Official Journal C 037 , 03/02/2001 P. 0003 - 0015
Linji gwidi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta' l-istat għall-ħarsien ta' l-ambjent (2001/K 37/03) A. DAĦLA 1. Fl-1995, il-Kummissjoni adottat il-linji gwidi tal-Komunità għall-għajnuna ta' l-Istat għall-ħarsien ta' l-ambjent [1], li skada fil-31 ta' Diċembru, 1999. Skond il-punt 4.3 tal-linji gwida, hija kienet għamlet reviżjoni fl-1996 u kkonkludiet illi ma kien l-ebda bżonn illi jsiru emendi sadanittant. Fit-22 ta' Diċembru, 1999, hija ddeċidiet illi testendi l-validità tal-linji gwida sat-30 ta' Ġunju, 2000 [2]. Fit-28 ta' Ġunju, 2000, il-Kummissjoni ddeċidiet illi testendi l-validità tal-linji gwida sal-31 ta' Diċembru, 2000 [3]. 2. Peress illi l-linji gwida ġew adottati fl-1994, l-azzjoni fil-qasam ta' l-ambjent evolviet fuq l-inizjattiva ta' l-Istati Membri u l-Komunità u fuq livell dinji, partikolarment wara l-adozzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto. L-Istati Membri qegħdin jagħtu l-għajnuna ta' l-Istat aktar ta' sikwit fil-qasam ta' l-enerġija, per eżempju, u l-għajnuna illi jipprovdu hija frekwentement fil-forom illi kienu pjuttost mhux komuni sa reċentement, bħalma kienu tnaqqis fit-taxxa u eżenzjonijiet. Forom ġodda ta' kif tinħadem l-għajnuna qegħdin jiżdiedu wkoll. Il-Kummissjoni għandha mela tadotta linji gwida ġodda, li jkunu meħtieġa sabiex l-Istati Membri u l-azjendi jiġu familjarizzati u jadottaw il-kriterji illi hija ser tapplika sabiex tiddeċiedi jekk il-miżuri ta' għajnuna ppjanati mill-Istati humiex kompatibbli jew le mas-suq komuni. 3. Taħt l-Artikolu 6 tat-Trattat tal-KE, l-għajnijiet tal-politika ambjentali għandhom jiġu integrati mal-politika tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli ta' l-għajnuna fil-qasam ta' l-ambjent, partikolarment bil-għan illi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli. Konsegwent, il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika ta' l-ambjent mhumiex reċiprokament antagonistiċi, iżda l-ħteġijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom bżonn jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni, partikolarment biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli [4]. 4. Madankollu, illi jiġu meqjusa l-ħteġijiet kollha fit-tul ta' l-ambejnt ma tfissirx illi l-għajnuna kollha għandha tiġi awtorizzata. Għandhom jitqiesu wkoll l-effetti illi l-għajnuna jista' jkollha fit-termini ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-applikazzjoni tal-prinċipji "min iniġġeż iħallas". Ċertu forom ta' għajnuna ċertament jissodisfaw din il-prova, partikolarment billi jagħmluha possibbli biex jiksbu livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent filwaqt illi jtellfu l-istabbiliment tal-proċess ta' żvilupp sostenibbli. Dan jista' wkoll ikun il-każ, per eżempju, peress illi l-għajnuna hija ddisinjata biss biex tiffaċilita l-osservazzjoni man-normi obbligatorji tal-Komunità. 5. L-approċċ tal-Kummissjoni, għalhekk, jikkonsisti fl-istabbiliment ta' jekk, u taħt liema kondizzjonijiet, l-għajnuna ta' l-Istat tista' tiġi meqjusa bħala meħtieġa sabiex tassigura l-ħarsien ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli mingħajr ma jkollha effetti disproporzjonati fuq il-kompetizzjoni u l-kobor ta' l-ekonomija. Din l-analiżi għandha ssir fid-dawl ta' l-azzjonijiet illi jistgħu joħorġu fil-funzjonament tal-linji gwida tas-sena 1994 u fid-dawl tal-bidliet tal-politika ta' l-ambjent illi ġraw minn dak iż-żmien sal-preżent. B. DEFINIZZJONIJIET U APPLIKAZZJONI 6. Il-kunċett tal-ħarsien ta' l-ambjent. : għall-għanijiet ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tieħu "il-ħarsien ta' l-ambjent" illi jfisser kwalunkwe azzjoni illi tkun iddisinjata sabiex tirrimedja jew biex ma tħallix illi ssir ħsara lill-ambjent fiżiku ta' madwarna jew lir-riżorsi naturali, jew illi tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti ta' dawn ir-riżorsi. Il-Kummissjoni tħares lejn il-miżuri illi jiffrankaw l-enerġija u l-użu ta' l-għejun illi jiġġeddu ta' l-enerġija bħala azzjoni illi tħares l-Ambjent. Il-miżuri illi jiffrankaw l-enerġija għandhom jinftiehmu, fost affarijiet oħra, bħala azzjoni illi tagħmilha possibbli għall-kumpaniji illi jwaqqfu l-ammont ta' enerġija użata fiċ-ċiklu tal-prodotti tagħhom. Id-disinn u l-manifattura ta' makni jew mezzi ta' transport illi jkunu jaħdmu b'anqas riżorsi naturali mhumiex koperti minn dawn il-linji gwida. Azzjoni meħuda f'impjanti industrijali u unitajiet oħra ta' produzzjoni bil-għan illi jitjiebu s-sigurezza u l-iġjene hija importanti u hija eliġibbli għal ċerti tipi ta' għajnuna, iżda mhijiex koperta minn dawn il-linji gwida. Il-kunċett ta' internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż : f'dawn il-linji gwida, "il-kunċett ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż" ifisser il-prinċipju illi l-ispejjeż assoċjati mal-proġettazzjoni ta' l-Ambjent għandu jkun inkluż fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta' l-azjenda. Il-prinċipju ta' "min iniġġeż iħallas" : dan huwa l-prinċipju illi l-ispejjeż marbutin mat-tneħħija tat-tniġġis. "Min iħammeġ" : tfisser xi ħadd illi direttament jew indirettament jagħmel ħsara lill-ambjent jew illi joħloq kondizzjonijiet illi jwasslu għal din il-ħsara [5] Il-prezzijiet illi jirriflettu l-ispejjeż : dan il-prinċipju jgħid illi l-prezzijiet tal-merkanzija jew is-servizzi għandhom jinkorporaw l-ispejjeż esterni assoċjati ma' l-impatt negattiv fuq l-ambejnt tal-prodotti u t-tqegħid fuq is-suq tagħhom. Norma tal-Komunità : norma obbligatorja tal-Komunità illi tistabbilixxi l-livelli illi għandhom jintlaħqu fir-rigward ta' l-ambjent u l-obbligazzjoni taħt il-liġi tal-komunità biex jintużaw l-aħjar metodi ta' teknika disponibbli (BAT) [6] Il-kunċett ta' l-aħjar metodi ta' teknika disponibbli kienet introdott permezz Għejun ta' enerġija illi jiġġeddu : għejun ta' enerġija illi jiġġeddu illi mhumiex ta' oriġini fossilika, bħal per eżempju l-eneġrija tar-riħ, l-enerġija tax-xemx, l-enerġija ġeotermali, l-enerġija tal-mewġ, l-enerġija tal-mareja, l-istallazzjonijiet idroelettriċi b'kapaċità ta' anqas minn 10MW u l-biomassa, billi l-biomassa hija definita bħala prodotti mill-agrikoltura u l-forestrija, l-iskart tal-ħaxix mill-agrikultura, l-forestrija u l-industrija tal-prodotti ta' l-ikel, u injam mhux trattat u skart tas-sufra [7]. L-enerġija ta' l-elettriku ġġenerata mill-għejun ta' l-enerġija li jiġġeddu : l-enerġija elettrika ġenerali minn impjant illi juża biss għejun ta' l-enerġja illi jiġġeddu u dik il-parti ta' l-enerġija elettrika ġenerata mill-għejun ta' l-enerġija illi jiġġeddu f'impjanti ibridi illi jużaw l-għejun ta' enerġija transitorja, partikolarment għall-għanijiet ta' kontinġenza [8]. Taxxi ambjentali : "Fattur wieħed illi probabbilment iwassal biex taxxa tkun ikkunsidrata bħala ambjentali ikun dak illi l-bażi taxxabbli tagħha jkollu effett negattiv ċar fuq l-ambjent. Madankollu, it-taxxa tista' tkun meqjusa bħala ambjentali jekk ikollha effett anqas ċar, madankollu xorta waħda jkollha effett pożittiv illi ftit jew wisq ikun jidher fuq l-ambjent. (…) In ġenerali, ikun l-Istat Membru illi juri l-istima ta' effett illi t-taxxa jkollha fuq l-ambjent (…)" [9]. 7. Applikabilità : Dawn il-linji gwida japplikaw għall-għajnuna [10] illi tħares l-Ambjent fis-setturi illi huma regolati mit-Trattat tal-KE, inklużi dawk illi jkunu suġġetti għar-regoli speċifiċi tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat (il-proċessar ta’ l-azzar [11], il-bini ta’ vapuri, vetturi bil-mutur, il-fibri sintetiċi, it-trasport u s-sajd, iżda s-setturi koperti mil-linji gwida tal-komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam ta’ l-Agrikultura huma esklużi [12]. Dawn il-linji gwida japplikaw għas-sajd u l-akkwakultura mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/99 tas-17 ta’ Diċembru 1999 illi jistabbilixxi r-regoli dettaljati u l-arranġamenti illi jirrigwardaw l-assistenza strutturali fil-qasam tas-sajd [13] u fil-linji gwida illi jeżaminaw l-għajnuna ta’ l-Istat fl-oqsma tas-sajd u l-akkwakultura [14]. L-għajnuna ta’ l-Istat għar-R u Ż fl-oqsma ta’ l-ambjent hija bla ħsara għar-regoli stabbiliti fil-qafas tal-Komunità għall-għajnuna ta’ l-Istat għar-riċerka u l-Iżvilupp [15]. Similarment, il-Kummissjoni tikkunsidra illi l-karatteristiċi ta’ l-għajnuna għat-taħriġ fl-ambjent ma jiġġustifikawx illi din l-għajnuna tiġi trattata separatament, u għandha allura teżaminaha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ. [16] Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2496/96/KEFA tat-18 ta’ Diċembru 1996 tistabbilixxi r-regoli tal-Komunità għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-industrija ta’ l-azzar [17], l-għajnuna għall-ħarsien ta’ l-ambjent fl-industrija ta’ l-azzar ser tibqa’ tiġi analizzata skond il-linji gwidi tal- Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent ippubblikata fil-Ġurnali Uffiċjali C 72 ta’ l-10 ta’ Marzu 1994 sakemm jiskadi t-Trattat illi jistabbilixxi l-KEFA. Dawn il-linji gwida ma japplikawx għall-ispejjeż iżolati, illi ser jiġu trattati separatament [18]. Il-Kummissjoni turi illi, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 69/2001 tat-12 ta’ Jannar, 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat illi jistabbilixxi l-KE għall-għajnuna de minimis [19], l-għajnuna ta’ mhux aktar minn 100,000 EUR mogħti lill-azjenda għal perjodu ta’ tliet snin ma jinqabadx minn l-Artikolu 87. Dak ir-Regolament m’ għandux, madankollu, japplika għall-agrikultura, is-sajd u t-trasport, u lanqas għas-setturi koperti mit-Trattat illi jistabbilixxi l-KEFA. Ċ. IL-POLITIKA ILLI TIKKONTROLLA L-GĦAJNUNA TA' L-ISTAT U L-POLITIKA TA' L-AMBJENT 8. Matul is-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, il-politika tal-komunità dwar l-ambjent ħadet approċċ essenzjalment korrettiv. L-enfasi kienet fuq in-normi intiżi biex jirriflettu l-kwestjoniijiet prinċipali fil-politika ta' l-ambjent. 