|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2280 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 137/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2280]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kanali ta’ rapportar bejn l-organizzazzjonijiet, u r-rekwiżiti għal servizzi meteoroloġiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66xg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/373) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32021 R 1338: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021 (ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1338 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2023 tat-28 ta’ April 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2023/2294, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2294/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2280/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)