<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-519/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0519</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:601">EU:C:2017:601</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170726">26.7.2017</DATE> – KAWŻA C‑519/16</P><P>Superfoz – Supermercados</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fl-introduzzjoni u fil-bidu ta’ dan it-test saru modifiki ta’ natura lingwistika, wara li d-dokument kien tqiegħed online għall-ewwel darba.</P></NOTE></P><P>[Test emendat permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>]</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 882/2004</KEYWORD><KEYWORD>Kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament tal-kontrolli uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 26 u 27</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi jew taxxi</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑519/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (qorti amministrattiva u fiskali ta’ Coimbra, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160905">5 ta’ Settembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Superfoz ‑ Supermercados Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fazenda Pública</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Superfoz ‑ Supermercados Lda, minn R. China Carvalheira, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>[Kif emendat bid-digriet tal-<DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>] għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo kif ukoll minn A. Guerreiro, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Němečková, M. Afonso u K. Skelly, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 45, p. 200, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 191, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 189, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 882/2004<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ kompetizzjoni libera, u tal-libertà ta’ intrapriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Superfoz – Supermercados Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Superfoz<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u il-Fazenda Pública (teżor pubbliku, il-Portugall) dwar il-ħlas ta’ taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel, tal-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Regolament (KE) Nru 178/2002</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE>, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463) kif emendat bir-Regolament Nru 652/2014 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Regolament Nru 178/2002<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jinkludi d-dispożizzjonijiet bażiċi li jippermettu li jiġi żgurat, fir-rigward tal-prodotti tal-ikel, livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-persuni u tal-interessi tal-konsumaturi, b’mod partikolari meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni d-diversità tal-provvista tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tiegħu, l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li jistabbilixxi l-prinċipji u r-responsabbiltajiet komuni, il-mezzi ta’ provvista ta’ bażi xjentifika soda, arranġamenti effiċjenti ta’ organizzazzjoni u proċeduri biex isostnu t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel u l-għalf tal-annimali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 882/2004</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 11 u 32 tar-Regolament Nru 882/2004 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(11)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għandhom jilħqu numru ta’ kriterji ta’ operazzjoni sabiex jiżguraw l-imparzjalità u l-effettività tagħhom. Huma għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta’ impjegati kwalifikati kif imiss u ta’ esperjenza li jkollhom faċilitajiet adegwati u tagħmir biex iwettqu kif imiss id-dmirijiet tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Għandhom ikunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex jiġu organizzati kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu l-ħlasijiet jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż magħmula minħabba l-kontrolli uffiċjali. Fil-proċess, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu l-ħlasijiet u l-piżijiet bħala ammonti f’rata fissa bbażati fuq in-nefqiet magħmula u waqt li jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifikat tal-istabbilimenti. