|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1419 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 334/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1419]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fir-rigward ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2023/958 tistabbilixxi mekkaniżmu speċjali biex titnaqqas id-differenza fil-kost bejn il-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u l-fjuwils fossili, li għandu livell ogħla ta’ appoġġ għal ċerti gżejjer fl-Unjoni. Jenħtieġ li dan il-livell ogħla ta’ appoġġ japplika wkoll għall-Iżlanda. |
|
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2023/958 testendi, għall-aħħar darba, eżenzjoni marbuta biż-żmien għat-titjiriet operati lejn pajjiżi terzi rilevanti u minnhom. L-Iżlanda tinsab f’sitwazzjoni ġeografika speċifika li hija tivvaluta bħala li twassal għal impatti negattivi speċjali fuq il-konnettività bl-ajru u għal riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Sabiex dan jiġi indirizzat, għall-perjodu interim ta’ dik l-eżenzjoni marbuta biż-żmien, u b’mod li jiżgura r-rispett sħiħ u l-konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-linji tal-ajru fuq l-istess rotta u l-objettivi, il-prinċipji u dispożizzjonijiet oħrajn tal-Ftehim ŻEE, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-allokazzjoni kundizzjonali ta’ kwoti addizzjonali lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab l-Iżlanda u li jaslu f’ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE, fl-Iżvizzera jew fir-Renju Unit, jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE u jaslu l-Iżlanda. Il-kwoti allokati taħt dan il-mekkaniżmu jridu jitnaqqsu mill-għadd ta’ kwoti li kieku jiġu allokati għall-irkantar mill-Iżlanda. Kwalunkwe kwota addizzjonali allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru skont mekkaniżmu ta’ dan it-tip għandha tkun bil-kundizzjoni ta’ azzjonijiet aċċellerati minn dawk l-operaturi lejn l-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika. |
|
(5) |
Fl-2026, jenħtieġ li jkun hemm rapport li jevalwa l-konnettività bl-ajru tal-Iżlanda, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-kompetittività u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll l-impatti ambjentali u klimatiċi, u l-adattamenti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni, meta jkun xieraq, jitqiesu għar-reviżjoni futura tad-Direttiva 2003/87/KE għal wara l-perjodu ta’ mill-2024 sal-2026. |
|
(6) |
Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:
|
|
2. |
L-adattamenti (b) sa (d) huma sostitwiti bl-adattamenti li ġejjin:
|
|
3. |
L-adattamenti (e) u (f) huma mħassrin. L-adattamenti (g) sa (t) huma nnumerati mill-ġdid bħala l-adattamenti (e) sa (r). |
|
4. |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (r):
|
|
5. |
L-adattamenti (u) u (v) jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-adattamenti (t) u (u). |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva (UE) 2023/958 u d-Deċiżjoni (UE) 2023/136 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti
għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 334/2023 li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni (UE) 2023/136 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 tinkludi l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehma li l-inkorporazzjoni tad-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1419/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)