 357.6 |363.9 |363.9 |363.9 |363.9 |363.9 | | |b) Bidla fid-dħul |Δ | | 6.4 | 12.7 | 12.7 | 12.7 | 12.7 | 12.7 | | 400 -Taxxa |a) Id-dħul f’termini assoluti | 440.7 | | 448.7 |456.6 |456.6 |456.6 |456.6 |456.6 | | |b) Bidla fid-dħul |Δ | | 8.0 | 15.9 | 15.9 | 15.9 | 15.6 | 15.9 | | 404 Taxxa speċjali |a) Id-dħul f’termini assoluti | 44.9 | | 45.7 |46.5 |46.5 |46.5 |46.5 |46.5 | | |b) Bidla fid-dħul |Δ | | 0.8 | 1.6 | 1.6 | 1.6 | 1.6 | 1.6 | |4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, temporanji u aġenti esterni) - ara d-dettal taħt punt 8.2.1. Mhux applikabbli 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 5.1. Ħtieġa li għandha tiġi indirizzata fuq perjodu qasir jew twil Obbligu Statutorju. 5.2. Valur-miżjud tal-involviment tal-Komunità, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli Mhux applikabbli 5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ ġestjoni skont l-attivitajiet (ABM) Mhux applikabbli 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni PMO PMO ( indirettament b’delega lil: ( korpi tal-Aġenziji Eżekuttivi ( maħluqa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art 85 tar-Regolament Finanzjarju ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku. ( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata ( ma’ Stati Membri ( ma' Pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema) Kummenti: 6. KONTROLL U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta’ kontroll Mhux applikabbli 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni Ex-ante Mhux applikabbli 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili) Mhux applikabbli 6.2.3. Termini u frekwenza ta’ valutazzjoni ġejjiena Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004. 7. Miżuri kontra l-frodi Mhux applikabbli 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI Mhux applikabbli [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif issupplimentat bir-Regolament (KEE, KEFA, Euratom) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6). [2] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8). [3] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu AMD [4] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [5] Nefqa fl-ambitu tal-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [6] Nefqa fl-ambitu tal-Kapitolu xx 01 ħlief għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.