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità ma’ regoli jimmira b’mod partikolari, li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jipprevjeni, jelimina jew inaqqas għal livelli aċċettabli riskji għall-bnedmin u l-annimali, jew direttament, jew permezz tal-ambjent;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiggarantixxi prattiċi ġusti fil-kummerċ ta’ l-għalf u l-ikel u jipproteġi l-interessi tal-konsumatur, inkluż it-tokkettjar ta’ għalf u ikel u forom oħra ta’ informazzjoni lill-konsumatur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-twettieq ta’ kontrolli uffiċjali skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja legali ta’ operaturi fin-negozju ta’ l-għalf u l-ikel biex jiżguraw is-sigurezza ta’ l-għalf u l-ikel, kif preskritt fir-[Regolament Nru 178/2002], u xi responsabbiltà ċivili jew kriminali li tirriżulta minn ksur ta’ l-obbligi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kontroll uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>kull forma ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti jew il-Komunità twettaq għall-verifikazzjoni tal-konformità tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel is-saħħa ta’ l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Obbligi ġenerali fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu f’xi wieħed mill-istadji ta’ produzzjoni, proċessar jew distribuzzjoni ta’ għalf jew ikel u ta’ annimali u prodotti mill-annimali. Dawn għandhom jinkludu kontrolli fuq negozji ta’ għalf u ikel, fuq l-użu ta’ għalf u ikel, fuq il-ħażna ta’ għalf u ikel, fuq kull proċess, materjal, sustanza, attività jew operazzjoni inkluż trasport applikat għall-għalf jew l-ikel u fuq annimali ħajjin, meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-regolament.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 882/2004 jinkludi Kapitolu VI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Iffinanzjar ta’ kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li fih jinsabu b’mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Prinċipju ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu għall-impjegati meħtieġa u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali b’kull mezz ikun x’ikun kunsidrat xieraq, inkluż permezz ta’ tassazzjoni ġenerali jew billi jiġu stabbiliti tariffi u piżijiet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Tariffi jew piżijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafi (1) sa (4) u (10) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iżda, fir-rigward ta’ l-attivitajiet imsemmija fl-Anness IV, taqsima A, u l-Anness V, taqsima A, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir ta’ tariffa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, it-tariffi miġbura fir-rigward ta’ l-attivitajiet speċifiċi msemmija fl-Anness IV, taqsima A, u l-Anness V, taqsima A, għandhom ikunu aktar baxxi mir-rati minimi speċifikati fl-Anness IV, taqsima B, u l-Anness V, taqsima B. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-tariffi miġbura għall-għanijiet ta’ kontrolli uffiċjali skont il-paragrafu 1 jew 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>m’għandhomx ikunu għola mill-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-partiti elenkati fl-Anness VI;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistgħu jiġu ffisati f’rata fissa fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti fuq perjodu ta’ żmien partikolari jew, fejn japplika, fl-ammonti ffissati fl-Anness IV, tasima B jew fl-Anness V, taqsima B.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="027.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-nefqiet li jirriżultaw mill-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 28, l-Istati Membri m’għandhomx jiġbru xi tariffi oħra minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Portugiż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-taxxa fuq is-sigurtà tal-prodotti tal-ikel (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>TSAM<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) ġiet stabbilita permezz ta’ Digriet-Liġi Nru 119/2012, tal-<DATE ISO="20120615">15 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-preambolu tad-Digriet-Liġi jindika li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>obbligu ta’ finanzjament tal-ispejjeż dwar l-eżekuzzjoni ta’ kontrolli uffiċjali mill-Istati Membri u tagħt[i] lil dawn tal-aħħar il-possibbiltà li jiksbu mezzi finanzjarji adegwati għat-tassazzjoni ġenerali jew għall-istabbiliment ta’ tariffi u taxxi speċjali sabiex jitħallsu mill-operaturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[b]l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, taxxi differenti intiżi sabiex jappoġġjaw finanzjarjament l-atti ta’ verifikazzjoni u ta’ kontroll kienu diġà ġew stabbiliti, li għandhom bħala riferiment l-ispejjeż u l-infiq rigward il-persunal, jiġifieri, ir-remunerazzjonijiet, l-installazzjonijiet, l-istrumenti, it-tagħmir, it-taħriġ, il-missjonijiet u l-ispejjeż relatati, inklużi dawk relatati mat-teħid u t-trażmissjoni ta’ kampjuni u mal-analiżi fil-laboratorju.