12006E100

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 1 - Politika Ekonomika . - Artikolu 100

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0083 - 0083
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0072 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0216 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0034 - Consolidated version


Artikolu 100

1. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri oħra provduti f’dan it-Trattat, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi rigward miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, partikolarment jekk iqumu diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti.

2. Meta Stat Membru jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded b’diffikultajiet serji kkawżati min diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li fuqhom ma jkollux kontroll, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, jagħti għajnuna finanzjarja lill-Istat Membru konċernat. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.

--------------------------------------------------