9. Il-ħames programm ta' azzjoni dwar l-ambjent, imsemmi "Lejn is-sostenibilità" u adottat fl-1993 [20], tbiegħed minn dan l-approċċ. Jenfasizza l-bżonn illi tiġi kondotta politika fit-tul bil-għan illi l-iżvilupp sostenibbli jiġ promoss. L-għanijiet ikunu illi jiġu rrikonċiljati għal żmien twil, l-iżvilupp ta' l-ekonomija Ewropea mal-bżonn illi jiġi mħares l-ambjent. L-azzjoni tal-Komunità m'għandhiex tkun illimitata biex tirreaġixxi għall-problemi ta' l-ambjent iżda, kif espliċitament previst fl-Artikolu 6 tat-Trattat illi jistabbilixxi l-KE, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, il-ħteġijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Komunità u għandhom jinkoraġġixxu l-involviment attiv ta' l-operaturi soċjo-ekonomiċi. 10. L-Artikolu 174 tat-Trattat jipprevedi wkoll il-politika tal-Komunità bbażata fuq il-prinċipju "min iniġġeż iħallas". L-ispejjeż assoċjati mal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom ikunu internalizzati bħall-bqija ta' l-ispejjeż l-oħra inkorsi fil-produzzjoni. Sabiex din il-politika tiġi implimentata, il-komunità ser tuża serje ta' strumenti: regolamenti u partikolarment l-adozzjoni ta' normi, iżda wkol ftehim volontarju u strumenti ekonomiċi. 11. Fl-1996, il-Kummissjoni ħejjiet rapport dwar il-ħames program ta' azzjoni dwar l-ambjent. Ir-rapport jgħid illi l-istrateġija ta' l-għanijiet għadhom validi. Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju illi sar progress fl-integrazzjoni ta' l-aspetti ta' l-ambjent u s-sostenibilità f'politika oħra tal-komunità. Madankollu, dak li għadu ma seħħx huwa bidla ġenwina fl-attitudni fil-partijiet interessati: dawk illi jagħmlu l-politika, l-azjendi u l-pubbliku in ġenerali. Huwa importanti illi jiġi żviluppat il-kunċett tar-responsabilità kondiviża għall-ambjent u illi l-pubbliku in ġenerali isir konxju tal-materji in kwestjoni. 12. Fl-1999, il-Kummissjoni adottat stima global tal-ħames programma ta' azzjoni. L-istima innutat illi, minkejja illi l-programm qajjem kuxjenza dwar il-bżonn għall-partijiet interessati, iċ-ċittadini u l-mexxejja illi jieħdu deċiżjonijiet fis-setturi l-oħra illi attivament iħarsu u jfittxu l-għanijiet ambjentali, sar anqas progress fit-tendenzi globali illi qegħdin jinbidlu u fl-aġir li huwa dannuż għall-ambjent. 13. L-istima innotat ukoll illi "qiegħed ikun dejjem aktar ċar illi d-danni lill-ambjent għandhom konsegwenzi fuq is-soċjetà u, kuntrarjament, l-azzjoni għall-ambjent tista' tiġġenera benefiċċji fil-forma ta' kobor ekonomiku, l-impjiegi u l-kompetittività" u illi "l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju illi" min iniġġeż iħallas' u l-internalizzazzjoni sħiħa ta' l-ispejjeż ta' l-ambjent fuq min iniġġeż jibqa' proċess kritiku " [21]." 14. Il-politika tal-Kummissjoni fuq il-kontroll ta' l-għajnuna ta' l-Istat għall-għanijiet ambjentali trid tissodisfa żewġ kondizzjonijiet: (a) illi tassigura l-funzjoni kompetittiva tas-suq filwaqt illi tiġi promossa t-tlestija tas-suq uniku u l-kompetittività miżjuda ta' l-azjendi. (b) illi tassigura illi l-ħteġijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent huma integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politia tal-kompetizzjoni, partikolarment sabiex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni hawnhekk temmen illi l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż hija prijorità illi tista' tinkiseb b' modi differenti, inklużi permezz ta' l-istrumenti bbażati fuq il-liġijiet tas-suq u dawk ibbażati fuq l-approċċ regolatorju, peress illi dawk huma l-aktar għodda effettivi sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmijin aktar 'il fuq. 15. L-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż tgħin sabiex tassigura illi l-prezzijiet akkuratament jirriflettu l-ispejjeż jekk kemm-il darba l-operaturi ekonomiċi jallokaw ir-riżorsi ekonomiċi tagħhom skond il-bażi tal-prezzijiet tal-prodotti u tas-servizzi illi huma jkunu jixtiequ jakkwistaw. Ir-rapport tal-progress dwar il-ħames programm jenfasizza illi dan il-għan ma ġiex irrealizzat minħabba illi l-prezzijiet ma jirriflettux l-ispejjeż ekoloġiċi. Dan, min-naħa l-oħra, jagħmilha aktar diffiċli sabiex tiżdied il-kuxjenza pubblika u tippromwovi l-esplojtazzjoni żejda tar-riżorsi naturali. 16. Permezz ta' l-assigurazzjoni illi l-prezzijiet jirriflettu l-ispejjeż fl-istadji kollha tal-proċess ekonomiku huwa l-aħjar mod kif il-partijiet kollha jsiru konxji ta' l-ispejjeż inkorsi fil-ħarsien ta' l-ambjent. Barra mill-effetti potenzjalment negattivi fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni, l-għajnuna ta' l-Istati ġeneralment tnaqqas dak il-għan minħabba illi hija tippermetti illi ċerti azjendi jkunu jistgħu inaqqsu l-ispejjeż artifiċjalment u ma jkunux qegħdin juru verament l-ispejjeż inkorsi fil-ħarsien ta' l-ambjent lill-konsumaturi. Fit-tul, għalhekk, ċertu forom ta' għajnuna ta' l-Istat, jaħdmu kontra l-għanijiet ta' l-iżvilupp sostenibbli. 17. Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna ta' l-Istat adottata mill-Kummissjoni fl-1994 tifforma parti integrali minn din il-politika tal-Komunità. Ġeneralment, il-prinċipju ta' "min iniġġeż iħallas" u l-ħtieġa illi azjenda tinternalizza l-ispejjeż assoċjati mal-ħarsien ta' l-ambjent jistgħu jidhru illi jimmilitaw kontra l-għoti ta' l-għajnuna ta' l-Istat. 18. Madankollu, il-linji gwida jgħidu illi l-għajnuna ta' l-Istat tista' tkun iġġustifikata f'żewġ każijiet, (a) f'ċertu ċirkostanzi speċifiċi li fihom ma jkunx għadu possibbli illi jiġu internalizzati minn azjenda u illi l-għajnuna tista' għalhekk tirrappreżenta soluzzjoni temporanja li tkun it-tieni l-aqwa billi tinkoraġġixxi d-ditta illi taddatta għan-normi; (b) l-għajnuna tista' wkoll tkun inċentiv għall-azjenda biex ittejjeb in-normi jew illi tagħmel aktar investiment li jkun iddisinjat sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-impjanti tagħhom. 19. Fil-linji gwida tal-Komunità adottati fl-1994, il-Kummissjoni kienet ta' l-opinjoni illi, f'ċerti każijiet, l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż ma kinitx possibbli u illi l-għajnuna tkun meħtieġa fuq bażi temporanja. Il-bidliet illi ġejjin seħħu madankollu mis-sena 1994: (a) wara l-adozzjoni tal-ħames programm ta' azzjoni, li kien diġà bbażat fuq il-prinċipju ta' "min iniġġeż iħallas" u l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż, l-azjendi kellhom seba' snin li fihom huma kellhom jaddattaw għall-applikazzjoni gradwali tal-prinċipju; (b) ir-rapport dwar il-progress tas-sena 1996 tal-Kummissjoni u r-rapport ta' l-1999 ta' evalwazzjoni jerġgħu jisħqu l-bżonn illi jiġu previsti l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż u biex jużaw strumenti tas-suq sabiex isir progress sinifikanti fit-titjib ta' l-Ambjent. (ċ) l-użu ta' l-strumenti tas-suq u l-imposizzjoni tajba tal-prezzijiet huma wkoll imħeġġin mill-Protokoll ta' Kjoto dwar it-tibdil fil-klima. Il -posizzjoni tal-Kummissjoni hija mela illi l-għajnuna m'għandhiex tintuża aktar biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż. Jekk ikun hemm ħteġijiet addattati mill-ambjent li jkunu jridu jittieħdu in konsiderazzjoni għal żmien twil, il-prezzijiet għandhom akkuratament jirriflettu l-ispejjeż u l-ispejjeż tal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom ikunu kompletament internalizzati. Konsegwentement, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi l-għajnuna mhix iġġustifikata fil-każ ta' investimenti illi huma maħsuba biss sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jaderixxu man-normi tekniċi ġodda jew illi jkunu diġà eżistenti. Fl-opinjoni tagħha, madankollu, sabiex id-diffikultajiet speċifiċi illi jiltaqgħu magħhom l-SME, għandu jkun possibbli illi tingħatalhom għajnuna biex jaddattaw in-normi l-ġodda għall-perjodu ta' tliet snin mill-adozzjoni ta' dawk in-normi. L-għajnuna għandha tkun utli billi hija sservi ta' inċentiva biex jintlaħqu livelli ta' proġettazzjoni illi jkunu ogħla minn dawk mitlubin min-normi tal-Komunità. Dan ikun il-każ meta xi Stat Membru jiddeċiedi illi jadotta normi illi jkunu aktar stretti minn dawk tal-Komunità sabiex jintlaħaq livell ogħla tal-ħarsien ta' l-ambjent. Dan għandu wkoll japplika meta ditta tinvesti fil-ħarsien ta' l-ambjent 'il fuq min-normi l-aktar stretti eżistenti fil-Komunità jew billi ma jeżistu l-ebda normi tal-Komunità. 