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Digriet-Liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>– Bħala korrispettiv tal-garanzija tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel u l-kwalità tal-ikel, l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u veġetali, friski jew iffriżati, ipproċessati jew mhux ipproċessati, bl-ingrossa jew ippakkjati, huma suġġetti għal taxxa annwali fejn l-ammont huwa stabbilit bejn EUR 5 u 8 għal kull metru kwadru tas-superfiċji ta’ bejgħ tal-istabbiliment b’ordni tal-membri tal-gvern responsabbli mill-qasam tal-finanzi u tal-agrikoltura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>– Huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa prevista fil-paragrafu preċedenti l-istabbilimenti b’superfiċji ta’ bejgħ ta’ inqas minn 2000 m<HT TYPE="SUP">2</HT> appartenenti lill-mikroimpriżi bil-kundizzjoni li: a) li ma jappartjenux għal impriża li topera taħt isem jew numru ta’ ismijiet u li għandhom, fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn 6000 m<HT TYPE="SUP">2</HT>, b) ma humiex integrati fi grupp li għandu fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn 6000 m<HT TYPE="SUP">2</HT>.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>– Għall-finijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni, wieħed jifhem bi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>stabbiliment tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> il-post li fih tiġi eżerċitata l-attività tal-kummerċ tal-ikel bl-imnut, inkluż l-istabbilimenti tal-kummerċ imħallta kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1) tad-Digriet-Liġi Nru 21/2009, tad-19 ta’ Jannar [2009].<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Ordni Nru 215/2012, tas-<DATE ISO="20120717">17 ta’ Lulju 2012</DATE>, tirregola it-TSAM. L-Artikolu 3(3)(b), ta’ din l-ordni jipprevedi li l-eżenzjonijiet mill-ħlas ta’ din it-taxxa previsti mid-dritt nazzjonali ma humiex applikabbli għall-istabbilimenti li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>huma integrati fi grupp li għandu fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn 6000 m<HT TYPE="SUP">2</HT><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. L-Artikolu 3(5) tal-imsemmija ordni jispeċifika li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3(b), <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> huwa għadd ta’ impriżi li, għalkemm legalment distinti, iżommu bejniethom rabtiet ta’ interdipendenza jew ta’ subordinazzjoni li toriġina mill-użu tal-istess isem, jew ta’ drittijiet jew ta’ setgħat, konformement mal-Artikolu 4(1) tad-Digriet-Liġi Nru 21/2009, tad-19 ta’ Jannar [2009].<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Superfoz hija kumpannija li l-attività tagħha tikkonsisti fl-operazzjoni kummerċjali ta’ supermarkets, fid-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel u mhux tal-ikel, kif ukoll fl-operazzjoni ta’ stazzjonijiet ta’ servizz u fil-ġestjoni ta’ ċentri kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Superfoz tuża l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Intermarché<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Madankollu, id-deċiżjoni tar-rinviju tispeċifika li din il-kumpannija hija persuna morali distinta, minn naħa, mill-franchisor tagħha ITMI Portugal – Sociedade de Desenvolvimento e Investimento SA u, min-naħa l-oħra, minn impriżi oħra franchised minn din tal-aħħar u li jużaw l-istess isem. Huwa wkoll imsemmi li dan il-franchisor ma jipparteċipax fil-kapital soċjali ta’ Superfoz li jagħtiha setgħa ta’ ġestjoni, ta’ mmaniġġjar jew ta’ amministrazzjoni fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, id-Direção Geral de Alimentação e Veterinária (direzzjoni ġenerali tal-ikel u veterinarja, il-Portugall) informat lil Superfoz li hija kienet persuna taxxabbli taħt it-TSAM, għas-sena 2014 fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">10274.25</FT>. Din id-direzzjoni speċifikat li, konformement mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, din is-somma rriżultat mill-applikazzjoni tat-taxxa, fejn l-ammont ġie stabbilit għal EUR 7 għal kull metru kwadru, fuq is-superfiċji tal-bejgħ tal-istabbiliment miżmum minn Superfoz, jiġifieri <FT TYPE="DECIMAL">1467.75</FT> metri kwadri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Superfoz tikkontesta, quddiem il-qorti tar-rinviju, il-legalità tal-opinjonijiet li wasslu għall-impożizzjoni fuqha