21. Madankollu, ma ġiex muri illi l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv ta' dan it-tip peress illi ġiet maħsuba biss sabiex tgħin l-azjendi fit-tħaris min-naħa tagħhom tan-normi tekniċi tal-Komunità kemm ġodda kif ukoll ġia eżistenti. Dawn in-normi għandhom jikkostitwixxu l-liġi ordinarja li magħha azjenda għandha taderixxi, u mhuwiex meħtieġ illi jingħataw xi għajnuna sabiex jiġu inkoraġġuti jobdu l-liġi [22]. Il-każ speċifiku tas-settur ta' l-enerġija u tat-tnaqqis tat-taxxa. 22. Minn mindu ġew adottati l-linji gwida tal-Komunità fl-1994, is-settur ta' l-enerġija għadda minn bidliet kbar illi hemm bżonn illi jiġu meqjusa. 23. Uħud mill-Istati Membri qegħdin fil-proċess illi jadottaw jew jistgħu jikkunsidraw illi jadottaw taxxi illi l-effetti tagħhom iwasslu għall-ħarsien ta' l-ambjent. F'uħud mill-każijiet, l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis fit-taxxi huma mogħtija lill-azjendi f'kategoriji partikolari sabiex jiġi evitat illi dawn l-azjendi jitpoġġew f'diffikultà meta jiġu biex jikkompetu. Il-Kummissjoni hija ta' l-idea illi dawn il-miżuri jistgħu jikkostitwixxu għajnuna ta' l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 87 tat-Trattat. Madankollu, l-effetti negattivi ta' din l-għajnuna tista' tagħmel tajjeb għalihom l-adozzjoni tat-taxxi. Għaldaqstant, jekk dawn l-eżenzjonijiet ikunu meħtieġa sabiex jassiguraw l-adozzjoni jew l-applikazzjoni kontinwata tat-taxxi illi jkunu applikabbli għall-prodotti kollha, il-Kummissjoni tkun ta' l-opinjoni illi jkunu applikabbli, jekk kemm-il darba jkunu soġġetti għal ċertu kondizzjonijiet u għall-perjodu ta' żmien limitat. Jekk il-kondizzjonijiet jiġu milħuqa, dan il-perjodu jista' jdum 10 snin. Għalhekk, l-Istati Membri jibqgħu fil-libertà illi jergħu jinnotifikaw il-miżuri filwaqt illi jqisu r-riżultati pożittivi miksuba fil-qasam ta' l-ambjent. 24. L-Istati Membri ħadu wkoll azzjoni fis-snin reċenti biex jippromwavu l-użu ta' għejun ta' enerġija li jiġġeddu u l-produzzjoni kkombinata tas-sħana u l-enerġija, illi għandhom l-inkoraġġiment tal-Kummissjoni peress illi għandhom vantaġġi kbar fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni għalhekk hija ta' l-opinjoni illi, fejn il-miżuri illi jippromwovu l-għejun ta' l-enerġija illi jiġġeddu u l-produzzjoni kkombinata ta' l-elettriku u tas-sħana jikkostitwixxu għajnuna ta' l-Istat, huma aċċettabbli bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet. Għandu jkun assigurat, madankollu, illi din l-għajnuna mhix qiegħda tikser id-disposizzjonijiet tat-Trattat jew tal-leġislazzjoni sekondarja. D. L-IMPORTANZA RELATTIVA TA' L-GĦAJNUNA TA' L-AMBJENT. 25. Id-data tat-tmien stħarriġ dwar l-għajnuna ta' l-Istat fl-Unjoni Ewropea fis-setturi tal-manifattura [23] u ċerti setturi oħra juru illi bejn l-1996 u l-1998, l-għajnuna għall-ambjent tammona għal madwar 1.85 % biss ta' l-għajnuna totali mogħtija lill-manifattura u lis-settur tas-servizzi. 26. Fil-perjodu ta' bejn l-1994 u l-1999, l-għajnuna għall-ambjent ingħatat prinċipalment fil-forma ta' għajnuniet. Proporzjonalment, ftit kien sar użu mill-forom l-oħra ta' l-għajnuniet: self b'interess baxx, garanziji ta' l-Istat, eċċ. 27. Fir-rigward tas-setturi illi jirċievu l-għajnuna, il-perjodu 1998-1999 ra żjieda fl-għajnuna għall-miżuri fil-qasam ta' l-enerġija, jew fl-appoġġ ta' jew fil-promozzjoni ta' l-użu ta' għejun ta' enerġija ġodda jew rinovabbli, speċjalment fil-forma ta' ekotaxxi. E. KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' GĦAJNUNA AMBJENTALI E.1. Għajnuna għall-investiment E.1.1. L-għajnuna transitorja ta' l-investiment biex tgħin lill-SMEs jaddattaw għan-normi l-ġodda tal-Komunità. 28. Għall-perjodu ta' tliet snin mill-adozzjoni tan-normi obbligatorji, l-għajnuna għall-investimenti biex l-SMES jilħqu n-normi l-ġodda tista' tiġi awtorizzata sa 15 % lordi ta' l-ispejjeż eliġibbli. E.1.2. Il-kondizzjonijiet ġenerali sabiex jiġi awtorizzat l-investiment għall-azjendi illi jtejbu n-normi tal-Komunità. 29. L-għajnuna għall-azjendi biex itejbu n-normi tal-Komunità applikabbli tista' tiġi awtorizzata sa mhux aktar mill 30 % lordi ta' l-ispejjeż eliġibbli kif speċifikat fil-punt 37. Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw ukoll għall-għajnuna fejn l-azjendi jagħmlu investiment fin-nuqqas tan-normi obbligatorji tal-Komunità jew fejn ikunu jridu jagħmlu investiment sabiex iħarsu normi nazzjonali illi huma aktar strinġenti min-normi tal-Komunità li jkunu applikabbli. E.1.3. Investiment fl-enerġija 30. L-investiment fl-enerġija, barra minn dawk definiti fil-punt 6, huma meqjusa bħala ekwivalenti għall-investimenti sabiex jiġi promoss il-ħarsien ta' l-ambjent. Dawn l-investimenti għandhom rwol importanti ħafna fil-kisba ekonomika ta' l-għanijiet tal-Komunità fl-Ambjent [24]. Huma, allura, eliġibbli għall-għajnuna fl-investiment fir-rata bażika ta' 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. 31. L-investimenti fil-produzzjoni kkombinata ta' l-enerġija elettrika u s-sħana jistgħu jikkwalifikaw taħt dawn il-linji gwida jekk ikun jista' jiġi muri illi l-miżuri jkunu ta' benefiċċju għall-ħarsien ta' l-ambjent minħabba illi l-effiċjenza fil-konverżjoni [25] hija partikolarment għolja minħabba l-miżuri illi jippermettu tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija jew minħabba illi l-proċess tal-produzzjoni jkun anqas ta' ħsara għall-ambjent. F'dan is-sens, il-Kummissjoni ser tqis b'mod partikolari t-tip ta' enerġija illi tintuża fil-proċess tal-produzzjoni. M'għandux jintesa wkoll illi ż-żjieda fl-użu ta' l-enerġija mill-produzzjoni kkombinata tas-sħana u l-enerġija hija prijorità tal-Komunità għall-ambjent [26]. Dan l-investiment jista', allura, jingħata bħala għajnuna fir-rata bażika ta' 40 % ta' l-ispiża eliġibbli. 32. L-investimenti illi jippromwovu l-għejun ta' l-enerġija illi tiġġedded huma meqjusa bħala investimenti fl-ambjent illi jkunu saru fin-nuqqas normi obbligatorji tal-Komunità. M' għandux jintesa l-fatt illi l-miżuri illi jappoġġjaw l-għejun ta' l-enerġija illi jiġġeddu huma waħda mill-prijoritajiet tal-Komunità għall-ambjent [27] u wieħed mill-għanijiet fit-tul illi għandhom l-aktar jiġu inkoraġġiti. Ir-rata ta' l-għajnuna għall-investiment illi jappoġġja dawn il-forom ta' enerġija huwa allura 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi l-istallazzjonijiet illi jiġġeddu ta' l-enerġija illi jaqdu l-ħteġijiet ta' komunità sħiħa bħal gżira jew arja residenzjali għandhom ukoll jibbenefikaw. L-investmenti illi jsiru f'dan il-qafas, jistgħu jikkwalifikaw għall-bonus ta' 10 punti perċentwali fuq ir-rata bażika ta' 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-Kummissjoni tikkunsidra illi, peress illi jista' jiġi ippruvat illi huwa meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jagħtu għajnuna għall-investiment illi jappoġġja l-enerġija illi tiġġedded, sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. L-istallazzjonijiet ikkonċernati mhux ser ikunu intitolati illi jirċievu appoġġ ulterjuri. E.1.4. Bonus għall-azjendi illi jkunu jinstabu f'reġjuni megħjunin. 33. F'reġjuni illi huma eliġibbli għall-għajnuna reġjonali nazzjonali, l-azjendi jistgħu jirċievu għajnuna biex jippromwovu l-iżvilupp reġjonali. Biex tgħinhom jinvestu aktar fl-ambjent, għandu jkun possibli, meta jkun xieraq, illi tiġi pprovduta għajnuna addizzjonali versu l-investiment għall-ambjent illi jkun sar skond il-punt 29 [28]. 34. Konsegwentement, fir-reġjuni illi huma eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, ir-rata massima ta' l-għajnuna għall-ambjent applikabbli għall-ispejjeż eliġibbli kif definit fil-punt 37 aktar 'l isfel hija ddeterminata kif ġej: Fir-reġjuni assistiti, r-rata massima ta' l-għajnuna applikabbli hija ogħla mill-għażliet illi ġejjin: (a) jew fir-rata bażika għall-għajnuna għall-investiment fl-ambjent, i.e., 30 % lordi (is- sistema standard), 40 % lordi (l-investimenti fl-iffrankar ta' l-enerġija, f'għejun ta' enerġija illi jiġġeddu, jew biex tiġi promossa l-produzzjoni kkombinata ta' l-enerġija elettrika u tas-sħana) jew 50 % lordi (l-investimenti fl-għejun ta' l-enerġija illi jiġġeddu illi jfornu komunità sħiħa), b'żjieda fuqhom ta' 5 punti perċentwali lordi fir-reġjuni koperti mill-Artikolu 87(3)(ċ) u 10 punti perċentwali fir-reġjuni koperti bl- l- Artikolu 87(3)(a) [29]; (b) jew ir-rata ta' l-għajnuna reġjonali b' żjieda fuqha ta' 10 punti perċentwali lordi. E.1.5. Bonus għall-SMES 35. Billi l-investimenti tat-tip imsemmi fil-punti 29 sa 32 huma magħmulin mill-impriżi żgħar u medji, tista' tiġi awtorizzata żjieda ta' 10 punti perċentwali [30]. Għall-għanijiet ta' dawn il-linji gwida, d-definizzjoni ta' SMES hija dik mogħtija mit-testi relevanti tal-Komunità [31]. Il-bonusijiet għar-reġjuni megħjuna u l-SMES jistgħu jiġu kkombinati, iżda r-rata massima għall-għajuna għall-ambjent ma jistgħu qatt jaqbżu l-100 % lordi ta' l-ispejjeż eliġibbli. L-SMES ma jikkwalifikawx għal bonus doppju kemm taħt id-disposizzjonijiet applikabbli għall-għajnuna reġjonali jew taħt dawk applikabbli taħt l-oqsma ta' l-ambjent. [32]. E.1.6. Investimenti kkonċernati 36. L-investimenti kkonċernati huma investimenti fl-art illi huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-ambjenti, l-investimenti fil-bini, fl-impjanti u fit-tagħmir maħsub sabiex inaqqas jew jelimina t-tniġġis u l-inkonvenjenti, u l-investimenti sabiex jaddattaw il-metodi bil-għan illi jħarsu l-ambjent. L-infiq fuq it-trasferiment tat-teknoloġija permezz ta' l-akkwist tal-liċenzji għal min jopera u l-metodoloġija kemm jekk patentjata kemm jekk ma tkunx patentjata tista' wkoll tikkwalifika. Madankollu, kull attiv intanġibbli simili trid tissodisfa t-testijiet illi ġejjin: (a) għandu jkun meqjusa bħala attiv illi jitlef il-valur; (b) għandu jkun ġie mixtri fuq termini tas-suq minn ditta illi fiha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta' kontroll dirett jew indirett; (ċ) għandu jiġi nkluż fil-passiv tad-ditta, u jibqa' fl-istabbiliment tar-reċipjent ta' l-għajnuna u jintuża hemmhekk għallinqas għall-ħames snin. Din il-kondizzjoni ma tapplikax jekk dan l-attiv intanġibbli huma teknikament skaduta. Jekk ikun inbiegħ matul dawk il-ħames snin, l-introjtu tal-bejgħ għandu jitnaqqas mill-ispejjeż intanġibbli u l-ammont sħiħ jew parti minnu għandu, meta jkun xieraq, jiġi rimborsat. E.1.7. Spejjeż Eliġibbli 37. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu limitati strettament għall-ispejjeż extra ta' l-investiment li jkunu meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-ambjent. Dan għanu jkollu l-konsegwenti illi ġejjin: Billi l-ispiża ta' l-investiment fil-ħarsien ta' l-ambjent ma tistax tiġi faċilment identifikabbli fl-ispiża totali, il-Kummissjoni ser tqis l-għanijiet u l-metodi trasparenti tal-kalkoli, e.g., l-ispiża ta' investiment li jkun teknikament paragonabbli iżda li ma joffrix l-istess grad ta' ħarsien lill-ambjent. Fil-każijiet kollha, l-ispejjeż kollha eliġibbli jridu jkunu kalkulati netti mill-benefiċċji illi joħorġu minn żjieda fil-kapaċità, iffrankar fl-ispejjeż illi jkunu saru fl-ewwel ħames snin tal-ħajja ta' l-investiment u l-produzzjoni anċillari addizzjonali matul dak il-perjodu ta' ħames snin [33]. Għall-enerġija illi tiġġedded, l-ispejjeż ta' investiment eliġibbli huma normalment l-ispejjeż extra illi l-azjenda tkun ġarrbet meta mqabbla ma' impjant ta' l-enerġija konvenzjonali bl-istess kapaċità fis-sens tal-produzzjoni ta' l-enerġija effetiva. Meta l-SMES jaddattaw għan-normi ġodda tal-Komunità, l-ispejjeż eliġibbli addizzjonali jinkludu l-investimenti meħtieġa sabiex jitlaħaq il-livell tal-ħarsien ta' l-ambjent meħtieġ minn dawk in-normi. Meta d-ditta tkun qiegħda taddatta għan-normi nazzjonali adottati fin-nuqqas ta' normi tal-komunità, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż ta' investiment addizzjonali meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell tal-ħarsien ta' l-ambjent mitlub min-normi nazzjonali. Meta d-ditta tkun qiegħda taddatta normi nazzjonali illi huma aktar stretti min-normi tal-Komunità jew jidħlu għal titjib volontarju tan-normi tal-Komunità, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-investiment addizzjonali meħtieġ sabiex jintlaħaq livell tal-ħarsien ta' l-ambjent illi jkun ogħla mil-livell meħtieġ min-normi tal-Komunità. L-ispejjeż ta' l-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta' protezzjoni meħtieġ min-normi tal-Komunità mhuwiex eliġibbli. Meta ma jkun hemm l-ebda norma, l-ispejjeż eliġibbli jkunu jikkonsistu fl-ispejjeż ta' l-investiment meħtieġ sabiex jintlaħaq livell ta' ħarsien ta' l-ambjent ogħla minn dak illi l-azjenda jew l-azjendi in kwestjoni jirċievu fin-nuqqas ta' kull għajnuna għall-ambjent. E.1.8. Riabilitazzjoni ta' siti industrijali mniġġsa 38. L-intervenzjonijiet illi jsiru minn azjendi sabiex isewwu d-danni ambjentali billi jirriabilitaw is-siti industrijali illi jkunu mniġġsin jistgħu jaqgħu taħt dawn il-linji gwida [34]. Id-danni ambjentali in kwestjoni jistgħu jagħmlu ħsara lill-kwalità tal-ħamrija jew ta' l-ilma tal-wiċċ jew ta' taħt il-wiċċ ta' l-art [35]. Meta l-persuna responsabbli għat-tniġġis hija kjarament identifikabbli, dik il-persuna trid tiffinanzja hija r-rijabilitazzjoni skond il-prinċipju ta' "min iniġġes, iħallas", u l-ebda għajnuna għall-Istat ma tista' tingħata. Bl-użu tal-kliem "persuna responsabbli għat-tniġġis", tfisser, il-persuna responsabbli taħt il-liġi f'kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' regolamenti tal-Komunità fil-kwestjoni. Meta l-persuna responsabbli għat-tniġġis ma tkunx ġiet identifikata jew ma tkunx tista' tagħmel tajjeb għall-ispiża, il-persuna responsabbli għax-xogħol tista' tirċievi l-għajnuna [36]. L-għajnuna għar-riabilitazzjoni tas-siti ta' l-industrija mniġġsa, jistgħu jitilgħu sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli, b'żjieda ta' 15 % ta' l-ispiża involuta fix-xogħol. L-ispejjeż eliġibbli huma ekwivalenti għall-ispiża tax-xogħol li minnu jkun imnaqqas il-valur ta' l-art. L-ammont totali ta' l-għajnuna ma tista', taħt l-ebda ċirkotsanza, taqbeż it-total ta' l-ispejjeż li jkunu attwalment intefqu mill-azjenda. E.1.9. Rilokazzjoni ta' l-azjenda 39. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi bħala regola, ir-rilokazzjoni ta' l-azjenda għal siti ġodda ma tikkostitwixxix ħarsien ta' l-ambjent u allura ma tagħtix lok għall-għajnuna taħt dawn il-linji gwida. L-għoti ta' l-għajnuna, madankollu, jista' jkun iġġustifikat meta l-istabbiliment ta' azjenda f'arja urbana jew f'arja msejħa Natura 2000 tagħmel attività illi toħloq ħafna tniġġis u trid, minħabba l-konsiderazzjonijiet ta' dik il-lokalità, iċċaqlaq il-post ta' l-istabbilment tagħha għal arja aktar xierqa. Il-kriterji kollha li ġejjin jridu jkunu soddisfatti fl-istess ħin: (a) Il-bidla fil-lokal trid tkun dettatat mill-ħteġijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent u għandha tkun ġiet ordnata minn deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja. (b) L-azjenda trid tħares in-normi ambjentali l-aktar stretti applikabbli fir-reġjun il-ġdid fejn hija relokata. L-azjenda illi tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq tista' tirċievi għajnuna għall-investiment skond il-punt 29. Id-disposizzjonijiet tal-punt 35 illi jirrigwardaw l-għoti ta' bonus lill-SMES ser japplikaw. L-azjendi illi jissodifaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq jistgħu jirċievu l-għajnuna ta' l-investiment skond il-punt 29. Id-disposizzjonijiet tal-punt 35 fir-rigward ta' l-għoti tal-bonus għall-SMES ser japplika. Sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' spejjeż eliġibbli għall-għajnuna tar-rilokazzjoni, l-Kummissjoni għandha tqis l-introjtu mill-bejgħ jew il-kera ta' l-impjant jew l-art abbandunata, il-kumpens illi għandu jitħallas fil-każ ta' esproprjazzjoni u l-ispejjeż irrelatati max-xiri ta' l-art jew il-bini jew ix-xiri ta' impjant ġdid ta' l-istess kapaċità, bħall-impjant li tkun ġiet abbandunata. Jistgħu wkoll jitqiesu kwalunkwe gwadanni oħra it-trasferiment ta' l-impjant, notevolment gwadanni li jkunu assoċjati ma' l-użu aħjar ta' l-impjant. L-investiment illi jirrigwardaw iż-żjieda fil-kapaċità ma jistgħux jittieħdu in konsiderazzjoni fil-kalkolu ta' l-ispejjeż eliġibbli illi jikkonferixxu l-intitolament għall-għoti ta' l-għajnuna għall-ambjent. Jekk id-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja li tkun qiegħda tordna l-bidla fil-lokalità tirriżulta fi tmiem bikri tal-kuntratt tal-kirja ta' l-art jew tal-bini, kwalunkwe penalitajiet imposti fuq l-azjenda minħabba illi tkun temmet il-kuntratt jistgħu jiġu meqjusa fil-kalkoli ta' l-ispejjeż eliġibbli. E.1.10. Regoli Komuni 40. L-għajnuna għall-investiment biex jitjiebu n-normi tal-Komunità jew l-obbligazzjoni illi jagħmlu dan minkejja illi ma jkunu jeżisti l-ebda normi tal-Komunità ma tistax tingħata meta dan it-titjib ikollu bħala l-għan tiegħu illi jġib in linea l-azjendi man-normi tal-Komunità illi jkunu ġew adottati iżda ma jkunux fis-seħħ. L-azjenda tista' tingħata l-għajnuna biex tgħinha tħares in-normi nazzjonali li jkunu aktar stretti min-normi tal-Komunità jew meta ma jkunux jeżistu normi tal-Komunità fil-każ biss fejn l-azjenda tħares in-normi nazzjonali sa l-aħħar data stabbilita fil-miżuri nazzjonali relevanti. L-investimenti illi jsiru wara dik id-data ma jikkwalifikawx. [37] E.2. Għajnuna lill-SMES għas-servizzi ta' pariri jew konsulenza fl-oqsma ta' l-ambjent 41. Is-servizzi ta' pariri jew konsulenza għandhom parti importanti fl-għajnuna illi jagħtu lill-SMES sabiex jagħmlu progress fil-ħarsien ta' l-ambjent. Il-Kummissjoni għaldaqstant hija ta' l-opinjoni illi l-għajnuna tista' tingħata taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 70/200138 [38]. E.3. Għajnuna għall-operazzjoni E.3.1. Ir-regoli applikabbli għall-għajnuna kollha għall-operazzjoni sabiex jiġi promoss l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-iffrankar ta' l-enerġija 42. Dawn ir-regoli illi ġejjin japplikaw għal żewġ tipi ta' għajnuna għall-operazzjoni, li huma: (a) għajnuna għall-amministrazzjoni ta' l-iskart meta din l-amministrazzjoni tkun skond il- klassifika ġerarkika tal-prinċipji ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart [39]; (b) għajnua fl-oqsma ta' l-iffrankar ta' l-enerġija. 43. Fejn din l-għajnuna turi illi tkun assolutament meħtieġa, għandha tkun strettament limitata għall-kumpens għall-ispejjeż żejda tal-produzzjoni b'paragun mal-prezzijiet tas-suq tal-prodotti jew servizzi relevanti [40]. Din l-għajnuna trid ukoll tkun temporanja u, bħala regola ġenerali, trid tkun imnaqqsa maż-żmien, b'tali mod illi jkun hemm inċentiv illi l-prezzijiet jirriflettu l-ispejjeż raġonevolment malajr. 44. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi l-azjenda għandha normalment tinkorri l-ispejjeż illi jirriżultaw mit-trattament ta' l-iskart ta' l-industrija skond il-prinċipju "min iniġġes iħallas". Madankollu, l-għajnuna għall-operazzjoni tista' tkun meħtieġa fejn in-normi nazzjonali jiġu introdotti illi huma aktar stretti mir-regoli applikabbli tal-Komunità, jew fejn in-normi nazzjonali jiġu introdotti fin-nuqqas ta' regoli tal-Komunità, b'tali mod illi l-azjendi temporanjament jitilfu l-kompetittività fuq il-livell internazzjonali. 45. Din l-għajnuna kollha għall-operazzjoni hija soġġetta għaż-żmien limitat ta' ħames snin peress illi l-għajnuna hija "digressiva". L-intensità tagħha tista' tasal sa 100 % ta' l-ispejjeż żejda fl-ewwel sena iżda trid tonqos b'mod lineari sa żero sa l-aħħar tal-ħames sena. 46. Fil-każ ta' l-għajnuna li mhiex digressiva, t-tul tagħha hija limitata sa ħames snin u l-intensità tagħha ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż extra. E.3.2. Regoli applikabbli għall-għajnuna għall-operazzjoni fil-forom ta' tnaqqis fit-taxxa jew eżenzjonijiet. 47. Meta jiġu adottati taxi illi jkunu ser jiġu imposti fuq ċerti attivitajiet minħabba raġunijiet li jirrigwardaw il-ħarsien ta' l-ambjent, l-Istati Membri jista' jidhrilhom illi jkun meħtieġ illi jagħmlu disposizzjonijiet għall-eżenzjonijiet temporanji għal ċertu azjendi notevolment minħabba n-nuqqas ta' armonizzazzjoni fuq il-livell Ewropew jew minħabba r-riskji temporanji fil-kompetittività internazzjonali. Ġeneralment, dawn l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu għajnuna għall-operazzjoni li tkun taqa' taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Fl-analiżi ta' dawn il-miżuri, għandu jkun aċċertat fost affarijiet oħra jekk it-taxxa li tkun ser tiġi imposta hijiex riżultat ta' deċiżjoni tal-Komunita fuq in-naħa ta' l-Istati Membri. 48. Jekk it-taxxa tkun ser tiġi imposta bħala r-riżultat ta' deċiżjoni awtonoma fuq in-naħa ta' l-Istati Membri, l-azjenda affettwata jista' jkollha xi diffikultà f'li taddatta fi żmien qasir ħafna għall-piż il-ġdid tat-taxxa. F'dawn iċ-ċirkotanzi, jista' jkun hemm eżenzjoni temporanja li tagħmilha possibbli għal xi azjenda illi taddatta għas-sitwazzjoni l-ġdida. 49. Jekk it-taxxa illi tkun ser tkun imposta bħala riżultat ta' Direttiva tal-Komunità, hemm żewġ xenarji possibbli: (a) Stat Membru jkun japplika taxxa fuq ċerti prodotti b'rata illi tkun ogħla mir-rata minima stabbilita fid-direttiva tal-Komunità u tagħti eżenzjoni lil ċerta azjenda, illi, bħala riżultat, tħallas taxxa b' rata illi tkun aktar baxxa iżda illi xorta waħda għallinqas egwali għar-rata minima stabbilita mid-direttiva. Il-Kummissjoni tieħu l-opinjoni illi, f'dawk iċ-ċirkostanzi, eżenzjoni temporanja tistsa' tiġi ġġustifikata sabiex tgħin lill-azjendi jaddattaw għat-taxxa l-ogħla u tipprovdilhom inċentiv sabiex jaġixxu b'mod aktar favur l-ambjent. (b) Stat Membru japplika taxxa fuq ċerti prodotti illi r-rata minima stabbilita fid-direttiva tal-Komunità u tagħti eżenzjoni lil ċerti azjendi, illi huma suġġetti għal taxxa b'rata aktar baxxa mir-rata minima. Jekk din l-eżenzjoni ma tkunx awtorizzata mid-Direttiva in kwestjoni, hija tikkostitwixxi għajnuna illi tkun inkompatibbli ma' l-Artikolu 87 tat-Trattat. Jekk tkun awtorizzata mid-Direttiva, il-Kummissjoni tista' tieħu l-opinjoni illi hija kompatibbli ma' l-Artikolu 87 jekk kemm-il darba hija tkun meħtieġa u mhux disproporzjonata fid-dawl ta' l-ilħuq ta' l-għanijiet tal-Komunità. Il-Kummissjoni ser tkun speċjalment ikkonċernata sabiex tassigura illi kull eżenzjoni simili għandha tkun strettament limitata fiż-żmien. 50. Ġeneralment, il-miżuti tat-taxxa in kwestjoni għandhom jagħtu kontribut sinifikanti għall-ħarsien ta' l-ambjent. Għandha tingħata wkoll attenzjoni sabiex jiġi assigurat illi l-eżenzjonijiet, min-natura tagħhom, ma jagħmlux ħsara lill-kisba ta' l-għanijiet ġenerali. 51. Dawn l-eżenzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu għajnuna għal min iħaddem illi tista' tiġi awtorizzata fuq il-kondizzjonijiet illi ġejjin: 1. Meta Stat Membru jintroduċi taxxa ġdida f'settur ta' attività jew fuq produzzjoni illi fir- rigward tagħha mhemmx armonizzazzjoni mill-Komunità dwar it-taxxa fuqhom jew meta t-taxxa prevista mill-Istat Membru taqbeż dik stabbilita mil-leġislazzjoni tal- Komunità, il-Kummissjoni tieħu l-opinjoni illi d-deċiżjoni fir-rigward ta' l- eżenzjonijiet illi jkopru perjodu ta' 10 snin mingħajr ebda digressività jistgħu jiġu ġġustifikati f'żewġ każijiet: (a) dawn l-eżenzjonijiet huma kondizzjonijiet fuq il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-azjendi illi jirċevuhom fejn l-azjendi jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-azjendi jintrabtu illi jilħqu l-għanijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent waqt il-perjodu li għalih l-eżenzjonijiet japplikaw jew meta l-azjendi jilħqu l-ftehim volontarju illi għandhom l-istess effett. Dan il-ftehim jew obbligazzjonijiet jistgħu jirrelataw, fost affarijiet oħra, għal tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija, tnaqqis fl-emissjonijiet jew kwalunkwe miżura oħra ta' l-ambjent. Is-sustanza tal-ftehim għandha tkun innegozjata minn kull Stat Membru u ser tkun tista' tiġi stmata mill-Kummissjoni meta l-proġetti ta' għajnuna jiġu nnotifikati liha. L-istati Membri jridu jassiguraw illi jkun hemm moniteraġġ strett ta' l-obbligazzjonijiet illi l-azjenda jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-azjendi jkunu daħlu għalihom. Il-ftehim milħuq bejn Stat Membru u l-azjenda in kwestjoni jrid jistipula l-arranġamenti għall-penali illi jkunu applikabbli jekk l-obbligazzjonijiet ma jiġux milħuqa. Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw ukoll meta Stat Membru jagħmel tnaqqis fit-taxxa li jkun suġġett għall-kondizzjonijiet illi jkollu l-istess effett bħall-ftehim jew obbligazzjonijiet imsemmijin hawn fuq; (b) dawn l-eżenzjonijiet m'għandhomx għalfejn ikunu kondizzjonali fuq l-ilħuq tal-ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-azjenda illi skun ser tirċevihom jekk il-kondizzjonijiet alternattivi illi ġejjin jiġu sodisfatti: - meta t-tnaqqis jirrigwarda taxxa tal-Komunità, l-ammont li jkun effettivament tħallas mill-azjenda wara t-tnaqqis jrid jibqa' ogħla mill-minimu tal-Komunità sabiex jipprovdi lill-azjenda b'inċentiv sabiex ittejjeb il-ħarsien ta' l-ambjent, - meta t-tnaqqis jirrigwarda taxxa domestika imposta fl-assenza ta' taxxa tal-Komunità, l-azjenda eliġibbli għat-tnaqqis tista', madankollu, tħallas proporzjon sinnifikanti mit-taxxa nazzjonali. 2. Id-disposizzjonijiet fil-punt 51.1 jistgħu jiġu applikati lit-taxxi eżistenti jekk iż-żewġ kondizzjonijiet illi ġejjin ikunu soddisfatti fl-istess ħin: (a) it-taxxa in kwestjoni jrid ikollha impatt notevoli pożittiv fir-rigward tal-ħarsien ta' l- ambjent; (b) id-deroga lill-azjenda kkonċernata trid tkun ġiet deċiża meta t-taxxa kienet ġiet adottata jew tkun ġiet meħtieġa bħala riżultat ta' bidla kbira fil-kondizzjonijiet ekonomiċi illi jpoġġu d-ditta f'sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli. Fl-aħħar każ, l-ammont tat-tnaqqis ma jistax jaqbeż iż-żjieda fl-ispejjeż illi jirriżulta minn bidla fil- kondizzjonijiet ekonomiċi. Jekk kemm-il darba ma jkunx hemm żjieda fl-ispejjeż, it- tnaqqis ma jkunx jista' jibqa' japplika. 3. L-Istati Membri jistgħu anke jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-proċessi għall-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika mill-għejun konvenzjonali ta' l-enerġija bħalma huma l-gassijiet illi għandhom effiċjenza ta' l-enerġija illi tkun ħafna ogħla mill-effiċjenza ta' l-enerġija miksuba mill-proċessi tal-produzzjoni konvenzjonali. F'dawn il-każijiet, fid-dawl ta' l-importanza ta' dawn il-metodi ta' teknika għall-ħarsien ta' l-ambjent u sakemm l-enerġija primarja illi tkun qiegħda tintuża tnaqqas b'mod notevoli l-effetti negattivi fir-rigward tal-ħarsien ta' l-ambjent, il-Kummissjoni tkun ta' l-opinjoni illi l-eżenzjonijiet totali mit-taxxi jista' jkun iġġustifikat għall-perjodu ta' ħames snin peress illi l-għajnuna ma tkunx degressiva. Id-deroga ta' 10 snin tista' tingħata wkoll skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 51.1 u 51.2. 52. Meta t-taxxa eżistenti tiżdied ħafna u meta l-Istat Membri kkonċernat ikun ta' l-opinjoni illi d-derogi huma meħtieġa għal ċerti azjendi, l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 51.1 fir-rigward tat-taxxi l-ġodda huma applikabbli b'k analoġija. 