tat-TSAM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-TSAM, din il-qorti tirrileva li din it-taxxa hija parti minn politika ta’ protezzjoni tal-katina tal-ikel u tas-saħħa tal-konsumaturi, ibbażata fuq il-prinċipju tar-responsabilizzazzjoni tal-aġenti ekonomiċi li jintervjenu fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel u l-kwalità tal-ikel. L-imsemmija taxxa hija intiża sabiex tiffinanzja l-fondi tas-saħħa u s-sigurtà tal-prodotti tal-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Mais<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (Fundo Sanitário e de Segurança Alimentar Mais), stabbilita permezz ta’ Digriet-Liġi Nru 119/2012. Dawn il-fondi ma jkollhom ebda kompetenza sabiex iwettqu kontrolli minbarra dawk previsti bir-Regolament Nru 882/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tindika li t-TSAM hija taxxa annwali li tikkostitwixxi l-korrispettiv tal-garanzija tas-sigurtà u l-kwalità tal-ikel. Il-proprjetarji tal-istabbilimenti tal-kummerċ tal-prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali u mill-pjanti il-persuni taxxabbli li huma għandhom iħallsu din it-taxxa jekk din tal-aħħar tkun ikkalkolata permezz tal-applikazzjoni ta’ ammont unitarju stabbilit bejn EUR 5 u 8 għal kull metru kwadru tas-superfiċji ta’ bejgħ tal-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li d-dritt nazzjonali madankollu jipprevedi deroga mill-ħlas tal-imsemmija taxxa għall-istabbilimenti b’superfiċji ta’ bejgħ ta’ inqas minn 2000 metri kwadri jew appartenenti lill-mikroimpriżi bil-kundizzjoni li dawn l-istabbilimenti li ma jappartjenux għal impriża li topera taħt isem jew numru ta’ ismijiet u li għandhom, fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali<?PAGE NO="6"?> jew ogħla minn 6000 metru kwadru jew li ma humiex integrati fi grupp li għandu fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn 6000 metru kwadru. It-Tribunal Constitucional (qorti kostituzzjonali, il-Portugall) iddeċidiet, f’dan ir-rigward, li din id-deroga ma kinitx kuntrarju għall-kunċett kostituzzjonali ta’ ugwaljanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi fuq il-konformità tat-TSAM mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 882/2004 kif ukoll mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din il-qorti tistaqsi jekk din it-taxxa hijiex konformi mal-Artikolu 27(10) tar-Regolament Nru 882/2004, sa fejn, minn naħa, l-ispejjeż marbuta mal-kontrolli previsti minn dan ir-regolament huma koperti minn taxxi oħra u, min-naħa l-oħra, it-TSAM tikkonċerna biss l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel li fuqhom huma imposti r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet previsti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 178/2002 u tar-Regolament Nru 882/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti għandha dubji kemm dwar il-kompatibbiltà tat-TSAM mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li din it-taxxa hija imposta biss fuq ċerti stabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-istess qorti tqis li l-prinċipju ta’ ekwivalenza previst fir-Regolament Nru 882/2004 jeżiġi li taxxa, bħal ma hija t-TSAM, hija intiża għall-finanzjament ta’ prestazzjoni amministrattiva fejn il-persuna taxxabbli hija l-kawża diretta jew il-benefiċjarju, li ma huwiex il-każ fir-rigward tat-TSAM. Fil-fatt, l-avveniment li wassal għal din tal-aħħar kien marbut mal-fatt li jinżammu stabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel mhux eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk it-TSAM tikser il-libertà ta’ intrapriża u d-dmir korrispondenti tan-newtralità ekonomika tal-Istati Membri, sa fejn din it-taxxa tista’ toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-kummerċ tal-ikel, b’mod partikolari, billi tiffavorixxi fiskalment l-impriżi li ma humiex suġġetti għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (qorti amministrattiva u fiskali ta’ Coimbra, il-Portugall) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(10) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni jew prinċipju ġenerali tal-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huma applikabbli, jista’ jiġi interpretat fis-sens li tkun inkompatibbli magħhom dispożizzjoni nazzjonali li toħloq taxxa għall-finanzjament ta’ kontrolli uffiċjali relatati mas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel, li għandha titħallas biss minn proprjetarji ta’ stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel jew prodotti varji, mingħajr ma din tikkorrispondi għal xi forma ta’ kontroll uffiċjali speċifiku li għalih dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-risposta tkun differenti fil-każ li, minflok taxxa, tinħoloq kontribuzzjoni finanzjarja