53. Meta t-tnaqqis jikkonċerna taxxa illi ma tkunx armonizzata fuq il-livell tal-Komunità u meta t-taxxa domestika tkun anqas minn jew egwali għall-minimu tal-Komunità, il-Kummissjoni tkun ta' l-opinjoni illi l-eżenzjonijiet fit-tul mhumiex ġustifikabbli. F'dan il-każ, kwalunkwe eżenzjonijiet mogħtija jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 45 u 46 u jridu, fi kwalunkwe każ, ikunu koperti minn awtorizzazzjoni espressa illi jidderogaw mill-minimu tal-Komunità. Fil-każijiet kollha tat-tnaqqis tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna għall-operazzjoni skond il-punti 45 u 46. E.3.3. Ir-regoli applikabbli għall-operazzjoni għall-għejun ta' l-enerġija illi tiġġedded. 54. Fir-rigward tal-produzzjoni ta' l-enerġija illi tiġġedded, l-għajnuna għall-operazzjoni ser tkun solitament permessa taħt dawn il-linji gwida. 55. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi din l-għajnuna tikkwalifika għal trattament speċifiku minħabba d-diffikultajiet illi dawn l-għejun ta' l-enerġija kultant jiltaqgħu magħhom sabiex jikkompetu effettivament ma' l-għejun konvenzjonali. Għandu wkoll jiġi mfakkar illi l-politika tal-Komunità sabiex l-iżvilupp ta' dawn l-għejun ta' l-enerġija jiġi inkoraġġut, partikolarment minħabba l-ambjent. L-għajnuna tista' tkun meħtieġa partikolarment meta l-proċessi tekniċi disponibbli ma jħallux illi l-enerġija tkun prodotta bil-prezz ta' kull unità li jkun paragonabbli ma' dak ta' l-għejun konvenzjonali. 56. L-għajnuna għall-operazzjoni tista' tkun iġġustifikata hawnhekk biex tkopri d-differenza bejn il-prezz tal-produzzjoni ta' l-enerġija mill-għejun ta' enerġija rinovabbli u l-prezzijiet tas-suq ta' dik l-enerġija. Il-forom ta' din l-għajnuna jistgħu ivarjaw skond it-tip ta' enerġija involuta u l-mekkaniżmu illi jappoġġjaha stabbiliti mill-Istati Membri. Barra minn hekk, meta tkun qiegħda tistudja l-każijiet, il-Kummissjoni ser tqis il-posizzjoni kompetittiva ta' kull forma ta' enerġija involuta. 57. L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għall-għejun ta' enerġija renovabbli kif ġej: E.3.3.1. L-1 Għażla 58. Fl-oqsma ta' l-enerġija illi tiġġedded, l-ispejjeż ta' l-investiment ta' l-unità huma partikolarment għaljin u ġeneralment huma parti minn proporzjon sinifikanti ta' l-ispejjeż ta' l-azjenda u ma jippermettux illi l-azjendi jitolbu prezzijiet kompetittivi fis-suq fejn ibiegħu l-enerġija. 59. Sabiex jittieħed aktar kont ta' dan l-ostaklu għat-tqegħid fis-suq għall-enerġija illi tiġġeded, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna sabiex tikkompensa għad-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' l-enerġija illi tiġġedded u l-prezzijiet tas-suq fil-forma ta' l-enerġija in kwestjoni. Kwalunkwe għajnuna għall-operazzjoni tista' tingħata biss għall-waqgħa fil-valur ta' l-impjant. Kwalunkwe produzzjoni oħra ta' l-enerġija mhix ser tikkwalifika għall-assistenza. Madankollu, l-għajnuna tista' tkopri introjtu ġust fuq il-kapital jekk l-Istat Membru jkun jista' juri illi din hija indispensabbli minħabba l-kompetittività fqira ta' ċertu għejun ta' enerġija illi jiġġeddu. Fl-istabbiliment ta' l-ammont ta' l-għajnuna għall-operazzjoni, għandu jittieħed kont ta' kwalunkwe għajnuna għall-investiment mogħtija lill-azjendi in kwestjoni fir-rigward ta' l-impjant il-ġdid. Meta jiġu nnotifikati l-iskemi għall-għajnuniet lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jridu jiddikjaraw preċiżament liema huma l-mekkaniżmi u partikolarment il-metodi sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta' l-għajnuna. Jekk il-Kummissjoni tawtorizza l-iskema, l-Istati Membri jridu mbagħad japplikaw dawk il-mekkaniżmi u l-metodi tal-kalkolazzjoni meta tasal għall-għoti ta' l-għajnuna lill-azjenda. 60. Il-bijomassa titlob, differenti minn ħafna mill-għejun ta' l-enerġija l-oħrajn, relattivament anqas investiment iżda ġġib aktar spejjeż ta' operazzjoni. Il-Kummissjoni ser tkun, allura, miftuħa għall-għajnuna għall-operazzjoni illi taqbeż l-ammont ta' l-investiment fejn l-Istati Membri jistgħu juru illi l-ispejjeż aggregati ta' l-azjenda wara illi l-impjant jitnaqqsilha l-valur huma ħafna ogħla mill-prezzijiet tas-suq ta' l-enerġija. E.3.3.2. It-2 Għażla 61. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ għall-enerġija illi tiġġedded billi jużaw il-mekkaniżmi tas-suq bħalma huma ċertifikati ħodor jew sejħiet għall-offerti. Dawn is-sistemi jippermettu illi l-prodotturi kollha ta' l-enerġija illi tiġġedded jibbenefikaw indirettement minn talba ggarantitia għall-enerġija tagħhom bi prezzijiet illi jkunu ogħla mill-prezzijiet tas-suq għall-enerġija konvenzjonali. Il-prezzijiet ta' dawn iċ-ċertifikati ħodor ma jkunux iffissati minn qabel iżda jiddependu dwar il-provvista u t-talba. 62. Meta dawn jikkostitwixxu għajnuna ta' l-Istat, dawn is-sistemi jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu juru illi l-appoġġ huwa essenzjali sabiex tiġi assigurata l-viabilità ta' l-għejun ta' l-enerġija kkonċernati, illi b'kollox ma jirriżultax f'kumpens żejjed għall-enerġija illi tiġġedded ma tiddiswadix lill-produtturi ta' l-enerġija illi tiġġedded milli jsiru aktar kompetittivi. Bil-għan illi jiġi vverifikat illi dawn il-kriterji jintlaħqu, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni illi tawtorizza dawn is-sistemi ta' għajnuna għall-perjodu ta' għaxar snin, wara liema perjodu, tkun trid issir stima jekk il-miżura ta' appoġġ għandhiex tkun kontinwata. E.3.3.3. It-3 Għażla 63. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna għall-operazzjoni lill-impjanti tal-produzzjoni ta' l-enerġija ġodda liema enerġija ser tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta' l-ispejjeż esterni evitati. Dawn huma l-ispejjeż ta' l-ambjent illi s-soċjetà ser ikollha tinkorri jekk l-istess kwantità ta' enerġija tkun ġiet prodotta minn impjant ta' produzzjoni illi jopera b'forma konvenzjonali ta' l-enerġija. Dawn ser ikunu kkalkulati fuq il-bażi tad-differenza bejn, fuq in-naħa l-waħda, l-ispejjeż esterni prodotti u mhux imħallsa mill-produtturi ta' l-enerġija illi tiġġedded, u, fuq in-naħa l-oħra, l-ispejjeż prodotti u mhux imħallsa mill-produtturi ta' l-enerġija illi ma tiġġeddidx. Sabiex isiru dawn il-kalkoli, l-Istat Membr ser ikollu juża metodu ta' kalkolu illi jkun internazzjonalment rikonoxxut u illi jkun ġie ikkomunikat lill-Kummissjoni. Ser ikollu jipprovdi, fost affarijiet oħra, analiżi ta' l-ispejjeż raġonata u kkwantifikata, flimkien ma' stima ta' l-ispejjeż esterni tal-produtturi illi jikkompetu kontra xulxin sabiex juru illi l-għajnuna ġenwinament tikkostitwixxi kumpens għall-ispejjeż esterni illi ma jkunux koperti. Fi kwalunkwe każ, l-ammont ta' l-għajnuna illi jkun ġie mogħti lill-produttur ta' l-enerġija illi tiġġedded m' għandux jaqbeż l-EUR 0.05 għal kull kWh. Barra minn hekk, l-ammont ta' għajnuna mogħti lill-produttur illi jirriżulta mill-1 għażla, għandu jiġi ri-investit mid-ditta fl-għejun ta' l-enerġija illi tiġġedded. Għandha tittieħed in konsiderazzjoni mill-Kummissjoni jekk din l-attività tikkwalifika wkoll mill-għajnuna ta' l-Istat. 64. Jekk it-3 għażla għandha tibqa' konsistenti mar-regoli ġenerali dwar il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni trid tkun ċerta illi l-għajnuna ma tagħtix lok għal xi distrosjoni tal-kompetizzjoni kuntrarja għall-interess komuni. Fi kliem ieħor, trid tkun ċerta illi l-għajnuna ser tirriżulta fiż-żjieda globali fl-użu ta' l-enerġija illi tiġġedded a skapitu ta' l-għejun ta' l-enerġija konvenzjonali, u mhux bi trasferiment sempliċi ta' l-ishma tas-suq bejn l-għejun ta' l-enerġija illi tiġġedded. Il-kondizzjonijiet illi ġejjin iridu għalhekk jiġu milħuqa: - għajnuna mogħtija taħt din l-għażla għandha tifforma parti minn skema illi tittratta l-azjendi fil-qasam ta' l-enerġija illi tiġġedded bl-istess mod: - l-iskema għandha tipprevedi għajnuna illi għandha tingħata mingħajr diskriminazzjoni bejn l-azjendi illi jipproduċu l-istess enerġija illi tiġġedded; - l-iskema għandha tiġi ri-eżaminata mill-Kummissjoni kull ħames snin. E.3.3.4. Ir-4 Għażla 65. L-Istati Membri għadhom jistgħu jagħtu għajnuna għall-operazzjoni skond ir-regoli ġenerali illi jirregolaw din l-għajnuna fil-punti 45 u 46. E.3.4. Ir-regoli applikabbli għall-għajnuna għall-operazzjoni għall-produzzjoni kombinata ta' l-enerġija elettrika u s-sħana. 66. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi l-għajnuna għall-operazzjoni għall-produzzjoni kkombinata ta' l-elettriku u s-sħana tista' tkun iġġustifikata sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 31 jiġu milħuqa. Din l-għajnuna tista' tingħata lill-azjendi illi jiddistribwixxu l-enerġija elettrika u s-sħana lill-pubbliku peress illi l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' din l-enerġija elettrika jew is-sħana taqbeż il-prezzijiet tas-suq. F'ċirkustanzi simili, l-għajnuna għall-operazzjoni tista' tingħata skond ir-regoli tal-punti 58 sa 65. Id-deċiżjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex essenzjali ser tieħu in konsiderazzjoni l-ispejjeż u l-introjtu illi jirriżulta mill-produzzjoni u l-bejgħ ta' l-enerġija elettrika.67. L-għajnuna għall-operazzjoni tista' tingħata taħt l-istess kondizzjonijiet ta' l-użu industrijali tal-produzzjoni kkombinata ta' l-enerġija elettrika u s-sħana fejn jista' jiġi muri illi l-prezz tal-produzzjoni ta' unità waħda ta' enerġija prodott permezz ta' l-użu tal-metodi ta' tekniki jaqbeż il-prezz tas-suq ta' unità waħda ta' l-enerġija konvenzjonali. L-ispejjeż tal-produzzjoni jistgħu jinkludu l-introjtu normali fuq il-kapitali, iżda kwalunkwe gwadann ta' l-azjenda fit-termini tal-produzzjoni tas-sħana jrid jitnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni. F. POLITIKA, MIŻURI U RATI SABIEX JITNAQQSU L-GASSIJIET ILLI JOĦOLQU L-EFFETT TAS-SERER 68. Il-Protokoll ta' Kjoto, iffirmat mill-Istati Membri u mill-Komunità, jistabbilixxi illi l-partijiet jintrabtu illi jnaqqsu jew jillimitaw l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serer matul il-perjodu 2008-2012. Għall-Komunità kollha, l-għan huwa illi l-emissjonijiet tal-gassijiet illi joħoqlu l-effett tas-serer jitnaqqsu bi 8 % mil-livell tagħhom tas-sena 1990. 69. L-Istati Membri u l-Komunità, bħala partijiet għall-Protokoll, ser ikunu jridu jilħqu t-tnaqqas ta' l-emissjonijiet permezz ta' politika u miżuri [41] inklużi l-istrumenti ekonomiċi, u wkoll il-mezzi ta' l-istrumenti illi huma stabbiliti mill-Protokoll ta' Kjoto nnifsu, prinċiparjament il-kummerċ fl-emissjonijiet internazzjonali, l-implimentazzjoni konġunta u l-mekkaniżmu nadif ta' l-iżvilupp. 70. Fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet tal-Komunità f'din l-arja u bla preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni fil-proposta ta' dawn id-disposizzjonijiet, kull Stat Membru ser ikollu d-dmir illi jifformola l-politika, il-miżuri u l-istrumenti illi huwa jkun jixtieq jadotta sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti taħt il-Protokoll ta' Kjoto. 71. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni illi wħud mill-mezzi adottati mill-Istati Membri sabiex iħarsu l-għanijiet tal-Protokoll jistgħu jikkostitwixxu għajnuna ta' l-Istat iżda huwa kmieni wisq sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet illi jawtorizzaw tali l-għajnuna. G. BAŻI GĦALL-EŻENZJONIJIET GĦALL-PROĠETTI KOLLHA EŻAMINATI MILL-KUMMISSJONI 72. Bla ħsara għal-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn il-linji gwida, l-għajnuna għall-ambjent ser tkun awtorizzata mill-Kummissjoni skond l-artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat tal-KE għall-"għajnuna sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' ċertu attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċertu arjiet ekonomiċi perss illi din l-għajnuna ma taffettwax il-kondizzjonijiet tal-kummerċ ħażin sal-limitu illi jkun kuntrarju għall-interess komuni". 73. L-għajnuna sabiex tiġi promossa l-eżekuzzjoni tal-proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew illi huma prijorità u li frekwentement ser ikollhom effetti ta' benefiċċju lil hinn mill-fruntieri ta' l-Istat Membru (Stati Membri) in kwestjoni jistgħu jkunu awtorizzati taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Madankollu, l-għajnuna tista' tkun neċessarja għall-proġetti sabiex jipproċedu, u l-proġetti jridu jkunu speċifiċi, definiti b'mod ċar u importanti kwalitattivament u jridu jagħtu kontribut eżemplari u kjarament identifikabbli lill-interess Ewropew. Meta dawn l-eżenzjonijiet jiġu applikati, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna b' rati ogħla mil-limiti stabbiliti għall-għajnuna awtorizzata skond l-artikolu 87(3)(ċ). H. GĦAJNUNA ILLI TINGĦATA FL-ISTESS ĦIN MINN GĦEJUN DIFFERENTI 74. Il-limiti ta' l-għajnuna stipulati f'dawn il-linji gwida huma applikabbli irrispettivament jekk l-għajnuna in kwestjoni hijiex finanzjarjament interament jew parzjalment mir-riżorsi ta' l-Istati jew tal-Komunità. L-għajnuna awtorizzata taħt dawn il-linji gwida ma jistgħux jiġu kkombinati ma' xi forma oħra ta' l-għajnuna ta' l-Istati fis-sena ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat jew xi forma oħra ta' finanzjament Komunitarju jekk l-għoti ta' din l-għajnuna fl-istess ħin tipproduċi intensità ta' għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dawn ir-regolamenti. Fil-każ ta' għajnuna illi jkollha għanijiet differenzi iżda illi tinvolvi l-istess spejjeż eliġibbli, l-aktar limiti vantaġġjużi għandhom japplikaw. I. "MIŻURI XIERQA" FIS-SENS TA' L-ARTIKOLU 88(1) TAT-TRATTAT TAL-KE 75. Filwaqt illi taġixxi taħt l-Artikolu 88(1) tat-Treaty, il-Kummissjoni ser tipproponi l-miżuri illi ġejjin lill-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi eżistenti tagħhom ta' l-għajnuna. 76. Sabiex tagħmilha possibbli illi tivverifika kwalunkwe ammonti ta' għajnuna mogħtija taħt skemi awtorizzati u sabiex tiddeċiedi jekk din l-għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni ser tipproponi, bħala miżura xierqa taħt l-Artikolu 88(1) tat-Trattat, illi l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minn qabel bi kwalunkwe każ ta' għajnuna għall-investiment mogħti taħt skema awtorizzata meta l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu l-25 miljun EUR u meta l-għajnuna taqbeż l-għotja lorda ekwivalenti għal 5 miljun Euro. In-notifika ser tingħata permess ta' formola illi l-mudell tagħha hija jiġi muri fl-Anness. 77. Il-Kummissjoni ser tipproponi wkoll, bħala miżuri xierqa taħt l-Artikolu 88(1), illi l-Istati Membri għandhom iġibu l-iskemi tagħhom eżistenti ta' l-għajnuna ambjentali in linea ma' dawn il-linji gwida qabel l-1 ta' Jannar 2002. 78. Il-Kummissjoni ser issaqsi lill-Istati Membri sabiex jikkonfermaw fi żmien xahar minn meta jirċievu l-miżuri proposti msemmijin fil-punti 75 u 77 illi huma jaqblu mal-proposti. Il-Kummissjoni tinterpreta n-nuqqas ta' risposti illi l-Istat Membru relevanti ma jaqbilx. 79. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt illi, bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna kklassifikata bħala de minimis taħt ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 [42], dawn il-linji gwida ma jaffettwaw l-obbligazzjoni illi hemm fuq l-Istati Membri taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat illi jinnotifikaw kwalunkwe skemi ta' għajnuna, kwalunkwe bidliet lil dawk l-iskemi u kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija lil azjendi barra mill-qafas ta' l-iskemi awtorizzati. 80. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tassigura illi kwalunkwe awtoriżazzjoni għal skema future tħares dawn il-linji gwida. J. APPLIKAZZJONI TA' DAWN IL-LINJI GWIDA 81. Dawn il-linji gwida ser isiru applikabbli meta huma jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Mhux ser jibqgħu applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2007. Wara l-konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' temendahom qabel dik id-data fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet tal-politika tal-kompetizzjoni importanti jew il-politika ambjentali jew sabiex jittieħed kont tal-politika tal-Komunità f'oqsma oħra jew ta' l-impenji internazzjonali. 82. Il-Kummissjoni ser tapplika dawn il-linji gwida għall-proġetti kollha ta' għajnuna nnotifikati illi fir-rigward tagħhom hija tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara illi l-linji gwida jkunu ġew pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, anke meta l-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida. F'Każ ta' għajnuna mhix innotifikata, il-Kummissjoni tadotta: (a) dawn il-linji gwida jekk l-għajnuna tkun ġiet mogħtija wara l-pubblikazzjoni ta' l-istess linji gwida fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; (b) il-linji gwida fis-seħħ meta l-għajnuna hija mogħtija fil-każijiet l-oħra kollha. K. INTEGRAZZJONI TAL-POLITIKA TA' L-AMBJENT F'LINJI GWIDA TA' GĦAJNUNA TA' STATI OĦRA. 83. L-Artikolu 6 tat-Trattat jistipula illi "l-ħteġijiet tal-ħarsien ta' l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Komunità msemmijin fl-Artikolu 3, partikolarment bil-għan illi jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli." Meta l-Kummissjoni tadotta jew tirrevedi linji gwida oħra tal-Komunità jew qafasijiet oħrajn dwar l-għajnuna ta' l-Istat, hija ser tikkUnsidra kif dawk il-ħteġijiet jistgħu l-aħjar jiġu meqjusa. Hija ser teżamina wkoll jekk ikunx spedjenti illi issaqsi lill-Istati Membri sabiex jipprovdu studju ta' impatt ambjentali meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni proġett importanti ta' l-għajnuna, irrespettivament mis-settur involut. [1] ĠU C 72, ta' l-10.03.94, pġ. 3. [2] ĠU C 14, tad-19.01.00, pġ. 8. [3] ĠU C 184, ta' l-1.07.00, pġ. 25. [4] Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll l-obbligazzjoni tagħha illi tintegra l-politika ta' l-ambjent f'artijiet oħra ta' politika fid-dokument ta' ħidma tagħha tas-26 ta' Mejju 1999 intitolat "L-Integrazzjoni ta' l-aspetti ta' l-Ambjent fl-oqsma kollha relevanti ta' politika" fir-rapport tagħha lill-Kunsill Ewropew ta' Helsinki dwar l-integrazzjoni tal-kwestjonijiet ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli fl-iżvilupp tal-politika tal-Komunità (SEC(1999) 1941 finali). [5] għandhom jiġu koperti minn min jikkaġuna t-tniġġis. Ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1975 fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż u l-azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi dwar il-materja ta' l-ambjent (ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ.1). [6] Il-kunċett ta’ l-aħjar metodi ta’ teknika disponibbli kienet introdott permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità mid-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju, 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċertu sustanzi perikolużi mitluqin fl-ambjent akkwatiku fil-Komunità (ĠU L 129, tat-18.5.1976, pġ. 23) u deher għal darb’ oħra, f’forma kemmxejn emendata, fid-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1984 dwar il-ġlieda lit-tniġġis ta’ l-arja mill-impjanti industrijali (ĠU L 188, tas-16.7.1984, pġ. 20). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-ġlieda kontra t-tniġġis ta’ l-arja mill-impjanti ta’ l-industrija (ĠU L 188, tas-16.7.1983, pġ.20). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 fir-rigward tat-tniġġis integrat li ma jkunx permess u l-kontroll (ĠU L 257, ta’ l-10.10.1996, "id-Direttiva IPPC") żviluppat u kkonfermat dan il-kunċett. L-applikabbiltà tad-Direttiva ta’ l-IPPC tkopri l-istallazzonijiet industrijali b’ potenzjali għoli ta’ tniġġis. Id-Direttiva ilha tapplika minn Novembru tas-sena 1999 għall-istallazzjonijiet il-ġodda jew l-istallazzjonijiet eżistenti illi għaddew minn bidliet sostanzjali. L-istallazzjonijiet eżistenti jridu jħarsu r-regoli tad-Direttiva ta’ l-IPPC sa Ottubru tas-sena 2007. Sa dik id-data, id-disposizzjonijiet taż-żewġ Direttivi msemmijin aktar ’il fuq, jirrigwardaw għall-kunċett tal-BAT ikomplu japplikaw. Bħala regola, n-normi konkreti, i.e. – il-valuri jew il-limiti ta’ l-emissjoni jew il-konsum ibbażat fuq l-użu ta’ l-aħjar metodi ta’ tekniki disponibbli – mhumiex stabbilit mill-Komunità iżda mill-awtoritajiet nazzjonali. [7] Din id-definizzjoni tinsab fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi renovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (ĠU C 311 E, tal-31.10.2000, pġ. 320). Ladarba d-Direttiva tigi adottata mill-PArlament u l-Kunsill, il-Kummissjoni tapplika d-definizzjoni mogħtija fit-test finali. [8] L-istess osservazzjonijiet li saru għan-nota f’qiegħ il-paġna 7. [9] Taxxi piżijiet ambjentali fis-suq singolu (COM(97) 9 final, tas- 26.3.1997) [10] L-għan ta’ dawn il-linji gwida mhuwiex illi jiddiskutu l-kunċett ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat illi joħroġ mill-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’ Istanza. [11] Fil-limiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt 7. [12] ĠU C 28, 01.02.00, pġ. 2. [13] ĠU L 337, 30.12.99, pġ. 10. [14] Il-Kummissjoni trid tiġbed l-attenzjoni għall-fatt illi dawn il-linji gwida jirrigwardaw biss l-għajnuna ambjentali, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ta’ disposizzjonijiet oħra illi jirregolaw l-għajnuna ta’ l-Istat, bla ħsara għal-limitazzjonijiet tar-regoli tal-kombinazzjonijiet ta’ l-għajnuna fil-punt 74 ta’ hawn taħt. [15] ĠU C 45, 17.02.96, pġ. 5. [16] ĠU L 10, 13.01.01, pġ. 20. [17] ĠU L 338, 28.12.96, pġ. 42. [18] L-ispejjeż iżolati illi l-azjendi jkun jridu jagħmlu minħabba l-obbligazzjonijiet illi jkunu daħlu fihom u ma jkunux jistgħu jkomplu jonorawhom bħala riżultat tal-liberalizazzjoni tal-qasam in kwestjoni. [19] ĠU L 10, 13.01.01, pġ. 30. [20] ĠU C 138, 17.05.93, pġ. 1. [21] L-ambjent ta' l-Ewropa: fejn sejjer fil-futur? L-istima globali tal-Komunitajiet Ewropej fil-programm tal-politika u l-azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, "Lejn is-sostenibilità" (KOM (1999) finali ta' l- 24.11.1999). [22] Bl-eċċezzjoni ta' l-SMES, kif previst fil-punt 20. [23] KUMM (2000) 205 finali tal- 11.4.2000. [24] Il-pjan ta' azzjoni sabiex titjieb l-effikaċja ta' l-enerġija fil-Komunitajiet Ewropej (COM(2000) 247 finali, tas- 26.4.2000). [25] B'effiċjenza tal-konverżjoni huwa intiż il-proporzjoni bejn il-kwantità ta' enerġija primarja użata sabiex tiġi prodotta forma sekondarja ta' enerġija u l-kwantità sekondarja ta' l-enerġija attwalment prodotta. Huwa kkalkolat kif ġej: [26] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 Diċembru 1997 dwar l-istrateġija tal-Komunità sabiex jiġu promossi s-sħana u l-enerġija kkombinati (ĠU C 4, tat-8.1.1998, pġ. 1). [27] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar l-għejun rinovabbli ta' l-enerġija (ĠU C 198, ta' l-24.6.1998, pġ. 1). [28] Dawn il-bonusis mhumiex disponibbli meta l-Istat Membru jagħti għajnuna għall-investiment skond it-tielet paragrafu tal-punt 32 (għajnuna ta' 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli). [29] L-investimenti fir-regjuni assistiti huma eliġibbli għall-għajnuna ta' l-investiment jekk il-kondizzjonijiet tal-linji gwida dwar l-għajnuna ta' l-Istat reġjonali (ĠU C 74, ta' l-10.3.1998, pġ. 9) jintlaħqu. [30] Dan l-extra mhuwiex disponibbli meta l-Istat Membru jagħti għajnuna għall-investiment skond it-tielet paragrafu tal-punt 32 (għajnuna illi tasal sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli). [31] Ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE tat-3 ta' April 1996 fir-rigward tad-definizzjoni ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 107, tat-30.4.1996, pġ. 4). [32] L-investimenti mill-SMES huma eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna ta' l-Istat għall-impriżi żgħar u medji (ĠU L 10, tat-13.1.2001, pġ. 33). [33] Jekk l-investimenti huma kkonċernati biss bil-ħarisen ta' l-ambjent mingħajr xi benefiċċju ieħor ekonomiku, ma jkunx applikat l-ebda tnaqqis addizzjonali ieħor fid-determinazzjoni ta' l-ispejjeż eliġibbli. [34] Il-Kummissjoni tinnota illi x-xogħol ta' riabilitazzjoni illi sar mill-awtoritajiet pubbliċi ma jaqax fil-fatt taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat. Il-problemi ta' l-Istat jistgħu, madankollu, jqumu jekk l-art tkun mibjugħa wara r-riabilitazzjoni bi prezzijiet anqas mill-valur tagħha .tas -suq. [35] L-ispejjeż kollha ta' azjenda illi tkun qiegħda tirriabilita s-siti tagħha, kemm jekk dawn ikunu meħtieġa jew le, jistgħu jintwerew bħala attiv fiss fil-karta tal-bilanċ, tkun investiment eliġibbli fil-każ ta' riabilitazzjoni ta' siti mniġġsa. [36] Il-persuna responsabbli għall-prestazzjoni tax-xogħol ma tridx tkun neċessarjament il-persuna responsabbli għat-tniġġis fit-tifsira illi dik l-espressjoni hija użata f'dan il-kuntest. [37] Ir-regoli stabbiliti f'dan il-punt huma suġġetta għall-punt 28 illi jirrigwardaw l-għajnuna għall-SMES. [38] Ir-referenza hija mogħtija fin-nota f'qiegħ il-paġna 32. [39] Il-klassifika mogħtija lill-istrateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart (KUM (96) 399 finali tat- 30.7.1996). F'din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni tiftakar illi l-immaniġġjar ta' l-iskart hija prijorità fl-għanijiet tal-Komunità sabiex jitnaqqsu r-riskji lill-ambjent. Il-kunċett ta' trattament ta' l-iskart irid jiġi analizzat minn tliet angoli: ri-utilizzazzjoni, riċiklaġġ u rikoverar. Skart illi l-produzzjoni tiegħu tkun inevitabbli għandu jiġi trattat u eliminat mingħajr perikolu. [40] Il-kunċett ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni jridu jiġu miftiehma bħala dawk illi jkunu netti minn kull għajnuna iżda jinkludu livell normali ta' profitt. [41] Għad-dettalji għall-politika u miżuri komuni u kordinati ara partikolarment "preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kioto" (KUM (1999) 230 ta' l- 19.5.1999). [42] ĠU L 10, 13.01.01, pġ. 30. -------------------------------------------------- ANNESS INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI ILLI GĦANDHA TINGĦATA META SSIR NOTIFIKA TA' GĦAJNUNA TA' L-ISTAT GĦAL GĦANIJIET AMBJENTALI TAĦT L-ARTIKOLU 88(3) TAT-TRATTAT. (Skemi, każijiet ta' l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema ta' approvazzjoni, u miżuri ta' għajnuna illi jingħataw darba) Għandha tiġi annessa mal-kewtjonarju fit-Taqsima A ta' l-Anness II ta' l-ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tat-2 ta' Awissu 1995 fuq in-notifiki u rapportati standardizzati ta' kull sena: 1. Għanijiet. Deskrizzjoni dettaljata ta' l-għanijiet tal-miżura, u t-tip ta' ħarsien ta' l-ambjent illi hija intiża illi tippromwovi. 2. Deskrizzjoni tal-miżura. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-miżura u tar-reċipjenti. Id-deskrizzjoni ta' l-ispejjeż totali ta' l-investimenti involuti u ta' l-ispejjeż eliġibbli. Jekk il-miżura in kwestjoni diġà' ġiet applikata fl-imgħoddi, x' riżultati ambjentali nkisbu? Jekk il-miżura hija waħda ġdida, x' riżultati huma antiċipati u fuq liema perjodu? Jekk l-għajnuna ser tingħata għal titjib fin-normi, liema huma n-normi applikabbli, u b'liema mod il-miżuri jippermettu illi jinkisbu livell notevolment ogħla fil-ħarsien ta' l-ambjent illi jrid jinkiseb? Jekk l-għajnuna ser tingħata fin-nuqqas ta' normi obbligatorji, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata tal-mod. --------------------------------------------------