favur entità pubblika, li jkollha titħallas mill-istess persuni, intiża sabiex jiġu ssodisfatti oneri bħall-kontroll ta’ kwalità tal-ikel iżda bl-uniku għan li jiġi estiż għall-operaturi kollha tal-katina tal-ikel ir-responsabbiltà għall-finanzjament ta’ dawn il-kontrolli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-eżenzjoni ta’ ċerti operaturi ekonomiċi milli jsostnu taxxa fuq is-sigurtà tal-ikel li għandha titħallas biss minn ċerti stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut ta’ ikel jew prodotti varji (b’mod speċifiku l-impriżi l-kbar ta’ kummerċ ta’ prodotti tal-ikel bl-imnut) u intiża sabiex tiffinanzja l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali fl-ambitu tas-sigurtà tal-ikel, tal-protezzjoni tal-annimali u tas-saħħa tal-annimali, tal-protezzjoni u tas-saħħa tal-pjanti, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern sa fejn toħloq distorsjoni jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti, skont<?PAGE NO="7"?> l-Artikolu 107(1) TFUE, jew minn tal-inqas, din l-eżenzjoni minn din it-taxxa ma tagħmilx parti sħiħa minn għajnuna mill-Istat li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni [Ewropea] skont l-Artikolu 108(3) TFUE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku dawk ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ kompetizzjoni (inkluża l-projbizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>reverse discrimination<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>) u ta’ libertà ta’ intrapriża jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>timponi l-obbligu ta’ ħlas tat-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> biss fuq l-impriżi l-kbar ta’ kummerċ ta’ prodotti tal-ikel bl-imnut?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>, l-istabbilimenti jew mikroimpriżi b’superfiċji ta’ bejgħ ta’ inqas minn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> metri kwadri li ma humiex integrati fi grupp jew li ma jappartjenux għal impriża li joperaw taħt isem jew numru ta’ ismijiet u li għandhom, fuq livell nazzjonali, superfiċji ta’ bejgħ akkumulat ugwali jew ogħla minn <FT TYPE="NUMBER">6000</FT> metri kwadri?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li l-qorti tar-rinviju fformulat domanda billi għamlet riferiment biss għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li hija adita biha, irrispettivament minn jekk hija għamlitx jew le riferiment għalihom fit-test tad-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-kumpless tal-elementi pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170307">7 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>X u X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑638/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:173">EU:C:2017:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li wieħed jifhem li, permezz tal-ewwel u tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu trattati flimkien, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament Nru 882/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss fuq stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel, mingħajr li d-dħul ta’ din it-taxxa jservi sabiex jiffinanzja speċifikament il-kontrolli uffiċjali li għalihom dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 882/2004, dawn il-kontrolli uffiċjali huma mwettqa fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, trasformazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel ikkonċernati. Dawn jinkludu għalhekk b’mod partikolari kontrolli ta’ impriżi fil-qasam tal-ikel, meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-premessi 11 u 32 tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta’ impjegati adegwatament kkwalifikati u ta’ esperjenza li jkollhom faċilitajiet adegwati u tagħmir biex iwettqu korrettament id-dmirijiet tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ikollhom huma stess riżorsi finanzjarji adegwati għall-organizzazzjoni tal-kontrolli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 26 ta’ tar-Regolament Nru 882/2004, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli b’kull mezz ikkunsidrat xieraq, inkluż permezz ta’ tassazzjoni ġenerali jew permezz tal-istabbiliment ta’ tariffi u taxxi, sabiex jipprovdu l-persunal u r-riżorsi l-oħra neċessarji għall-kontrolli uffiċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-imsemmi regolament jirrigwarda speċifikament it-tariffi u t-taxxi. Konformement mal-paragrafu 1 tiegħu, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jdaħħlu it-tariffi jew taxxi bl-uniku għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Għalhekk, it-tariffi u t-taxxi previsti f’dan l-artikolu jistgħu jkunu intiżi biss sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw tassew, għall-Istati Membri, għat-twettiq tal-kontrolli fl-impriżi fil-qasam tal-ikel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kødbranchens Fællesråd</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:185">EU:C:2016:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konformement mal-formulazzjoni tal-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 882/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 32 ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa sabiex jiddisponi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-fiskalità ġenerali tagħhom, mir-riżorsi finanzjarji adegwati sabiex jimpjegaw persunal u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali. Min-naħa l-oħra, dan il-marġni huwa permess mir-regoli armonizzati previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004, meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu tariffi jew taxxi msemmija f’dan l-artikolu fuq l-operaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kødbranchens Fællesråd</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:185">EU:C:2016:185</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwalifikazzjoni tat-TSAM skont l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament Nru 882/2004, jirriżulta mill-provi prodotti lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’riżerva għall-verifikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, din it-taxxa ma ġietx stabbilita bħala tariffa jew taxxa fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 27 ta’ dan ir-regolament, iżda taqa’ taħt ir-riżorsi finanzjarji oħra disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif enfasizzat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, l-avveniment li wassal għall-imsemmija taxxa huwa l-fatt li wieħed ikollu stabbiliment kummerċjali ta’ ċerta superfiċji u mhux, kif kien l-avveniment li wassal għal tariffa jew taxxa fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004, fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali li kellhom ikunu mwettqa speċifikament fl-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel li huma l-persuni taxxabbli minn din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 9 tad-Digriet-Liġi Nru 119/2012, it-TSAM hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>korrispettiv tal-garanzija tas-sigurtà u l-kwalità tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Barra minn hekk, jirriżulta mill-provi pprovduti mill-qorti tar-rinviju li din it-taxxa għandha bħala għan li timponi fuq l-istabbilimenti kummerċjali tal-ikel l-ispejjeż ġenerali marbuta mal-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, sa fejn dawn l-istabbilimenti jibbenefikaw mill-kontrolli mwettqa fil-bidu tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prodott tat-TSAM huwa intiż sabiex jiffinanzja l-fondi tas-saħħa u s-sigurtà tal-prodotti tal-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Mais<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li jgħaqqad l-assjem tad-dħul intiżi sabiex jiffinanzjaw l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel. Għalhekk ma teżisti l-ebda rabta diretta bejn din it-taxxa u l-ispejjeż li din tal-aħħar hija intiża li tkopri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-elementi preċedenti, ir-Regolament Nru 882/2004 ma jipprekludix li Stat Membru jistitwixxi, konformement mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, taxxa, bħal ma hija t-TSAM, fejn il-prodott huwa intiż sabiex ikopri l-ispejjeż ġenerali marbuta mal-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u mhux l-ispejjeż effettivament imwettqa minħabba kontrolli uffiċjali fejn l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel li huma l-persuni taxxabbli taħt din it-taxxa kienu s-suġġett tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali konklużjoni ma hijiex ikkontestata bl-argument li bih l-operaturi fil-qasam tal-ikel ser ikunu suġġetti għal obbligi ta’ awtokontroll skont ir-Regolament Nru 178/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Nru 882/2004 jipprevedi li t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali skont dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja legali tal-operaturi fil-qasam tal-għalf għall-annimali u l-qasam tal-ikel sabiex jissorveljaw is-sigurtà tal-għalf għall-annimali u l-prodotti tal-ikel, konformement mar-Regolament Nru 178/2002, u tar-responsabbiltà ċivili jew kriminali li tirriżulta minn nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi ta’ dan l-operatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni qies li, flimkien mal-kontrolli li jirriżultaw mir-responsabbiltà tal-operaturi, il-kontrolli uffiċjali huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament Nru 882/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel u tieni domandi, li l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament Nru 882/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss fuq stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel, mingħajr li d-dħul ta’ din it-taxxa jservi sabiex jiffinanzja speċifikament il-kontrolli uffiċjali li tagħhom dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet u r-raba’ domandi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-ħtieġa li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tista’ tintuża mill-qorti nazzjonali tagħmel neċessarju għaliha li tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula jew, tal-inqas, li tispjega ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom huma bbażati dawk id-domandi. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja biss għandha s-setgħa li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ test tal-Unjoni abbażi ta’ fatti li jiġu indikati lilha mill-qorti nazzjonali (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Svobodová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑653/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:371">EU:C:2017:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti jirrigwardaw il-kontenut tat-talba għal deċiżjoni preliminari li tinsab b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li bih it-talbiet kollha għal deċiżjoni preliminari jkun fihom b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tal-kawża kif ukoll il-fatti rilevanti, kif ġew ikkonstatati mill-qorti tar-rinviju jew, minn tal-inqas, espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lil qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 108(3) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa, bħal ma hija t-TSAM, fejn l-istabbilimenti tal-kummerċ tal-ikel bl-imnut ta’ superfiċji żgħira huma eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jippreżupponi li eżenzjoni mit-taxxa għal ċerti impriżi tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1) TFUE, l-illegalità possibbli ta’ għajnuna ma hijiex ta’ natura li taffettwa l-legalità tat-taxxa li dawn l-impriżi huma eżentati minnha. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-persuni taxxabbli ta’ taxxa ma jistgħux jeċċepixxu li eżenzjoni li minnha jgawdu impriżi oħra tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sabiex jevitaw il-ħlas ta’ din it-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Distribution Casino France <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/04 sa C‑270/04, C‑276/04 u C‑321/04 sa C‑325/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:657">EU:C:2005:657</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda indikazzjoni li minnha jkun jista’ jiġi dedott li, minkejja l-impossibbiltà għal Superfoz li tapprofitta minn ksur possibbli tal-Artikoli 107 TFUE u 108(3) TFUE, ir-risposta għat-tielet domanda preliminari hija madankollu neċessarja għall-qorti tar-rinviju sabiex tiddeċiedi l-kawża quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li t-tielet domanda hija relatata mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-raba’ domanda tirrigwarda l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, tal-kompetizzjoni libera u tal-libertà ta’ intrapriża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tillimita ruħha li tirrileva li wieħed jista’ jiddubita l-konformità tat-TSAM ma’ dawn il-prinċipji mingħajr ma tipprovdi r-raġunijiet li fuqhom qed tibbaża ruħha sabiex tqajjem dawn id-dubji. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tipprovdi l-ebda element li jippermetti li tiġi evalwata l-paragunabbiltà tas-sitwazzjoni tal-operaturi li huma persuni taxxabbli tat-TSAM u dawk li huma eżentati minn din it-taxxa. Barra minn hekk, differenza fit-trattament possibbli tista’ tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet xierqa ammessi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda lanqas f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni ta’ rinviju ma fiha l-ebda informazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni ta’ rinviju ma tweġibx manifestament għar-rekwiżiti mfakkra fil-punt 45 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet u r-raba’ domandi huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, biss fuq stabbilimenti ta’ kummerċ bl-imnut tal-ikel, mingħajr li d-dħul ta’ din it-taxxa jservi sabiex jiffinanzja speċifikament il-kontrolli uffiċjali li tagħhom dawn il-persuni taxxabbli huma l-kawża jew il-benefiċjarji.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>